LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g03 8/8 p. 3
  • Il-Pornografija—Opinjonijiet Opposti

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Pornografija—Opinjonijiet Opposti
  • Stenbaħ!—2003
  • Materjal Simili
  • Il-Ħsara li Tikkaġuna l-Pornografija
    Stenbaħ!—2003
  • Għala għandek twarrab il-pornografija?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Kif Nistaʼ Nevita l-Pornografija?
    Stenbaħ!—2008
  • Il-Pornografija—Hija l-Pornografija Perikoluża?
    It-Torri tal-Għassa: Il-Pornografija—Hija l-Pornografija Perikoluża?
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2003
g03 8/8 p. 3

Il-​Pornografija—Opinjonijiet Opposti

“Toħloq xewqat qawwija li m’għandhomx ikunu, tqanqal passjonijiet li qatt m’għandhom jiġu sodisfati.”—Tony Parsons, ġurnalist.

JOHN qatt ma kellu l-​intenzjoni li jaqbad il-​vizzju tas-​‘sess fuq l-​Internet.’a Bħal ħafna nies oħra li aċċidentalment isibu quddiemhom il-​pornografija u ċ-​chat rooms tas-​sess, darba fost l-​oħrajn hu kien qed juża l-​Internet meta sab quddiemu site li toffri chat rooms bħal dawn. Fi żmien qasir hu sar involut sew fis-​sess fuq l-​Internet. “Kont nistenna lil marti tmur ix-​xogħol,” jiftakar hu, “intir mis-​sodda u nqattaʼ sigħat sħaħ quddiem il-​kompjuter.” Meta kien jagħmel sessjonijiet twal ħafna lanqas biss kien jieqaf biex jiekol u jixrob. “Ma kontx ninduna li [jien] bil-​ġuħ,” jgħid hu. Lil martu beda jigdbilha dwar l-​attivitajiet sigrieti tiegħu. Dan beda jeffettwalu l-​konċentrazzjoni tiegħu fuq ix-​xogħol, u beda jsir dejjem iktar suspettuż f’kollox. Iż-​żwieġ tiegħu beda jmur għall-​agħar, u meta sa fl-​aħħar irranġa biex jiltaqaʼ wiċċ imbwiċċ maʼ persuna li kien jissieħeb magħha għas-​sess fuq l-​Internet, martu indunat. Illum John qed jieħu kura minħabba l-​vizzju tiegħu.

Dawk li jipprotestaw kontra l-​pornografija jippontaw lejn stejjer bħal dawn biex jagħtu prova taʼ l-​effetti taʼ ħsara li għandha l-​pornografija. Huma jisħqu li din tkisser ir-​relazzjonijiet, tbaxxi lin-​nisa, tabbuża mit-​tfal, u twassal għal ħarsa perversa u taʼ ħsara lejn is-​sess. Mill-​banda l-​oħra, dawk li jappoġġaw il-​pornografija jiddefenduha bħala li hija espressjoni libera u jħarsu lejn dawk li huma kontriha bħala li huma skruplużi. “In-​nies m’għandhomx għalfejn jistħu mill-​preferenzi jew xewqat sesswali tagħhom,” jikteb wieħed li hu favuriha. “Il-​pornografija tistaʼ tintuża biex tibda u tqanqal diskussjonijiet bla ħabi dwar is-​sess.” Xi wħud saħansitra jħossu li ż-​żjieda taʼ wħud li jaraw il-​pornografija hija karatteristika taʼ soċjetà sinċiera u li għandha moħħ f’loku. “Soċjetà li hija matura biżżejjed biex tkampa maʼ immaġni tas-​sess fil-​beraħ bejn żewġ adulti li jkunu jriduh, wisq probabbli tkun soċjetà li taċċetta d-​differenzi sesswali u l-​ugwaljanza tan-​nisa,” jgħid il-​kittieb Brian McNair.

Ifisser li l-​pornografija hija aċċettabbli għalkemm hemm opinjonijiet differenti fis-​soċjetà? Għala hija daqshekk mifruxa? Hija l-​pornografija divertiment tassew perikoluż? L-​artikli li jmiss se jikkunsidraw dawn il-​mistoqsijiet.

[Nota taʼ taht]

a L-ismijiet ġew mibdulin.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja