LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 7/15 pp. 8-9
  • Galileo

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Galileo
  • Stenbaħ!—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • IX-​XJENZA U R-​RELIĠJON
  • Il-Konflitt taʼ Galileo mal-Knisja
    Stenbaħ!—2003
  • Ix-Xjenza u r-Reliġjon—Il-Bidu taʼ Konflitt
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Ktieb li Huwa Rrappreżentat Ħażin
    Ktieb Għan-Nies Kollha
  • Ix-Xjenza u l-Bibbja—Veru li Jikkontradixxu lil Xulxin?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2015
g 7/15 pp. 8-9
Galileo

TITWILA LEJN IL-​PASSAT

Galileo

Bejn is-​seklu 14 u s-​seklu 16, xjentisti u filosfi Ewropej bdew jifhmu l-​univers b’mod li kien f’konflitt mat-​tagħlim tal-​Knisja Kattolika. Raġel li eżamina s-​smewwiet mill-​ġdid kien Galileo Galilei.

QABEL żmien Galileo, ħafna nies kienu jemmnu li x-​xemx, il-​pjaneti, u l-​kwiekeb kollha kienu jduru madwar id-​dinja. Dan it-​twemmin kien parti mid-​domma uffiċjali tal-​Knisja Kattolika.

Madankollu, permezz tat-​teleskopju tiegħu, Galileo ra evidenza li kkontradiet it-​tagħlim xjentifiku ġeneralment aċċettat. Pereżempju, hekk kif qagħad josserva tbajjaʼ li dehru li jbiddlu posthom fuq wiċċ ix-​xemx, hu għaraf li x-​xemx iddur fuq assi. Osservazzjonijiet bħal din żiedu bil-​kbir l-​għarfien tal-​bniedem dwar l-​univers, iżda dawn kellhom jirriżultaw f’li Galileo jiġi f’konflitt dirett mal-​Knisja Kattolika.

IX-​XJENZA U R-​RELIĠJON

Galileo jippubblika s-sejbiet tiegħu

Għaxriet taʼ snin qabel, l-​astronomu Pollakk Nicolaus Copernicus, magħruf bil-​Malti bħala Koperniku, żviluppa teorija li d-​dinja ddur madwar ix-​xemx. Galileo studja x-​xogħol taʼ Koperniku dwar il-​movimenti tal-​kwiekeb u l-​pjaneti u ġabar evidenza fi qbil maʼ din it-​teorija. Għall-​ewwel, Galileo kien bejn ħaltejn jekk jippubblikax uħud mill-​osservazzjonijiet tiegħu għaliex beżaʼ li jitwaqqgħu għaċ-​ċajt u jiġu mistmerrin. Fl-​aħħar, meta ma setax irażżan l-​entużjażmu għal dak li ra minn ġot-​teleskopju, hu ppubblika l-​iskoperti tiegħu. Xi xjentisti opponew l-​argumenti tiegħu, u malajr xi qassisin iddiżonoraw lil Galileo minn fuq il-​pulpti tagħhom.

Fl-​1616, il-​Kardinal Bellarmine, “wieħed mill-​aqwa teologi taʼ dak iż-​żmien,” informa lil Galileo dwar digriet li kienet għadha kif ħarġet il-​Knisja Kattolika kontra l-​ideat taʼ Koperniku. Hu ħeġġeġ lil Galileo biex jaqbel maʼ dan id-​digriet, u għal snin wara dan Galileo ma stqarrx pubblikament li d-​dinja ddur madwar ix-​xemx.

Fl-​1623, il-​Papa Urbanu VIII, ħabib taʼ Galileo, laħaq papa. Għalhekk fl-​1624, Galileo talab lill-​papa biex jannulla d-​digriet tal-​1616. Minflok, Urbanu ħeġġeġ lil Galileo biex jispjega t-​teoriji kontradittorji taʼ Koperniku u Aristotele b’mod li ma jżomm maʼ ħadd minnhom.

Galileo mbagħad kiteb ktieb bl-​isem Dialogue on the Great World Systems. Għalkemm il-​papa ordna lil Galileo biex ikun newtrali, il-​ktieb ġie mifhum li kien favur il-​konklużjonijiet taʼ Koperniku. Malajr, l-​għedewwa taʼ Galileo kienu qed jgħidu li l-​ktieb tiegħu waqqaʼ lill-​papa għaċ-​ċajt. Galileo kien sforzat jiċħad it-​tagħlim taʼ Koperniku għaliex ġie akkużat b’ereżija u mhedded b’tortura. Fl-​1633, l-​Inkwiżizzjoni Rumana qatgħetha li jiġi arrestat u miżmum f’daru għal dejjem u pprojbiet il-​kitbiet tiegħu. Galileo miet f’daru f’Arcetri, qrib Firenze, fit-​8 taʼ Jannar 1642.

Il-​Papa Ġwanni Pawlu II ammetta li l-​Knisja Kattolika kienet b’mod żbaljat ikkundannat lil Galileo

Għal mijiet taʼ snin, ftit mix-​xogħlijiet taʼ Galileo baqgħu fil-​lista taʼ kotba li l-​Kattoliċi ma tħallewx jaqraw. Iżda fl-​1979, il-​knisja reġgħet ikkunsidrat l-​azzjoni li ttieħdet mill-​Inkwiżizzjoni Rumana 300 sena qabel. Fl-​aħħar, fl-​1992, il-​Papa Ġwanni Pawlu II ammetta li l-​Knisja Kattolika kienet b’mod żbaljat ikkundannat lil Galileo.

FATTI FIL-​QOSOR

  • Galileo Galilei twieled fl-​1564 f’Pisa, l-​Italja, il-​belt famuża għat-​torri mxengel tagħha. Hu għallem fl-​Università taʼ Padova u iktar tard għex u ħadem f’Firenze.

  • Għalkemm Galileo ma vvintax it-​teleskopju, hu tejjeb sostanzjalment il-​qawwa tat-​tkabbir tiegħu, u b’hekk tejjeb il-​valur prattiku tiegħu.

  • Minħabba l-​mod kif kien jaħsibha dwar l-​univers, Galileo ssejjaħ darbtejn quddiem l-​Inkwiżizzjoni—it-​tribunal Kattoliku responsabbli għall-​kastigi li kienu jingħataw lil dawk li żvijaw mid-​duttrina tal-​knisja.

L-​Inkwiżizzjoni ttorturat lil Galileo?

Xi storjografi ssuġġerew li jistaʼ jkun li l-​Inkwiżizzjoni Rumana fiżikament ittorturat lil Galileo. Is-​sentenza li ħarġet kontrih tgħid li sabiex jaraw x’kienu l-​intenzjonijiet veri taʼ Galileo, kien neċessarju li jieħdu passi legali kontrih permezz taʼ “eżami aħrax.” Fi żmien l-​inkwiżizzjoni, din il-​frażi spiss kienet tfisser “tortura,” li mill-​inqas setgħet tfisser “theddida verbali taʼ tortura fiżika.”

Xi speċjalisti huma tal-​opinjoni li kien hemm stadji u livelli differenti taʼ tortura. Din setgħet inkludiet kollox minn li sempliċement jintwerew l-​istrumenti tat-​tortura lill-​vittma sa li jneżżgħuha jew jorbtuha jew anke jġegħluha tgħaddi minn uġigħ fiżiku b’severità li dejjem tiżdied. In-​natura tal-​“eżami aħrax” taʼ Galileo għadha misteru.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja