LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 30
  • Għala għandek twarrab il-pornografija?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala għandek twarrab il-pornografija?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Se tkun kapaċi twarrabha?
  • Ħrejjef u fatti
  • Kif twarrab il-​pornografija
  • Kif Nistaʼ Nevita l-Pornografija?
    Stenbaħ!—2008
  • Il-Ħsara li Tikkaġuna l-Pornografija
    Stenbaħ!—2003
  • Il-Pornografija—Hija l-Pornografija Perikoluża?
    It-Torri tal-Għassa: Il-Pornografija—Hija l-Pornografija Perikoluża?
  • Għala Hija l-Pornografija Daqshekk Mifruxa?
    Stenbaħ!—2003
Ara Iżjed
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 30
Żagħżugħ qed jiġi mistieden minn żgħażagħ subien oħrajn biex jara l-pornografija fuq mowbajl

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Għala għandek twarrab il-​pornografija?

  • Se tkun kapaċi twarrabha?

  • Ħrejjef u fatti

  • Kif twarrab il-​pornografija

Se tkun kapaċi twarrabha?

Jekk tuża l-​Internet, stenna li f’xi ħin jew ieħor se tiffaċċja xi tip taʼ pornografija. “Lanqas għadek trid tfittixha int,” tgħid Hayley li għandha 17-​il sena. “Hi tfittex lilek.”

Il-​pornografija tistaʼ tħajjar saħansitra lil dawk li huma determinati li jevitawha. “Jien għedt lili nnifsi li ma kontx se naqaʼ biex naraha, imma waqajt,” jgħid Greg li għandu 18-​il sena. “Qatt ma tistaʼ tgħid li mhuwiex se jiġri lilek.”

Illum, iktar minn qatt qabel hu faċli li jkollok aċċess għall-​pornografija. U bil-​wasla tas-​sexting (jiġifieri meta dak li jkun jibgħat stampi jew messaġġi espliċiti sesswalment bil-​mowbajl), ħafna żgħażagħ jagħmlu u jqassmu l-​pornografija tagħhom stess.

Il-​konklużjoni: Int qed tiffaċċja sfida akbar minn dik li ffaċċjaw il-​ġenituri jew in-​nanniet tiegħek meta kienu daqsek. Il-​mistoqsija hi, Se tkun kapaċi int twarrab il-​pornografija?​—Salm 97:10.

It-​tweġiba hi iva​—jekk tagħżel li tagħmel hekk. Imma l-​ewwel trid tkun konvint li l-​pornografija hi ħażina. Ejja nikkunsidraw ftit ħrejjef u fatti dwar dan is-​suġġett.

Ħrejjef u fatti

Ħrafa: Il-​pornografija mhix se tagħmilli l-​ħsara.

Fatt: Il-​pornografija tagħmel lil moħħok dak li t-​tipjip jagħmel lill-​pulmuni tiegħek. Tħammġek. Tbaxxi xi ħaġa li Alla ħalaqha biex tkun rabta qawwija u dejjiema bejn tnejn min-​nies. (Ġenesi 2:24) Maż-​żmien, tistaʼ saħansitra ġġiegħlek ma tkunx taf kif tagħraf bejn it-​tajjeb u l-​ħażin. Pereżempju, xi esperti jgħidu li rġiel li spiss jaraw il-​pornografija x’aktarx li iktar se jkollhom attitudni taʼ x’jimpurtani lejn il-​vjolenza fuq in-​nisa.

1. Raġel li qed ipejjep sigarett iħammeġ il-pulmuni tiegħu; 2. Raġel li qed jara l-pornografija jħammeġ lil moħħu

Il-​Bibbja tiddeskrivi xi nies bħala li “tilfu kull sens morali.” (Efesin 4:19) Il-​kuxjenza tagħhom tant issir insensittiva li ma tibqax tniggiżhom meta jagħmlu xi ħaġa ħażina.

Ħrafa: Il-​pornografija tistaʼ tgħallmek dwar is-​sess.

Fatt: Il-​pornografija tgħallmek dwar ir-​regħba. Lin-​nies tagħmilhom bħala sempliċement oġġetti u tagħti x’jifhem li jeżistu biss għall-​pjaċir egoistiku tiegħek. Mhux taʼ b’xejn li studju wieħed ikkonkluda li dawk li għandhom id-​drawwa li jaraw il-​pornografija għandhom probabbiltà inqas li jesperjenzaw sodisfazzjon sesswali wara ż-​żwieġ.

Il-​Bibbja tgħid lill-​Kristjani biex iwarrbu “ż-​żína, in-​nuqqas taʼ ndafa, l-​aptit sesswali, ix-​xewqa li twassal għall-​ħsara, u x-​xenqa b’għira”​—dak kollu li tippromwovi l-​pornografija.​—Kolossin 3:5.

Ħrafa: Dawk li jwarrbu l-​pornografija sempliċement huma skruplużi dwar is-​sess.

Fatt: In-​nies li jwarrbu l-​pornografija għandhom ħarsa iktar għolja lejn is-​sess. Huma jqisuh bħala għotja li ħalaq Alla biex isaħħaħ ir-​rabta bejn raġel u mara li huma miżżewġin u leali lejn xulxin. Dawk li jkollhom din il-​ħarsa x’aktarx li se jesperjenzaw sodisfazzjon sesswali akbar wara ż-​żwieġ.

Il-​Bibbja titkellem b’mod dirett dwar is-​sess. Pereżempju, tgħid lill-​irġiel miżżewġin: “Ifraħ b’mart żgħożitek . . . Bi mħabbitha jalla tkun f’estasi dejjem.”​—Proverbji 5:18, 19.

Kif twarrab il-​pornografija

Xi ngħidu jekk tħoss li t-​tentazzjoni li tara l-​pornografija hi qawwija wisq biex tirreżistiha? L-​eżerċizzju “Kif twarrab il-​pornografija” jistaʼ jgħinek.

Tistaʼ sserraħ moħħok li int tistaʼ twarrab it-​tentazzjoni li tara l-​pornografija. Tistaʼ wkoll titgħallem tieqaf tara l-​pornografija jekk diġà bdejt taraha. Dan se jkun taʼ benefiċċju kbir għalik.

Ikkunsidra lil Calvin, li jammetti li qabad id-​drawwa li jara l-​pornografija meta kellu xi 13-​il sena. “Kont naf li ma kontx qed nagħmel is-​sew,” jgħid Calvin, “imma sempliċement ma stajtx negħleb it-​tentazzjoni li naraha. U wara li kont nagħmel dan, veru kont inħossni ħati. Eventwalment, sar jaf missieri​—u biex ngħid il-​verità, veru ħassejtni aħjar! Fl-​aħħar, stajt nirċievi l-​għajnuna li kelli bżonn.”

Calvin tgħallem iwarrab il-​pornografija. Hu jgħid: “Kien żball kbir li involvejt ruħi fil-​pornografija u għadni qed inpatti għalih għax l-​istampi għadhom jiġu f’moħħi. U kultant għadni nitħajjar naħseb dwar x’nistaʼ nara li kieku nħares lejn affarijiet li m’għandix inħares lejhom. Imma mbagħad naħseb dwar kemm il-​futur tiegħi hu hieni, nadif, u pożittiv meta nagħmel l-​affarijiet kif irid Ġeħova.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja