LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 6/8 pp. 8-9
  • Hija “r-Reliġjon Privata” s-Soluzzjoni?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hija “r-Reliġjon Privata” s-Soluzzjoni?
  • Stenbaħ!—2002
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Bżonn Tagħna li Nissieħbu
  • Xi Ngħidu dwar il-​Valuri?
  • Bżonn li Lkoll Neħtieġu
    Stenbaħ!—2002
  • Hija Kwalunkwe Reliġjon Tajba Biżżejjed?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Nipprattikaw ir-Reliġjon Pura Biex Nibqgħu Ħajjin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Ninħelsu mir-Reliġjon Falza
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 6/8 pp. 8-9

Hija “r-​Reliġjon Privata” s-​Soluzzjoni?

HEKK KIF IR-​RELIĠJON ORGANIZZATA qed titlef il-​kontroll fuq in-​nies, m’hijiex ħaġa kbira li tant nies jifformaw ir-​reliġjon privata tagħhom. Iżda, il-​mistoqsijiet huma, Jistaʼ li wieħed jagħmel hekk jissodisfa tassew il-​bżonnijiet spiritwali tiegħu? Hija “r-​reliġjon privata” s-​soluzzjoni?

Biex inwieġbu dawn il-​mistoqsijiet, nistgħu l-​ewwel nikkunsidraw jekk ir-​reliġjon privata tistax tkun sodisfaċenti tassew meta neżaminawha mill-​qrib billi nużaw il-​“qawwa tar-​raġuni” tagħna, waħda mill-​akbar għotjiet li l-​bnedmin għandhom.—Rumani 12:​1, NW.

Min jaħseb b’mod loġiku għandu t-​tendenza li jirrifjuta affarijiet li jikkontradixxu lilhom infushom. Madankollu, fi stħarriġ dwar ir-​reliġjon privata fl-​Isvezja, ġie konkluż li taʼ spiss in-​nies “iħalltu mingħajr ma joqogħdu jaħsbuha konċetti filosofiċi tal-​ħajja (li x’aktarx ma jkunux jaqblu fil-​loġika tagħhom) u jifformaw filosofija għalihom persunali.”

Per eżempju, 2 fil-​mija biss minn dawk li jistqarru li huma “Kristjani bil-​mod kif jaħsbuha huma” semmew lil Ġesù, saħansitra bħala persuna storika. Madankollu, issemma spiss it-​twemmin fir-​riinkarnazzjoni. Imma, m’huwiex inkonsistenti li tiddeskrivi lilek innifsek bħala segwaċi taʼ Ġesù Kristu u fl-​istess ħin tinjora ħajtu u t-​tagħlim tiegħu—u saħansitra tħaddan duttrini kompletament kontra dawk taʼ Kristu?a

Il-qawwa tar-​raġuni tagħna għandha t-​tendenza wkoll li tevita affarijiet li jidhru vagi u li ma jistgħux jitfissru. Madankollu, meta ġew mistoqsijin jekk jemmnux f’“Alla jew f’xi qawwa divina,” il-​biċċa l-​kbira min-​nies li ġew intervistati wieġbu li “Xi Ħaġa” bħal din għandha mnejn teżisti. Wieħed qal: “Jien nemmen f’xi ħaġa sopranaturali imma mhux neċessarjament fil-​forma taʼ xi Alla.” Dawk li jemmnu f’Alla ħassew li hu “għandu rwol pjuttost insinifikanti f’ħajjithom.” B’hekk, ir-​rapport iddeskriva r-​reliġjon privata bħala “ħallata ballata taʼ konċetti,” u kkonkluda billi kkwota waħda mill-​iktar tweġibiet komuni: “Jien nemmen f’xi ħaġa, imma ma nafx eżatt xiex.”

Studju dwar ir-​reliġjon privata fil-​Kanada wera riżultati simili. Ir-​rivista Alberta Report tosserva: “Issa qed naraw livell għoli taʼ twemmin fi kważi kull ħaġa immaġinarja, imma m’hemm l-​ebda sens jew loġika fih. U meta mbagħad nipprovaw niddeterminaw it-​tip taʼ gwida li dan it-​twemmin privat għandu fil-​ħajjiet tan-​nies, insibu li m’hemm xejn. M’hemm l-​ebda awtorità morali fundamentali. Għalhekk, fl-​aħħar mill-​aħħar ma fih sugu taʼ xejn.” Ir-​rivista tkellmet dwar “l-​alla magħmul mill-​biċċiet” għax dawk li jadottaw dan it-​twemmin qed “jagħżlu biċċiet ’l hemm u ’l hawn mir-​reliġjon tradizzjonali.” Taħseb li huwa raġunevoli li wieħed jibbaża t-​twemmin reliġjuż—saħansitra tama għall-​futur—fuq ideat vagi, fjakki, u mlaqqtin bħal dawn?

Il-​Bżonn Tagħna li Nissieħbu

Il-​kredenti reliġjużi ilhom jgħożżu s-​sħubija, il-​fratellanza, u s-​solidarjetà. (Atti 2:​42, 46) Imma jekk ir-​reliġjon privata hija propju dan—privata—kif tistaʼ tissodisfa dawn il-​bżonnijiet?

Ir-reliġjon privata, b’“kull bniedem huwa l-​knisja tiegħu nnifsu,” m’hijiex sempliċement iżżid iktar il-​firdiet reliġjużi fost in-​nies? “Ir-​reliġjon issa hija kwistjoni taʼ opinjoni privata . . . , u b’hekk sirna pajjiż mhux bi ftit mijiet taʼ reliġjonijiet differenti imma ftit miljuni,” tinnota Alberta Report. Mela, mhux taʼ b’xejn li r-​reliġjon privata ġiet deskritta wkoll bħala forma t’anarkija spiritwali.

Xi Ngħidu dwar il-​Valuri?

L-​Isqof Svediż Martin Lönnebo, f’intervista mal-​gazzetta Svenska Dagbladet jinnota li “r-​reliġjon privata ma tistax ittejjeb l-​era tagħna, u qed issib diffikultà biex tittrasmetti l-​valuri tagħha lil era ġdida.” Din l-​opinjoni fiha kemxejn verità meta tqis l-​attitudni komuni fost il-​ġenituri Svediżi lejn it-​trobbija tat-​tfal. Svenska Dagbladet tiġbor fil-​qosor din l-​attitudni b’dan il-​mod: “Emmen li trid! U tisforzax lil uliedek biex jiddeċiedu. Imma ħallihom jagħżlu meta jkunu kbar biżżejjed.”

Il-gazzetta rrikonoxxiet il-​fatt li meta t-​tfal jiġu provduti l-​valuri reliġjużi, dan jistaʼ jitqies bħala li jkunu qed jindottrinawhom fuq twemmin wieħed biss. Madankollu, il-​gazzetta kkonkludiet: “Dan l-​għoti [taʼ valuri] lit-​tfal jistaʼ jkun taʼ benefiċċju għalihom u l-​uniku mod . . . biex jiddeċiedu għalihom infushom.” Tabilħaqq, l-​istat imwiegħer li jinsabu fih iż-​żgħażagħ juri li r-​reliġjon privata m’għamlet kważi xejn biex tgħaqqad lill-​familji fuq il-​bażi taʼ valuri sodi li jgħaddu minn ġenerazzjoni għal oħra.

Għalhekk, jidher li r-​reliġjon privata ma tistax toffri tweġibiet taʼ min joqgħod fuqhom u konsistenti għall-​mistoqsijiet tal-​ħajja, u lanqas ma tistaʼ tgħaqqad lin-​nies jew tissodisfa l-​bżonn tal-​bniedem għal gwida morali. L-​artiklu li ssemma qabel fi Svenska Dagbladet esprima din l-​opinjoni dwar ir-​reliġjon privata: “Meta ‘l-​fidi’ tinkludi minn kollox, ma jkun fiha xejn. U meta l-​libertà qatt ma jkollha bżonn limitu, din tiddgħajjef.”

B’mod ċar, f’ħafna każi r-​reliġjon privata tonqos li tissodisfa l-​bżonnijiet spiritwali tan-​nies. Tassew, kif tistaʼ persuna tistenna b’mod loġiku li tissodisfa bżonnijiet bħal dawn billi sempliċement tagħżel twemmin minn diversi tradizzjonijiet, bħallikieku qed tagħżel l-​aħjar ikel waqt buffet? Jidher ċar ukoll li r-​reliġjon organizzata naqset milli tissodisfa dawn il-​bżonnijiet. Mela, fejn nistgħu nduru?

[Nota taʼ taħt]

a Ġesù m’għallimx li l-​mejtin jiġu riinkarnati. Pjuttost, hu għallem li l-​mejtin huma fi stat taʼ ineżistenza bħal fl-​irqad, waqt li qed jistennew l-​irxoxt fil-​futur.—Ġwann 5:​28, 29; 11:​11-14.

[Stampa f’paġna 8, 9]

Għandna nqisu r-​reliġjon bħala sempliċi buffet, nieħdu u nagħżlu twemmin li jogħġob lilna?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja