LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g03 10/8 p. 10
  • Il-Komunikazzjoni li Twassal għall-Ħajja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Komunikazzjoni li Twassal għall-Ħajja
  • Stenbaħ!—2003
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Int Tismaʼ lil Alla?
  • Nikkomunikaw Ġewwa l-Familja u fil-Kongregazzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Tikkomunika int m’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Nikkomunikaw fil-Ministeru Kristjan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Jehovah u Kristu Quddiemnett f’li Jikkomunikaw
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2003
g03 10/8 p. 10

Il-​Komunikazzjoni li Twassal għall-​Ħajja

MILL-​ĦLEJJAQ kollha li hawn fuq l-​art, il-​bnedmin huma l-​uniċi li m’humiex kuntenti li sempliċement jikkomunikaw bejniethom. Huma x’inhuma n-​nazzjonalità, il-​qagħda soċjali, is-​sess, jew il-​livell taʼ l-​edukazzjoni tagħhom, il-​bnedmin urew xewqa ġewwinija li jikkomunikaw maʼ l-​ogħla individwu li jeżisti, jiġifieri m’Alla.

Hija din sempliċi superstizzjoni bla sens? Dażgur li le! Bħalma semmejna fl-​artiklu taʼ qabel, Alla ħalaq lill-​bnedmin fuq xbieha tiegħu. Hu ħalaqna bi bżonn li nifhmu affarijiet spiritwali. Din tinkludi x-​xewqa li nikkomunikaw miegħu bħala Missierna tas-​sema. (Ġenesi 1:27; Mattew 5:3) Fil-​fatt, Alla tant jagħti importanza lill-​komunikazzjoni miegħu li l-​Bibbja tirreferi għalih bħala l-​Wieħed li ‘jismaʼ talbna.’—Salm 65:3 (65:​2, NW).

X’unur għandna li nistgħu nitolbu lil Dak li jistaʼ kollox! Ħafna nies kienu jqisuh bħala privileġġ li kieku kellhom jitkellmu fil-​privat maʼ xi ħadd taʼ grad għoli, bħal xi president jew prim ministru. Madankollu, Alla Jehovah hu l-​ogħla persunaġġ fl-​univers! U lanqas għandna bżonn nagħmlu appuntament biex inkellmuh. Nistgħu nitolbu f’kull ħin u kullimkien. Nistgħu anki nkellmu lil Alla bil-​kwiet f’qalbna. (1 Samwel 1:​12-15) Però, Jehovah jistenna li aħna nkunu sinċieri u li nisimgħu minnu u nobduh. (Mikea 6:8; Mattew 6:​5-13) Wara kollox, il-​komunikazzjoni tajba għandha tiġi miż-​żewġ naħat, mhux hekk?

Int Tismaʼ lil Alla?

Dak li jkun kif jismaʼ lil Alla? L-​ewwelnett billi jaqra u japplika t-​tagħlim li nsibu fil-​Kelma miktuba tiegħu, il-​Bibbja Mqaddsa. (2 Timotju 3:16; 2 Pietru 1:​20, 21) Ġesù qal: “Il-​bniedem . . . jgħix . . . b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.” (Mattew 4:4) Tismaʼ int lil Alla billi taqra u tapplika l-​Kelma miktuba tiegħu?

Dawk li jikkomunikaw maʼ Jehovah b’mod regulari jiksbu l-​favur tiegħu u jgawdu “s-​sliem taʼ Alla, sliem li jgħaddi kull ma l-​moħħ jistaʼ jifhem.” (Filippin 4:​6, 7; Proverbji 1:33) Ukoll, għandhom il-​prospett taʼ ħajja taʼ dejjem f’ġenna taʼ l-​art, ħielsa għalkollox mill-​ansjetà u t-​tbatija li niffaċċjaw illum. (Salm 37:29; Ġwanni 17:3) Xi premjijiet meraviljużi hemm lesti għalina jekk nużaw bl-​aħjar mod il-​miraklu tal-​komunikazzjoni intelliġenti!

[Stampa f’paġna 10]

Il-​komunikazzjoni m’Alla tinvolvi l-​qari tal-​Bibbja u t-​talb

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja