LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 4/8 p. 31
  • Ismaʼ u Tgħallem

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ismaʼ u Tgħallem
  • Stenbaħ!—2002
  • Materjal Simili
  • Is-Sengħa taʼ li Tismaʼ bi Mħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Imita lill-Iktar Wieħed li Jaf Jagħmel Dixxipli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • “Oqogħdu Attenti Kif Tisimgħu”
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • L-1 Parti
    Ismaʼ Minn Alla
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 4/8 p. 31

Ismaʼ u Tgħallem

RAPPORT li deher fil-​gazzetta The Toronto Star jgħid li “85 fil-​mija taʼ dak li nafu tgħallimnieh bis-​smigħ.” Għalkemm inqattgħu ħafna mill-​ħin tagħna nisimgħu, inkunu aljenati jew medhijin b’xi ħaġa oħra jew ninsew 75 fil-​mija taʼ dak li nisimgħu. Dawn l-​istatistiċi impressjonanti jenfasizzaw il-​bżonn li niżviluppaw l-​abbiltà tagħna biex nisimgħu.

Skond ir-​rapport, ħafna mill-​problemi tas-​soċjetà huma kaġunati mill-​fatt li ħafna nies m’humiex semmiegħa tajba. Rebecca Shafir, speċjalista li tistudja dwar uħud li għandhom problemi serji tad-​diskors u esperta tal-​komunikazzjoni, temmen li ħafna drabi dan huwa wieħed mill-​fatturi f’każi taʼ suwiċidju, vjolenza fl-​iskola, familji mkissrin, u abbuż tad-​drogi.

Xjenzati soċjali josservaw li n-​nies għandhom stili differenti taʼ kif jisimgħu. Xi wħud huma interessati li jisimgħu dwar nies oħra u jieħdu gost jisimgħu sa l-​iċken dettall marbut maʼ l-​istorja. Oħrajn iħobbu jisimgħu dwar dak li jkun ġara u jkunu jridu li dak li qed jirrakkonta jasal għall-​punt. Għalhekk, f’konversazzjoni bejn żewġ persuni li għandhom dawn iż-​żewġ stili differenti taʼ smigħ, x’aktarx li ma tantx se jkun hemm komunikazzjoni tajba, tgħid l-​iStar.

Mhux taʼ b’xejn li Ġesù għafas fuq il-​bżonn li ‘noqogħdu attenti kif nisimgħu!’ (Luqa 8:18) Meta nkunu semmiegħa tajba nuru li għandna manjieri tajbin. Dan huwa parti vitali minn konversazzjoni tajba. Suġġerimenti prattiċi dwar kif nisimgħu waqt konversazzjoni jinkludu li ninjoraw kwalunkwe distrazzjoni, nersqu eqreb, u nuru r-​reazzjoni tagħna billi nżommu kuntatt bl-​għajnejn u nagħmlu sinjal b’rasna biex nuru li qed naqblu maʼ dak li jkun qed jintqal. Ladarba ħafna minn dak li nitgħallmu jiddependi minn smigħ effettiv, li noqogħdu attenti hija xi ħaġa li lkoll kemm aħna għandna bżonn nibqgħu naħdmu fuqha.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja