LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 4/1 pp. 3-4
  • Ix-Xjenza u r-Reliġjon—Il-Bidu taʼ Konflitt

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ix-Xjenza u r-Reliġjon—Il-Bidu taʼ Konflitt
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Qiegħa Tisħon Sew
  • Galileo
    Stenbaħ!—2015
  • Il-Konflitt taʼ Galileo mal-Knisja
    Stenbaħ!—2003
  • Ktieb li Huwa Rrappreżentat Ħażin
    Ktieb Għan-Nies Kollha
  • Ix-Xjenza u l-Bibbja—Veru li Jikkontradixxu lil Xulxin?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 4/1 pp. 3-4

Ix-​Xjenza u r-​Reliġjon—Il-​Bidu taʼ Konflitt

L-​ASTRONOMU li kellu 70 sena kien qiegħed fuq is-​sodda tal-​mewt tiegħu jipprova jaqra. F’idejh kellu l-​manuskritti taʼ dokument li kien kiteb hu stess u li issa kien lest biex jiġi pubblikat. Kemm jekk kien jaf u kemm jekk le, il-​ktieb tiegħu kien se jbiddel il-​ħarsa taʼ l-​umanità dwar l-​univers. Kien se jagħti bidu wkoll għal kontroversja taħraq fil-​Kristjaneżmu, li l-​effetti tagħha għadhom jinħassu sa llum.

Ir-raġel li kien wasal biex imut kien Nicolaus Copernicus, Kattoliku Pollakk, u s-​sena kienet l-​1543. Ix-​xogħol taʼ Copernicus, li kien intitolat On the Revolutions of the Heavenly Spheres, wera li x-​xemx, u mhux id-​dinja, hija ċ-​ċentru taʼ l-​univers. Bl-​ippubblikar taʼ dan il-​ktieb, Copernicus biddel it-​teorija komplikata li d-​dinja hija ċ-​ċentru taʼ l-​univers tagħna maʼ waħda sempliċi fejn ix-​xemx kienet fiċ-​ċentru taʼ l-​univers.

Għall-ewwel, ma tantx kien evidenti li kien se jkun hemm konflitt. Waħda mir-​raġunijiet kienet li Copernicus kien diskret meta kien jippreżenta l-​ideat tiegħu. Barra minn hekk, dak iż-​żmien il-​Knisja Kattolika, li kienet adottat l-​idea li d-​dinja kienet iċ-​ċentru taʼ l-​univers, kienet tittollerahom iktar l-​ispekulazzjonijiet xjentifiċi. Saħansitra l-​papa nnifsu ħeġġeġ lil Copernicus biex jippubblika l-​ktieb tiegħu. Meta finalment Copernicus ippubblikah, l-​editur beżgħan kiteb introduzzjoni għall-​ktieb u fiha qal li l-​konċett eljoċentriku, jiġifieri l-​idea li x-​xemx qiegħda fiċ-​ċentru taʼ l-​univers, hu ideal matematiku u mhux neċessarjament verità astronomika.

Il-​Qiegħa Tisħon Sew

Issa kien imiss lil xi ħadd ieħor jidħol fil-​konflitt: astronomu, matematiku, u fiżiku Taljan bl-​isem taʼ Galileo Galilei (1564-​1642), li kien Kattoliku wkoll. Billi uża teleskopji li kien bena hu stess b’lenti li kienet għadha kif ġiet ivvintata, Galileo setaʼ jara s-​smewwiet b’dettalji li qatt ħadd ma kien rahom qabel. L-​osservazzjonijiet tiegħu kkonvinċewh li Copernicus kellu raġun. Galileo ra wkoll tikek fuq ix-​xemx, li llum jissejħu tbajjaʼ skuri fuq wiċċ ix-​xemx, u b’dan sfida idea filosofika u reliġjuża oħra li kienu jgħożżu n-​nies taʼ dak iż-​żmien—li x-​xemx la tinbidel u lanqas tispiċċa.

Kuntrarju għal Copernicus, Galileo kien kuraġġuż u żeluż fil-​mod kif kien jippreżenta l-​ideat tiegħu. U hu għamel dan fi żmien meta r-​reliġjon kienet saret iktar ostili, għax il-​Knisja Kattolika sa dak iż-​żmien kienet bdiet topponi bil-​miftuħ it-​teorija taʼ Copernicus. Għalhekk, meta Galileo qal li l-​konċett eljoċentriku mhux biss kien veru imma wkoll fi qbil maʼ l-​Iskrittura, għall-​knisja din kienet ereżija.a

Galileo mar Ruma sabiex jiddefendi lilu nnifsu, imma kien kollu għalxejn. Fl-​1616, il-​knisja ordnatlu jieqaf jiddefendi l-​ideat taʼ Copernicus. Għal ftit żmien irnexxielha twaqqaf lil Galileo. Imbagħad, fl-​1632 hu ppubblika ktieb ieħor li kien jappoġġa lil Copernicus. Is-​sena taʼ wara, l-​Inkwiżizzjoni ssentenzjat lil Galileo għomru l-​ħabs. Però, minħabba l-​età tiegħu malajr biddlulu s-​sentenza u nżamm arrestat ġewwa daru stess.

Ħafna jqisu l-​konflitt taʼ Galileo mal-​knisja bħala rebħa kbira għax-​xjenza fuq ir-​reliġjon u, fl-​aħħar mill-​aħħar, fuq il-​Bibbja. Madankollu, bħalma se naraw fl-​artiklu li jmiss, din il-​konklużjoni sempliċi tinjora ħafna fatti.

[Nota taʼ taħt]

a Galileo għamel persuni influwenti għedewwa tiegħu, u dan għamlu bla bżonn minħabba r-​risposti spirtu pront u s-​sarkażmu niggieżi tiegħu. Ukoll, peress li qal li l-​konċett eljoċentriku kien fi qbil maʼ l-​Iskrittura, hu bħallikieku għamel lilu nnifsu awtorità fuq ir-​reliġjon, u dan iktar irrabjaha lill-​knisja.

[Stampa f’paġna 3]

Copernicus

[Sors]

Meħud minn Giordano Bruno and Galilei (German edition)

[Stampa f’paġna 3]

Galileo jiddefendi lilu nnifsu quddiem l-​Inkwiżizzjoni Rumana

[Sors]

Mill-​ktieb The Historian’s History of the World, Vol. IX, 1904

[Sors tal-​Istampa f’paġna 3]

L-​isfond: Chart depicting Copernicus’ concept of the solar system

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja