LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g05 1/8 pp. 8-9
  • It-Tip taʼ Sbuħija l-Iktar Importanti

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Tip taʼ Sbuħija l-Iktar Importanti
  • Stenbaħ!—2005
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Importanza tas-​Sbuħija minn Ġewwa
  • L-​Attrazzjoni tas-​Sbuħija minn Ġewwa
  • Is-sbuħija fiżika
    Stenbaħ!—2016
  • Ħarsa Bilanċjata Lejn il-Moda
    Stenbaħ!—2003
  • Paġna Tnejn
    Stenbaħ!—2005
  • Samwel Jippromwovi l-Qima Vera
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2005
g05 1/8 pp. 8-9

It-​Tip taʼ Sbuħija l-​Iktar Importanti

IN-​NIES jinġibdu lejn persuna li jqisuha attraenti. Imma x’inhu dak li tassew jagħmlek attraenti? Wara kollox, hemm limitu x’tistaʼ tagħmel bla periklu biex tbiddel il-​karatteristiċi li tiret. Barra minn hekk, is-​sbuħija fiżika tispiċċa maż-​żmien peress li llum ħadd ma jistaʼ jaħrab l-​effetti ħżiena tax-​xjuħija u l-​mard. Hemm xi tip taʼ sbuħija oħra li tistaʼ tinkiseb u li hi iktar importanti u dejjiema?

L-​Importanza tas-​Sbuħija minn Ġewwa

Il-​Bibbja tiżgurana li l-​Ħallieq tagħna, Alla Ġeħova, ipoġġi valur kbir fuq is-​sbuħija minn ġewwa. Ikkunsidra xi eżempji.

Meta Ġeħova qal lill-​profeta Samwel biex jagħżel sultan għal Iżrael minn fost it-​tfal taʼ Ġesse, il-​profeta nġibed lejn Elijab, għax kien raġel il-​ġmiel tiegħu. “Hawn quddiem il-​Mulej il-​midluk tiegħu,” qal Samwel. Iżda Ġeħova qal lil Samwel: “Tħarisx lejn is-​sura tiegħu, jew it-​tul taʼ persuntu, għax jien diġà warrabtu. Għax il-​Mulej ma jarax bħalma jara l-​bniedem, dak biss li jidher fl-​għajn, imma l-​qalb.”​—1 Samwel 16:​6, 7.

Dak li ntgħażel biex ikun sultan kien David, iż-​żgħir fost ħutu. Għalkemm kellu “għajnejh ħelwin” u kien “sabiħ fis-​sura tiegħu,” David forsi ma kellux apparenza impressjonanti daqs kemm kellhom ħutu li kienu akbar minnu. Iżda, “minn dak in-​nhar ’il quddiem niżel fuq David u ħakmu l-​ispirtu tal-​Mulej.” Għalkemm kien imperfett u għamel xi żbalji serji, hu ta prova li kien bniedem taʼ qalb tajba u nobbli, u qeda lil Alla fedelment sat-​tmiem taʼ ħajtu. (1 Samwel 16:​12, 13) Bla dubju, hu kien attraenti għal Alla primarjament minħabba s-​sbuħija li kellu minn ġewwa.

Bħala kuntrast, ikkunsidra lil Absalom, wieħed minn ulied David. Hu kien bniedem li jimbottak minkejja l-​apparenza fiżika sabiħa tiegħu. Il-​Bibbja tgħid dwaru: “Ma kienx hemm f’Iżrael kollu raġel ieħor sabiħ xi tfaħħar daqs Absalom; minn qiegħ riġlejh sal-​quċċata taʼ rasu ma kien fih ebda għajb.” (2 Samwel 14:25) Iżda l-​ambizzjoni taʼ Absalom ġagħlitu jirribella kontra missieru stess u jisraqlu t-​tron. Hu saħansitra stupra l-​konkubini taʼ missieru. Minħabba f’hekk, Absalom ġab fuqu l-​korla t’Alla u sofra mewta taʼ wġigħ.​—2 Samwel 15:​10-14; 16:​13-22; 17:14; 18:​9, 15.

Tħossok miġbud lejn Absalom? Żgur li le. Meta tqis kollox maʼ kollox, hu kien individwu li jimbottak. Is-​sbuħija fiżika tiegħu li kienet tispikka ma kinitx tpatti għall-​arroganza u ż-​żlealtà tiegħu, u lanqas ma ħelsitu mir-​rovina. Mill-​banda l-​oħra, il-​Bibbja fiha ħafna eżempji taʼ nies għaqlin li kienu attraenti iżda li xejn ma jissemma dwar is-​sbuħija fiżika tagħhom. Jidher ċar li l-​iktar ħaġa importanti kienet is-​sbuħija minn ġewwa.

L-​Attrazzjoni tas-​Sbuħija minn Ġewwa

Tistaʼ s-​sbuħija minn ġewwa tattira lil oħrajn? Georgina, li ilha miżżewġa kważi għaxar snin, tgħid: “Matul is-​snin, inġbidt lejn żewġi minħabba l-​onestà u s-​sinċerità tiegħu lejja. L-​iktar ħaġa importanti f’ħajtu hi li jogħġob lil Alla. Dan għenu biex juri konsiderazzjoni u mħabba. Lili jikkalkulani meta jieħu d-​deċiżjonijiet u jġagħalni nħossni apprezzata. Naf li tassew iħobbni.”

Danjel, li żżewweġ fl-​1987, jgħid: “Jien lil marti naraha sabiħa. M’iniex miġbud lejha biss fiżikament iżda l-​personalità tagħha ġġagħalni nħobbha saħansitra iktar. Dejjem taħseb f’ħaddieħor u tagħmel li tistaʼ biex tara lil kulħadd kuntent. Għandha kwalitajiet Kristjani imprezzabbli. Minħabba f’dan kien pjaċevoli għalija li nkun magħha.”

F’din id-​dinja superfiċjali, hemm bżonn li naraw iktar mill-​qoxra taʼ barra. Għandna bżonn nifhmu li hu diffiċli​—jew impossibbli​—li niksbu d-​dehra “ideali,” u li din għandha valur limitat ħafna. Madankollu, hu possibbli niżviluppaw kwalitajiet mixtieqa li jikkontribwixxu għas-​sbuħija minn ġewwa li hi s-​sbuħija vera. Il-​Bibbja tgħid: “Qarrieqa l-​ħlewwa tal-​mara, fiergħa sbuħitha; mara li tibżaʼ mill-​Mulej taʼ min ifaħħarha.” B’kuntrast, l-​Iskrittura twissi: “Bħal ħolqa tad-​deheb fi mnieħer ħanżir, hi mara sabiħa imma bla għaqal.”​—Proverbji 11:22; 31:30.

Il-Kelma t’Alla tgħinna napprezzaw il-​“persuna minn ġewwa, fil-​qalb, imżejna bi spirtu kwiet u ġwejjed li ma jitħassarx u li hu taʼ valur kbir f’għajnejn Alla.” (1 Pietru 3:4) Verament, din is-​sbuħija minn ġewwa hi ferm iżjed importanti mis-​sbuħija fiżika. U jistaʼ jasal għaliha kulħadd.

[Stampi f’paġna 8, 9]

Kwalitajiet tajbin jistgħu jsebbħuk ferm iżjed minn kwalunkwe tisbiħ fiżiku li tistaʼ tagħmel

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja