LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/09 pp. 18-20
  • Għandna Ntemmu r-Relazzjoni?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għandna Ntemmu r-Relazzjoni?
  • Stenbaħ!—2009
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kif Ittemm ir-​Relazzjoni
  • Għala Jittrattani Daqshekk Ħażin?
    Stenbaħ!—2004
  • X’Nistaʼ Nagħmel biex l-Għarus Ma Jibqax Jimmaltrattani?
    Stenbaħ!—2004
  • X’Hemm Ħażin f’li Toħroġ maʼ Xi Ħadd Meta Tkun Għadek Żgħir?
    Stenbaħ!—2002
  • Xi Ngħidu Jekk il-Ġenituri Tiegħi Jaħsbu li M’Għandix l-Età biex Noħroġ mas-Sess Oppost?
    Stenbaħ!—2001
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2009
g 4/09 pp. 18-20

Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu

Għandna Ntemmu r-​Relazzjoni?

“Wara li konna ilna tliet xhur flimkien, it-​tnejn li aħna bdejna ngħidu li konna komdi flimkien. Konna nitkellmu fuq li nqattgħu l-​kumplament taʼ ħajjitna flimkien bħallikieku kien fatt.”—Jessica.a

“Jien kont niffansjah ħafna, imbagħad xi sentejn wara, hu fil-​fatt beda jinnotani! Jien kont nieħu pjaċir li kelli għarus akbar minni u li jieħu ħsiebi.”—Carol.

Maż-​żmien, sew Jessica kif ukoll Carol ħassru minn maʼ l-​għarus tagħhom. Għala? Kienu huma boloh biex ħallew żewġ ġuvintur mill-​aqwa?

ILEK tinnamra kważi sena. Għall-​ewwel, kont żgura li hu kien “il-​wieħed” għalik.b Kultant, tistaʼ saħansitra terġaʼ tibda tħoss is-​sentimenti romantiċi li kkaratterizzaw il-​bidu tar-​relazzjoni tagħkom. Imma issa qed tiddubita. Għandek tinjora dawn il-​ħsibijiet? Kif tistaʼ tkun taf jekk għandekx ittemm l-​għerusija?

L-ewwel, għandek bżonn tirrikonoxxi fatt li m’huwiex pjaċevoli: Meta ma tagħtix kas is-​sinjali taʼ periklu f’relazzjoni jkun bħal meta tinjora s-​sinjali taʼ periklu li jkollok fid-​daxxbord tal-​karozza tiegħek. Il-​problema mhix se titlaq, anzi x’aktarx li tmur biss għall-​agħar. X’inhuma ftit mis-​sinjali taʼ periklu f’relazzjoni li tagħmel tajjeb li tagħti kashom?

L-affarijiet qed jimxu malajr wisq. Jistgħu jinqalgħu l-​problemi meta relazzjoni romantika timxi malajr wisq. “Konna qed nibagħtu l-​e-mails lil xulxin, nitkellmu fuq l-​Internet, nitkellmu fuq it-​telefon,” tiftakar Carol. “Dawn il-​metodi taʼ komunikazzjoni jistgħu jkunu iktar qawwijin minn meta tikkomunika wiċċ imbwiċċ għax issiru ħafna iktar intimi malajr!” Iċċaħdux lilkom infuskom miċ-​ċans li ssiru tafu lil xulxin. Relazzjoni m’għandhiex tkun bħal ħaxix ħażin li jinbet malajr u mbagħad jinxef. Minflok, għandha tkun bħal pjanta prezzjuża li tieħu ż-​żmien biex tikber.

Hu jikkritikani u jittrattani b’mod umiljanti. “L-​għarus tiegħi kien dejjem jumiljani,” tgħid tfajla jisimha Ana, “imma jien ridt li nkun miegħu akkost taʼ kollox.” Hi tkompli: “Issaportejt sitwazzjonijiet li qatt ma ħlomt li stajt nippermetti!” Il-​Bibbja tikkundanna t-​“tgħajjir.” (Efesin 4:31) Kliem li jċekken—saħansitra jekk jingħad bil-​kalma u bil-​kwiet—m’għandux ikun f’relazzjoni taʼ mħabba.—Proverbji 12:18.

Jitilgħulu malajr. “Bniedem taʼ dixxerniment iżomm spirtu kalm,” jgħid Proverbji 17:27. Erin sabet li l-​għarus tagħha kellu problema f’dan ir-​rigward. “Meta ma konniex naqblu, hu kien jimbottani,” tgħid hi, “u kultant kont nispiċċa bit-​tbenġil.” Il-​Bibbja tgħid lill-​Kristjani: “Ħa jitwarrab minnkom kull imrar malizzjuż u rabja u korla.” (Efesin 4:31) Persuna bi ftit li xejn rażna fuqha nfisha ma tantx hi lesta biex tinnamra.—2 Timotju 3:1, 3, 5.

Iżomm ir-​relazzjoni tagħna sigrieta. “L-​għarus tiegħi ma riedx li oħrajn ikunu jafu li qed noħorġu flimkien,” tiftakar Angela. “Hu saħansitra għamel in-​nervi meta sar jaf missieri!” M’għandniex xi ngħidu, jistaʼ jkun hemm raġunijiet validi għala koppja żżomm ċerta privatezza. Imma s-​segretezza—li apposta tipprova żżomm ir-​relazzjoni moħbija minn dawk li għandhom id-​dritt li jkunu jafu biha—tistaʼ ġġiblek l-​inkwiet.

M’għandu ebda intenzjoni li jiżżewweġ. Fost il-​Kristjani, in-​namur għandu skop onorabbli—biex jgħin lil ġuvni u tfajla jiddeterminaw jekk iridux jiżżewġu lil xulxin. Naturalment, dan ma jfissirx li għandkom bżonn tagħmlu pjanijiet għaż-​żwieġ fil-​mument li tibdew toħorġu flimkien. Fil-​fatt, ħafna nies ma jiżżewġux lill-​ewwel persuna li joħorġu magħha. Fl-​istess ħin, persuna m’għandhiex tinnamra jekk m’hijiex lesta li taċċetta r-​responsabbiltajiet taż-​żwieġ.

Il-ħin kollu ninfirdu u nerġgħu flimkien. Proverbji 17:17 jgħid: “Ħabib veru jħobb il-​ħin kollu.” Mhux għax it-​tnejn li intom se taqblu dejjem. Imma relazzjoni li kontinwament m’hijiex stabbli tindika li hemm xi ħaġa iktar serja u li għandha bżonn tingħata attenzjoni, bħalma rrealizzat Ana. “Il-​ħafna drabi li ħassart minn maʼ l-​għarus tiegħi ġabuli ħafna dwejjaq!” tgħid hi. “Jien bqajt immur lura biex nirranġa relazzjoni li kont inkun aħjar mingħajrha.”

Hu jagħmilli pressjoni għas-​sess. “Jekk tħobbni taċċetta li nagħmlu s-​sess.” “Għandna bżonn nieħdu r-​relazzjoni tagħna l-​pass li jmiss.” “Mhux verament sess jekk ma jkollniex x’naqsmu flimkien.” Dan kollu hu kliem manipulattiv li l-​ġuvintur jużaw biex jagħmlu pressjoni fuq it-​tfajliet ħalli jagħmlu s-​sess. Ġakbu 3:17 jgħid: “L-​għerf li ġej minn fuq hu l-​ewwelnett safi.” Int jistħoqqlok għarus li hu nadif moralment u li jirrispetta l-​limiti sesswali safjin tiegħek. Taċċetta xejn inqas!

Oħrajn wissewni dwaru. Il-​Bibbja tgħid: “Ħu l-​pariri kollha li tistaʼ, u int tirnexxi; mingħajrhom tfalli.” (Proverbji 15:22, Today’s English Version) “Ma tistax tinjora dak li jaħsbu l-​familja u l-​ħbieb antiki tiegħek, daqskemm ma tistax tinjora l-​ħsibijiet tiegħek stess li r-​relazzjoni m’hijiex tajba,” tgħid Jessica. “Iktar ma tinjora dak li qed jgħidu l-​oħrajn, iktar tagħmilha diffiċli għalik innifsek.”

Dawn li għadna kif semmejna huma biss ftit mis-​sinjali taʼ periklu li jistgħu jfissru inkwiet f’relazzjoni.c Jekk qed toħroġ maʼ xi ħadd, hemm xi wieħed minn dawn is-​sinjali taʼ periklu fir-​relazzjoni maʼ l-​għarus tiegħek? Ikteb fl-​ispazju provdut hawn taħt kull tħassib persunali li forsi għandek.

․․․․․

Kif Ittemm ir-​Relazzjoni

Ejja nassumu li ddeċidejt li aħjar jekk ittemm ir-​relazzjoni. Kif se tagħmel dan? Hemm diversi modi, imma żomm f’moħħok dan li ġej.

Kun kuraġġuża. “Jien tant kont sirt nistrieħ fuq l-​għarus tiegħi li bdejt nibżaʼ nitilqu,” tgħid tfajla jisimha Trina. Trid il-​kuraġġ biex titkellem meta jkun hemm bżonn li ttemm ir-​relazzjoni. Imma hu t’għajnuna li tiddefendi lilek innifsek u turi eżatt kif tħossok. (Proverbji 22:3) Dan jippermettilek tagħmel limiti sodi dwar x’int lesta tittollera jew ma tittollerax f’relazzjoni taʼ namur—u iktar tard, fiż-​żwieġ.

Kun ġusta. Li kieku kont int il-​persuna l-​oħra, kif tixtieq li tiġi trattata? (Mattew 7:12) Ċertament li l-​għarus tiegħek jistħoqqlu iktar minn sempliċi e-mail qasira, messaġġ miktub bit-​telefon ċellulari, jew messaġġ fuq il-​voice mail li jgħid “Ir-​relazzjoni tagħna spiċċat!”

Agħżel l-​aħjar post u ċirkustanzi. Għandek tgħidlu wiċċ imbwiċċ jew fuq it-​telefon? Għandek tikteb ittra jew ikollok diskussjoni? Jiddependi ħafna miċ-​ċirkustanzi. M’għandekx tiltaqaʼ xi mkien fejn is-​sigurtà tiegħek tkun mhedda, u lanqas ma jkun għaqli li tkun fi nħawi iżolati fejn jistgħu jitqanqlu xewqat ħżiena.—1 Tessalonikin 4:3.

Għid il-​verità. Tkellem bl-​onestà dwar għala tħoss li r-​relazzjoni ma tistax tkompli. Jekk tħoss li l-​għarus tiegħek ma ttrattakx sew, għidlu. Għid biss il-​ħarsa tiegħek. Per eżempju, minflok tgħid, “Int dejjem tumiljani,” għid, “Inħossni umiljata meta int . . .”

Kun lesta li tismaʼ wkoll. Hemm xi ħaġa li fhimt ħażin dwar is-​sitwazzjoni? Tħallix lilek innifsek tiġi manipulata minn kliem sabiħ, imma fl-​istess ħin, kun raġunevoli u kkunsidra l-​fatti kollha. Il-​Bibbja twissi lill-​Kristjani biex b’mod għaqli ‘jkunu ħfief biex jisimgħu, tqal biex jitkellmu.’—Ġakbu 1:19.

Iktar artikli mis-​serje “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu” jistgħu jinstabu fil-​Web site www.watchtower.org/ype

[Noti taʼ taħt]

a L-ismijiet f’dan l-​artiklu ġew mibdulin.

b Għalkemm dan l-​artiklu jippreżenta l-​kwistjoni mill-​perspettiva taʼ tfajla, il-​prinċipji li fih japplikaw għaż-​żewġ sessi.

c Għal iktar informazzjoni ara l-​Awake! taʼ Mejju 2007, paġni 18-20.

AĦSEB DWAR DAN

◼ Niżżel fl-​ispazju provdut liema karatteristiki tqishom essenzjali f’xi ħadd li kieku toħroġ miegħu. ․․․․․

◼ Liema karatteristiki kieku tqishom bħala li m’humiex aċċettabbli? ․․․․․

[Kaxxa f’paġna 20]

IL-​PERSUNA LI TAGĦŻEL BIEX TOĦROĠ MAGĦHA GĦANDHA . . .

□ jkollha l-​konvinzjonijiet reliġjużi tiegħek.​—1 Korintin 7:39.

□ tirrispetta l-​limiti morali tiegħek.​—1 Korintin 6:18.

□ turi konsiderazzjoni lejk u lejn oħrajn.​—Filippin 2:4.

□ jkollha reputazzjoni tajba.​—Filippin 2:20.

[Kaxxa f’paġna 20]

OQGĦOD ATTENTA JEKK L-​GĦARUS TIEGĦEK . . .

□ dejjem jinsisti li tgħaddi tiegħu.

□ kontinwament iġiegħlek tħossok ħatja, stupida, jew ma tiswa għal xejn.

□ jipprova jżommok ’il bogħod mill-​ħbieb u l-​familja tiegħek.

□ il-​ħin kollu jiċċekkja fejn kont.

□ jakkużak li qed titkessaħ m’oħrajn meta m’hemm l-​ebda bażi biex jagħmel dan.

□ jheddek jew jagħtik l-​ultimatum kemm-il darba.

[Stampa f’paġna 19]

Meta ma tagħtix kas is-​sinjali taʼ periklu f’relazzjoni jkun bħal meta tinjora s-​sinjali taʼ periklu li jkollok fid-​daxxbord tal-​karozza tiegħek

IĊĊEKKJA Ż-​ŻEJT

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja