LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 6/14 pp. 8-9
  • Il-mewt

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-mewt
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Fejn huma l-​mejtin?
  • X’jiġri mill-​mejtin?
  • Hemm xi tama għall-​mejtin?
  • X’Inhu Verament l-Infern?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • X’Tama Hemm għall-Mejtin?
    Aħbar Tajba Mingħand Alla!
  • X’Inhija l-Kundizzjoni tal-Mejtin?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • L-Infern Vera Jeżisti? Il-Bibbja X’Tgħid Dwar l-Infern?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 6/14 pp. 8-9
Fjura midbiela

IL-​ĦARSA TAL-​BIBBJA

Il-​mewt

Fejn huma l-​mejtin?

“Għax trab int u trab terġaʼ ssir.”—Ġenesi 3:19.

DAK LI JGĦIDU N-​NIES

Hemm min jimmaġina ħajja xi mkien ieħor—fil-​ġenna, fl-​infern, fil-​purgatorju, jew fil-​limbu. Oħrajn jemmnu fi twelid mill-​ġdid f’forma taʼ ħajja oħra. Mill-​banda l-​oħra, dawk li ma jaċċettawx ideat reliġjużi jemmnu li l-​mewt hi sempliċement it-​tmiem tal-​eżistenza taʼ dak li jkun.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Ekkleżjasti 9:10 jgħid li “la hemm xogħol, la ppjanar, la għarfien, u lanqas għerf fil-​Qabar, il-​post fejn int sejjer.” Il-​Bibbja tispjega wkoll x’jiġri kemm lill-​bnedmin u kemm lill-​annimali mal-​mewt. Hi tgħid: “Ilkoll sejrin f’post wieħed. Kollha mit-​trab ġew, u kollha lejn it-​trab jerġgħu jmorru.”—Ekkleżjasti 3:20.

X’jiġri mill-​mejtin?

“L-​ispirtu tiegħu joħroġ, u hu jerġaʼ lura lejn l-​art; dakinhar ħsibijietu jgħibu.”—Salm 146:4.

DAK LI JGĦIDU N-​NIES

Ħafna ġew mgħallmin li l-​esperjenzi taʼ individwu fil-​ħajja wara l-​mewt jiddependu minn xi jkun għamel fil-​ħajja fuq l-​art. Jekk għamel affarijiet tajbin, il-​premju jkun hena taʼ dejjem; jekk kien ħażin, il-​futur tiegħu se jkun f’sofferenza taʼ dejjem. Jintqal li l-​bnedmin iridu jkunu mnaddfin mid-​dnub qabel jitħallew jidħlu fil-​preżenza t’Alla wara l-​mewt. Dawk li mhumiex imnaddfin jintqal li se jkunu mċaħħdin minn dak il-​ferħ għal dejjem.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Il-​mejtin la jesperjenzaw hena u lanqas sofferenza. Tabilħaqq, ladarba mhumiex konxji, ma jistgħu jesperjenzaw xejn affattu; lanqas ma jistgħu jgħinu jew iweġġgħu lill-​ħajjin. Skont Ekkleżjasti 9:5, 6: “Il-​ħajjin jafu li għad imutu; imma l-​mejtin ma jafu assolutament xejn . . . Ukoll, l-​imħabba u l-​mibegħda u l-​għira tagħhom diġà għabu, u għal żmien indefinit mhux se jkollhom iktar sehem f’kulma għandu jsir taħt ix-​xemx.”

Hemm xi tama għall-​mejtin?

“Jekk raġel b’saħħtu jmut jistaʼ jerġaʼ jgħix? Il-​jiem kollha tal-​jasar tiegħi se nistenna, sakemm jiġi s-​serħan tiegħi.” —Ġob 14:14.

DAK LI JGĦIDU N-​NIES

Ħafna nies jemmnu li ladarba bniedem jintbagħat fl-​infern, m’hemm ebda tama għalih. Is-​sofferenzi tal-​infern jintqal li huma eterni. Mill-​banda l-​oħra, jintqal li dawk fil-​purgatorju se jkollhom hena fil-​ġenna wara li jkunu tnaddfu minn dnubiethom bin-​nar.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Wara li jistrieħu fil-​mewt, il-​mejtin se jiġu rxoxtati, jew jinġiebu lura għall-​ħajja, fuq l-​art mill-​Iben t’Alla. Il-​Bibbja tgħid: “Tistagħġbux b’dan, għax ġejja s-​siegħa li fiha dawk kollha li qegħdin fl-​oqbra tat-​tifkira jisimgħu leħnu u joħorġu.” (Ġwanni 5:26, 28, 29) Il-​kondotta taʼ dak li jkun minn hemm ’il quddiem se tiddetermina jekk jingħatax il-​ħajja taʼ dejjem.a

a Għal iktar informazzjoni dwar l-​irxoxt, jekk jogħġbok ara kapitlu 7 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja