LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 11/8 p. 31
  • Meta Żbalji Żgħar Isiru Diżastri

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta Żbalji Żgħar Isiru Diżastri
  • Stenbaħ!—2002
  • Materjal Simili
  • Il-Concorde—Jitniżżel fl-Istorja taʼ l-Avjazzjoni
    Stenbaħ!—2004
  • Inżul T’emerġenza!
    Stenbaħ!—2004
  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar id-Diżastri Naturali?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Huma d-Diżastri Naturali Kastig Minn Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Stenbaħ!—2002
g02 11/8 p. 31

Meta Żbalji Żgħar Isiru Diżastri

FIS-​6 taʼ Lulju, 1988, xi ħaddiema kienu fuq il-​pjattaforma Piper Alpha biex iħaffru għaż-​żejt ’il barra mix-​xatt fil-​Baħar tat-​Tramuntana. Hemmhekk, kienu qed jaħdmu biex isewwu pompa li tiġbed il-​likwidi li jkunu għaqdu imma ma laħqux lestewha. Minħabba li ma setgħux jikkomunikaw sew bejniethom, il-​ħaddiema tax-​xift taʼ wara xegħlu l-​pompa. Minnufih qabad in-​nar maʼ kullimkien. Peress li kienu ħafna fl-​għoli u ma kellhomx minfejn jaħarbu, mietu 167 persuna.

Tnax-il sena wara, fil-​25 taʼ Lulju, 2000, Concorde supersoniku ħa r-​rankatura fuq ir-​runway fl-​Ajruport Charles de Gaulle f’Pariġi, ġewwa Franza. Hekk kif l-​ajruplan żied fil-​ġiri, farka żgħira tat-​titanju faqgħet wieħed mit-​tajers, u dan ġiegħel li jinfaqaʼ wieħed mit-​tankijiet tal-​fuel li hemm fuq il-​ġewnaħ. Il-​fuel daħal fil-​magni tax-​xellug, u b’hekk naqsitilhom is-​saħħa u minnhom ħareġ ilsien tan-​nar twil xi 60 metru. Wara xi żewġ minuti, l-​ajruplan baqaʼ dieħel f’lukanda, u qatel lil dawk kollha li kienu abbord kif ukoll xi nies oħra fuq l-​art.

Waqt li kien qed jikkunsidra inċidenti bħal dawn, James Chiles jgħid fil-​ktieb tiegħu Inviting Disaster​—Lessons From the Edge of Technology: “Fid-​dinja l-​ġdida tagħna, li hi mimlija b’magni li kultant jiġġennu, irridu nagħrfu l-​ħsara straordinarja li żbalji ordinarji jistgħu jikkaġunaw.” F’reviżjoni tal-​ktieb taʼ Chiles, il-​ġurnal Science jgħid: “L-​avanz straordinarju li dejjem miexi ’l quddiem tax-​xjenza u t-​teknoloġija matul dawn l-​aħħar mitt sena kien eċċitanti. Dan iġagħalna nħossu li hemm il-​possibbiltà kważi bla limitu li nifhmu u nikkontrollaw id-​dinja fiżika. [Iżda] m’għandniex għalfejn nimmaġinaw li issa huwa inqas probabbli li niżbaljaw minn qabel.”

Rigward it-​teknoloġiji li huma iktar perikolużi, Science jistqarr: “Anki l-​iċken riskju [taʼ difett] hu għoli immens. Għal dawn it-​teknoloġiji, irridu ninsistu għall-​perfezzjoni.” Iżda tindika l-​istorja umana li l-​perfezzjoni tistaʼ tinkiseb? Ma tantx! Għalhekk, żbalji li b’xi mod jew ieħor iwasslu għal diżastri żgur li se jibqgħu jseħħu.

Imma mhux se jibqgħu għal dejjem. In-​nies li jibżgħu minn Alla jistgħu jħarsu ’l quddiem lejn futur meta l-​ħajja mhix se tintemm ħesrem minħabba l-​iżbalji jew il-​limitazzjonijiet tal-​bniedem. Għala? Għaliex Alla, permezz tal-​gvern tas-​Saltna tiegħu tas-​sema, se jeqred kulma jikkaġuna l-​mewt, id-​dwejjaq, u l-​uġigħ.—Mattew 6:​9, 10; Apokalissi 21:​3, 4.

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 31]

AP Photo/Toshihiko Sato

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja