LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g03 1/8 pp. 3-4
  • Id-Dinja li Dejjem Tinbidel tal-Logħob Elettroniku

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Id-Dinja li Dejjem Tinbidel tal-Logħob Elettroniku
  • Stenbaħ!—2003
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Logħob taʼ l-​Internet​—Moda Ġdida
  • Kummerċ Kbir
  • Hemm Xi Riskji għal Dawk li Qed Jilagħbu?
    Stenbaħ!—2003
  • Għandi Nilgħab Logħob Elettroniku?
    Stenbaħ!—2008
  • X’għandi nkun naf dwar il-logħob elettroniku?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2003
g03 1/8 pp. 3-4

Id-​Dinja li Dejjem Tinbidel tal-​Logħob Elettroniku

“L-​iktar video game li nbiegħet is-​sena l-​oħra,” skond ir-​rivista “Newsweek,” “kienet Grand Theft Auto 3.” Dak li trid tagħmel fil-​logħba huwa li tavanza ’l quddiem f’organizzazzjoni kriminali billi tieħu sehem f’diversi atti kriminali, fosthom il-​prostituzzjoni u l-​qtil. “Kull waħda mill-​azzjonijiet tiegħek għandha l-​konsegwenzi,” jinnota “Newsweek.” Jekk bil-​karozza li tkun sraqt toqtol lin-​nies li jkunu għaddejjin, l-​uffiċjali tal-​pulizija jibdew jiġru warajk. Jekk tispara lil wieħed minnhom, tidħol l-​FBI. Oqtol aġent taʼ l-​FBI, u l-​forzi armati jipprovaw jeliminawk. Minkejja li l-​logħba hija intenzjonata għal dawk li għandhom 17-il sena u fuqhom, sar magħruf li xi ħwienet biegħu l-​logħba lil tfal iżgħar. Intqal ukoll li anki tfal taʼ 12-il sena qed juru interess biex jilagħbuha.

L-​EWWEL logħba moderna tal-​kompjuter, Spacewar, ġiet ivvintata fl-​1962. L-​objettiv tal-​logħba: iġġieled kontra l-​asterojdi u vetturi spazjali taʼ l-​għadu. Warajha ħarġu viżibilju taʼ logħob simili. Meta kompjuters iktar qawwijin bdew jinfirxu fis-​snin sebgħin u tmenin, il-​logħob tal-​kompjuter beda jsir iktar komuni. Kien hemm logħob taʼ l-​avventura, kwizzijiet, logħob strateġiku, u logħob t’azzjoni. Per eżempju, f’tip wieħed taʼ logħob strateġiku, dak li jkun qed jilgħab irid jippjana u jorganizza l-​iżvilupp taʼ bliet jew ċiviltajiet. Ħafna logħob huwa taʼ l-​isports, bħalma hu l-​ice hockey u l-​golf.

Hemm logħob li huwa mfaħħar peress li huwa edukattiv u divertenti. F’xi logħob, tistaʼ tipprova tniżżel jumbo jet, issuq karozza tat-​tlielaq jew xi ferrovija li taħdem bl-​istim, tirkeb xi snowboard, jew tivvjaġġa madwar id-​dinja. Però, ħafna drabi, xi logħob taʼ l-​azzjoni, bħalma huwa l-​logħob taʼ l-​isparar, huwa kritikat minħabba l-​vjolenza li fih. Waħda mill-​affarijiet li jrid jagħmel min ikun qed jilgħab hija li jagħżel arma u mbagħad jispara u joqtol lil diversi nies u ħlejjaq.

Logħob taʼ l-​Internet​—Moda Ġdida

L-​art immaġinarja tal-​Britannja għandha madwar 230,000 ċittadin. Huma nies taʼ kull xorta​—suldati, ħajjata, ħaddieda, u mużiċisti. Huma jidħlu fi gwerer, jibnu bliet, jiftħu ħwienet, jiżżewġu, u jmutu. Imma, din il-​Britannja partikulari fir-​realtà ma teżistix. Hija dinja virtwali tal-​medjuevu, post fejn nies fuq l-​Internet jistgħu jikkompetu flimkien u jaqsmu l-​informazzjoni maʼ xulxin​—tip taʼ logħba tal-​kompjuter, imsejħa logħba on-line jew taʼ l-​Internet, li qed issir dejjem iktar popolari u hija mistennija li tkun “il-​manija li jmiss” fil-​logħob tal-​kompjuter. Ultima Online, li ħarġet fl-​1997​—li tinkludi l-​art immaġinarja tal-​Britannja​—kienet l-​ewwel logħba fuq l-​Internet. Minn dakinhar, inħareġ ħafna iktar logħob fuq l-​Internet, u ħafna iktar għadu qed jiġi żviluppat.

X’hemm differenti f’dan it-​tip taʼ logħob? Il-​karattri differenti li tiltaqaʼ magħhom fil-​logħba m’humiex kontrollati mill-​kompjuter imma minn oħrajn li jkunu qegħdin jilagħbu fl-​istess ħin fuq l-​Internet. Eluf taʼ nies jistgħu jilagħbu fl-​istess ħin. Per eżempju, intqal li Ultima Online ġieli kellha nies minn xi 114-il pajjiż differenti jilagħbuha fl-​istess ħin. Il-​popolarità taʼ dan il-​logħob jistaʼ jiddependi ħafna mill-​kuntatt soċjali li jkun hemm. Dawk li jilagħbu jistgħu jibagħtu messaġġi lil xulxin dak il-​ħin stess, u b’hekk iħossuhom parti minn komunità globali.

Kummerċ Kbir

L-​industrija tal-​logħob elettroniku hija ottimista ħafna dwar il-​futur. Sa l-​1997, id-​dħul annwali għall-​industrija Amerikana tal-​logħob tal-​kompjuter u l-​video games laħaq Lm2.3 biljun, u l-​bejgħ madwar id-​dinja minn taʼ l-​inqas kien Lm4.3 biljun. Din it-​tendenza ma tantx tidher li qed tbatti. Is-​suq mistenni li jiżdied minn 50 sa 75 fil-​mija matul il-​ħames snin li ġejjin.

Skond l-​organizzazzjoni Forrester Research, iktar minn miljun persuna tidħol f’logħob differenti taʼ l-​Internet kuljum, u jingħad illi l-​interess fil-​logħob fuq l-​Internet se jiżdied iktar ma jinfirex il-​broadband, tip taʼ konnessjoni maʼ l-​Internet b’ħeffa kbira. Tfal li jkunu ilhom jilagħbu bil-​logħob tal-​kompjuter minn mindu jkunu żgħar ma juru ebda sinjal li se jieqfu meta jikbru. Wieħed li ilu jilgħab ħafna jgħid: “Li tilgħab fuq il-​kompjuter issa sar mod kif tassoċja maʼ ħbieb minn madwar id-​dinja kollha.”

Huwa l-​logħob kollu bħal dan divertiment bla periklu, jew hemm xi riskji fin-​nofs? Ejja naraw.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja