LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 66
  • L-Infern Vera Jeżisti? Il-Bibbja X’Tgħid Dwar l-Infern?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Infern Vera Jeżisti? Il-Bibbja X’Tgħid Dwar l-Infern?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • L-infern hu post fejn in-nies ibatu għal dejjem?
  • Xi jfisser l-eżempju li qal Ġesù dwar ir-raġel sinjur u Lazzru?
  • Ifisser l-infern li persuna ma tarax lil Alla?
  • Kien hemm min inħeles mill-infern?
  • X’Sar Minnu n-Nar taʼ l-Infern?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • X’Inhu Verament l-Infern?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • X’Tip Taʼ Post Huwa L-Infern?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • It-Tieni Ħrafa: Il-Ħżiena Jsofru fl-Infern
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 66
Stampa turi nies ibagħtu fl-infern.

L-Infern Vera Jeżisti? Il-Bibbja X’Tgħid Dwar l-Infern?

It-tweġiba tal-Bibbja

Xi traduzzjonijiet tal-Bibbja bl-Ingliż bħall-King James Version u bil-Malti bħall-Għaqda Biblika Maltija jużaw il-kelma “hell” jew “infern” f’xi versi. (Salm 16:10; Mattew 5:29a) Bħalma turi l-istampa fil-bidu taʼ dan l-artiklu, ħafna nies jemmnu li l-infern hu post fejn il-ħżiena jinħarqu għal dejjem bħala kastig. Il-Bibbja x’tgħallem?

F’dan l-artiklu

  • L-infern hu post fejn in-nies ibatu għal dejjem?

  • Xi jfisser l-eżempju li qal Ġesù dwar ir-raġel sinjur u Lazzru?

  • Ifisser l-infern li persuna ma tarax lil Alla?

  • Kien hemm min inħeles mill-infern?

  • Versi tal-Bibbja dwar l-infern jew il-Qabar

  • Il-kliem oriġinali li ntuża fil-Bibbja

  • It-tagħlim tal-infern

L-infern hu post fejn in-nies ibatu għal dejjem?

Le. F’xi traduzzjonijiet tal-Bibbja, il-kliem li ġie tradott “infern” (bl-Ebrajk “Xeol”; bil-Grieg, “Ħades”) jirreferi għall-“Qabar.” Dan hu l-qabar komuni tal-bnedmin. Il-Bibbja turi li n-nies li qegħdin fil-“Qabar” mhumiex ħajjin.

  • Il-mejtin ma jafu xejn u ma jistgħux iħossu wġigħ. “La hemm xogħol, la ppjanar, la għarfien, u lanqas għerf fil-Qabar.” (Ekkleżjasti 9:10) Fl-infern m’hemmx nies jgħajtu. Minflok il-Bibbja tgħid: “Ħa jiġu umiljati l-ħżiena, u ħa jkunu siktin fil-qabar.”—Salm 31:17, King James Version; Salm 115:17.

  • Alla qal li l-kastig tad-dnub hu l-mewt mhux l-infern. Alla qal lill-ewwel raġel, Adam, li jekk ma jobdix il-liġi tiegħu jmut. (Ġenesi 2:17) Alla ma qallux li se jiġi ttorturat għal dejjem fl-infern. Meta Adam għamel id-dnub, Alla qallu x’se jkun il-kastig: “Trab int u trab terġaʼ ssir.” (Ġenesi 3:19) Adam ma kienx se jeżisti iktar. Kieku Alla kien se jibgħatu l-infern, kien se jgħidlu. Alla ma biddilx il-kastig talli ma nobdux il-liġijiet tiegħu. Ħafna żmien wara li Adam għamel id-dnub, Alla ggwida lil raġel biex fil-Bibbja jikteb: “Il-ħlas li jagħti d-dnub hu l-mewt.” (Rumani 6:23) M’hemmx bżonn taʼ kastig ieħor “għax min miet inħeles mid-dnub.”—Rumani 6:7.

  • Alla jobgħod l-idea li xi ħadd jiġi ttorturat għal dejjem. (Ġeremija 32:35) Din l-idea ma taqbilx maʼ dak li tgħid il-Bibbja. Hi tgħallimna li “Alla hu mħabba.” (1 Ġwanni 4:8) Hu jrid li aħna naqduh għax inħobbuh mhux għax nibżgħu li se jikkastigana għal dejjem.—Mattew 22:36-38.

  • Nies tajbin marru l-infern. Xi Bibbji li jużaw il-kelma “infern” juru li rġiel leali bħal Ġakobb u Ġob stennew li jmorru l-infern. (Ġenesi 37:35; Ġob 14:13) Dawn il-Bibbji juru li anki Ġesù Kristu kien l-infern wara li miet u qabel ma ġie rxoxtat. (Atti 2:31, 32) Mela żgur li meta dawn il-Bibbji jużaw il-kelma “infern” qed jirreferu għall-Qabar.b

Xi jfisser l-eżempju li qal Ġesù dwar ir-raġel sinjur u Lazzru?

Dan l-eżempju, jew parabbola, qalu Ġesù u nsibuh f’​Luqa 16:19-31. Ġesù kien juża dawn l-eżempji biex jgħallem dwar x’inhu tajjeb u ħażin u kif jaħsibha Alla. L-eżempju tar-raġel sinjur u Lazzru ma ġarax vera. (Mattew 13:34) Biex titgħallem iżjed dwar dan l-eżempju, ara l-artiklu “Who Were the Rich Man and Lazarus?”

Ifisser l-infern li persuna ma tarax lil Alla?

Le. It-tagħlim li l-mejtin ikunu jafu jekk hux qed jaraw lil Alla ma jaqbilx mal-Bibbja. Il-Bibbja tgħallem b’mod ċar li l-mejtin ma jafu xejn.—Salm 146:3, 4; Ekkleżjasti 9:5.

Kien hemm min inħeles mill-infern?

Iva. Il-Bibbja titkellem dwar disgħa min-nies li marru fil-Qabar (f’xi Bibbji “infern”) u li reġgħu ġew irxoxtati.c Kieku kienu jafu li qegħdin l-infern, setgħu jitkellmu x’ġara meta kienu hemm. Imma ħadd minnhom ma semma li għadda minn xi ħaġa jew ġie ttorturat. Għala? Għax bħalma tgħallem il-Bibbja, huma ma kienu jafu xejn, qishom reqdin fil-fond.—Ġwanni 11:11-14; 1 Korintin 15:3-6.

a Xi Bibbji bil-Malti ma jużawx il-kelma “infern” f’​Salm 16:10. Minflok jużaw “is-saltna taʼ l-imwiet,” (Karm Żammit) jew “fl-imwiet,” (Għaqda Biblika Maltija).

b Ara l-kaxxa “Il-Kliem Oriġinali li Ntuża fil-Bibbja.”

c Ara l-1 Slaten 17:17-24; 2 Slaten 4:32-37; 13:20, 21; Mattew 28:5, 6; Luqa 7:11-17; 8:40-56; Ġwanni 11:38-44; Atti 9:36-42; 20:7-12.

Versi tal-Bibbja dwar l-infern jew il-Qabar

Ġob 14:13: “Mhux li kien taħbini fil-Qabar, [“f’Art l-Imwiet,” Għaqda Biblika Maltija] taħbini, . . . u tagħtini żmien biex tiftakar fija!”

Xi jfisser: Ir-raġel leali Ġob kien jaf li meta jmur fil-Qabar mhux se jibqaʼ jħoss l-uġigħ u li Alla setaʼ jerġaʼ jqajmu.

Salm 145:20: “Ġeħova jipproteġi lil dawk kollha li jħobbuh, imma lill-ħżiena se jeqridhom għalkollox.”

Xi jfisser: Alla se jeqred il-ħżiena għal dejjem. Hu mhux se jżommhom ħajjin fl-infern biex jikkastigahom.

Ekkleżjasti 9:10: “La hemm xogħol, la ppjanar, la għarfien, u lanqas għerf fil-Qabar [“f’Art l-Imwiet,” Għaqda Biblika Maltija], il-post fejn int sejjer.”

Xi jfisser: In-nies li qegħdin fil-Qabar jew f’Art l-Imwiet ma jafu xejn allura ma jistgħux ibatu. Barra minn hekk, min kiteb dan il-kliem bla dubju kitbu għan-nies tajbin ukoll.

Atti 2:31: “Hu ra minn qabel u tkellem dwar l-irxoxt tal-Kristu, li la kien abbandunat fil-Qabar u lanqas ġismu ma ra t-taħsir.”

Xi jfisser: Ġesù Kristu mar fil-Qabar meta miet.

Rumani 6:23: “Il-ħlas li jagħti d-dnub hu l-mewt.”

Xi jfisser: Il-kastig għad-dnub hu l-mewt mhux li ninħarqu fl-infern.

Rivelazzjoni 20:13: “Il-mewt u l-Qabar raddew il-mejtin li kienu fihom.”

Xi jfisser: Dawk li qegħdin fil-Qabar huma mejtin. Huma se jerġgħu jqumu fl-irxoxt.

Rivelazzjoni 20:14: “Il-mewt u l-Qabar ġew mixħutin fl-għadira tan-nar.”

Xi jfisser: Wara li l-Qabar ikun vojt minħabba l-irxoxt, se jinqered għal dejjem bħallikieku bin-nar. Għalhekk il-mewt li ġiet minħabba d-dnub t’Adam se tispiċċa għal dejjem.​—Rumani 5:12.

Il-kliem oriġinali li ntuża fil-Bibbja

Bħalma turi l-lista li ġejja, xi traduzzjonijiet tal-Bibbja użaw il-kelma “infern” biex jittraduċu kliem li jfisser xi ħaġa differenti bil-lingwa oriġinali. Minħabba f’hekk xi nies tħawdu. F’xi każi, it-tradutturi riedu li n-nies jemmnu li l-ħżiena mhux se jinqerdu imma jiġu kkastigati għal dejjem.

  • Geħenna (Bil-Grieg γέεννα)

    Xi tfisser: Qerda taʼ dejjem.—Mattew 5:30

    Kif intużat: Ġehenna; infern (Saydon, Għaqda Biblika Maltija, Karm Żammit)

  • Tartaru (Bil-Grieg ταρταρόω)

    Xi tfisser: Kundizzjoni tal-mistħija li qegħdin fiha d-demonji, li huma spirti ħżiena ħafna.—2 Pietru 2:4

    Kif intużat: Tartaros; infern (Għaqda Biblika Maltija, Karm Żammit); fil-Qiegħ (Saydon)

It-tagħlim tal-infern

Minn fejn beda: L-Eġizzjani fil-passat kienu jemmnu fl-infern. Il-ktieb tal-funerali Ȧm-Ṭuat (Amduat), li l-istudjużi jgħidu li ilu mis-seklu 16 QK (Qabel Kristu), jitkellem dwar dawk “li jiġu mitfugħin f’ħofor tan-nar; u . . . Ma jkunux jistgħu jaħarbu mill-fjammi tan-nar.”—The Egyptian Heaven and Hell.

Il-Kristjani tal-bidu m’għallmux dwar l-infern: “Taʼ interess, fit-Testment il-Ġdid l-infern mhux parti mit-tagħlim li għallmu l-Kristjani tal-bidu.”—A Dictionary of Christian Theology.

L-ideat taʼ studjużi Griegi influwenzaw tagħlim reliġjuż: “Madwar 250 sena WK (Wara Kristu) xi Kristjani li studjaw l-ideat taʼ studjużi Griegi ħassew li għandhom idaħħlu dawn l-ideat fir-reliġjon . . . L-iżjed ideat li kienu jogħġbuhom kienu dak li għallem Plato.” (Encyclopædia Britannica) Dak li għallem kien jinkludi li n-nies jinħarqu fin-nar wara li jmutu. “Mill-istudjużi Griegi kollha, l-iżjed wieħed li influwenza t-tagħlim tal-Infern kien Plato.”—Histoire des enfers (L-Istorja tal-Infern).

L-infern intuża biex jittorturaw in-nies: Fi żmien l-Inkwiżizzjoni Spanjola, in-nies li kienu jemmnu xi ħaġa differenti mill-knisja kienu jintefgħu l-ħabs u jinħarqu maʼ zokk. Dan kien ħalli “jkunu jafu x’se jiġrilhom meta jmorru l-infern.” In-nies li ttorturawhom kienu jgħidu li dan jagħmluh ħalli qabel imutu jiddispjaċihom. (The Spanish Inquisition, taʼ Jean Plaidy) B’mod simili, ir-Reġina Marija I tal-Ingilterra ħarqet madwar 300 Protestant maʼ zokk. Milli jidher ħasbet li “wara li jmutu r-ruħ tagħhom se tmur tinħaraq fl-infern għal dejjem. Allura jkun tajjeb li timita l-mod kif jiġġudika Alla u taħraqhom waqt li għadhom fuq l-art”—Universal History, taʼ Alexander Tytler.

Xi tibdil illum: Illum xi gruppi reliġjużi m’għadhomx jgħallmu tagħlim aħrax dwar l-infern. Imma dan mhux għax jemmnu li l-infern hu tagħlim falz, imma biex jogħġbu lin-nies tagħhom. (2 Timotju 4:3) “In-nies iridu Alla ħanin u li jħobb . . . Illum mhux popolari li titkellem dwar id-dnub u li tkun ħati.”—Il-Professur Jackson W. Carroll.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja