LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g16 Nru. 5 pp. 14-15
  • Aristotele

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Aristotele
  • Stenbaħ!—2016
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kien jinteressa ruħu f’ħafna affarijiet
  • Il-​Kattoliċiżmu jaċċetta lil Aristotele
  • Ix-Xjenza u l-Bibbja—Veru li Jikkontradixxu lil Xulxin?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Werrej
    Stenbaħ!—2016
  • Għandek Temmen Bilfors?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Jaqbel Dan il-​Ktieb max-​Xjenza?
    Ktieb Għan-Nies Kollha
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2016
g16 Nru. 5 pp. 14-15

TITWILA LEJN IL-​PASSAT

Aristotele

Aristotele

IKTAR minn 2,300 sena ilu, Aristotele ta kontribut kbir lix-​xjenza u l-​filosofija. L-​ideat, il-​kitbiet, u l-​iskoperti tiegħu baqgħu jinteressaw lin-​nies matul is-​snin u ġew tradotti u studjati b’mod estensiv. Il-​professur tal-​istorja James MacLachlan kiteb li “l-​fehmiet dwar in-​natura li kellu Aristotele ddominaw il-​ħsieb tan-​nies fl-​Ewropa għal kważi 2,000 sena.” Xi fehmiet taʼ Aristotele anke influwenzaw it-​tagħlim Kattoliku u Protestant, kif ukoll l-​Iżlam.

Kien jinteressa ruħu f’ħafna affarijiet

Aristotele kiteb dwar l-​arti, l-​astronomija, il-​bijoloġija, l-​etika, il-​lingwa, il-​liġi, il-​loġika, il-​manjetiżmu, il-​metafiżika, il-​liġijiet taċ-​ċaqliq, il-​pjaċir, il-​poeżija, il-​politika, il-​psikoloġija, ir-​rettorika (l-​użu taʼ lingwa b’mod li jimpressjona jew lingwa li tinħass li mhix sinċiera), kif ukoll dwar ir-​ruħ, li kien iqisha bħala mortali. Madankollu, kien magħruf iżjed għax-​xogħol tiegħu fil-​bijoloġija u l-​loġika.

L-​istudjużi Griegi tal-​qedem straħu fuq l-​abbiltà tagħhom li josservaw, jirraġunaw, u jużaw il-​loġika biex jispjegaw id-​dinja naturali tagħna. L-​ewwel kienu jaraw dak li kkunsidraw bħala veritajiet ovvji u kienu jemmnu li jekk jirraġunaw sew fuq dawn il-​veritajiet, setgħu jaslu għal konklużjonijiet korretti.

Iggwidati b’filosofija bħal din, huma waslu għal xi konklużjonijiet tajbin—waħda minnhom hi li kien hemm ordni bażiku fl-​univers. Madankollu, problema kbira kienet li l-​abbiltà tal-​osservazzjoni tagħhom kienet limitata għal dak li setgħu jaraw huma biss—limitazzjoni li żvijat ħafna nies intelliġenti, inkluż Aristotele. Pereżempju, huma emmnu li l-​pjaneti u l-​istilel kienu jduru madwar id-​dinja. F’dak iż-​żmien, dan ġie kkunsidrat bħala verità ċara minnha nfisha. “Kemm ir-​raġunar u kemm l-​esperjenza dehru jikkonfermaw il-​ħarsa tal-​Griegi li d-​dinja kienet iċ-​ċentru tal-​univers,” jgħid il-​ktieb The Closing of the Western Mind.

Kieku din il-​ħarsa żbaljata baqgħet fil-​qasam tax-​xjenza, ftit kien jimporta. Imma ma baqgħetx.

Il-​Kattoliċiżmu jaċċetta lil Aristotele

Fl-​Ewropa “Kristjana” tal-​Medju Evu, xi ftit mill-​fehmiet taʼ Aristotele laħqu l-​istat taʼ verità aċċettata—jiġifieri li ġeneralment ġew aċċettati bħala korretti. Teologi Kattoliċi Rumani—speċjalment Tumas t’Akwinu (madwar 1224-​1274)—daħħlu l-​kitbiet taʼ Aristotele fit-​teoloġija tagħhom. B’hekk, l-​idea taʼ dinja li tibqaʼ fl-​istess post fiċ-​ċentru tal-​univers saret domma Kattolika. It-​tagħlim kien ukoll aċċettat minn mexxejja Protestanti, bħal Kalvinu u Luteru, li qalu li kien tagħlim mill-​Bibbja.—Ara l-​kaxxa “Ħadu l-​Bibbja letterali wisq.”

Xi ftit mill-​fehmiet taʼ Aristotele laħqu l-​istat taʼ verità aċċettata

“Ftit mill-​fehmiet [tagħlim taʼ Aristotele] u tal-​Kattoliċiżmu saru kważi ma jintgħarfux minn xulxin,” qal il-​kittieb Charles Freeman. B’hekk, kien jingħad li Akwinu “għammed” lil Aristotele fir-​reliġjon Kattolika. Madankollu, fir-​realtà, “Akwinu kkonverta għal Aristoteljaniżmu,” kiteb Freeman. Sa ċertu punt, forsi nistgħu nżidu li anke l-​knisja għamlet dan. Minħabba f’hekk, l-​astronomu Taljan u matematiku Galileo, li ssogra jippreżenta prova bbażata fuq l-​osservazzjoni tiegħu li d-​dinja ddur max-​xemx, kellu jidher quddiem l-​Inkwiżizzjoni u ġie sforzat jerġaʼ lura minn dak li qal.a Ironikament, Aristotele għaraf li l-​għerf xjentifiku hu progressiv, suġġett għal reviżjoni. Mhux li kien li l-​knejjes adottaw l-​istess ħarsa!

a Għal iżjed informazzjoni dwar “Il-​Konflitt taʼ Galileo mal-​Knisja,” ara l-​ħarġa taʼ Stenbaħ! tat-​8 taʼ Mejju 2003.

FATTI FIL-​QOSOR

  • Aristotele kellu entużjażmu għall-​għerf u “riverenza profonda għall-​valur u l-​eċċellenza tal-​univers madwaru.”—Aristotele—A Very Short Introduction.

  • Hu emmen li n-​natura għandha “Forza Prinċipali” eterna li tikkaġuna ċaqliq etern u li hi tajba u teżisti barra l-​univers.

  • Aristotele ngħata l-​krettu għal żewġ xjenzi li stabbilixxa—il-​bijoloġija u l-​loġika.

  • Aristotele għallem tifel Maċedoni li iktar tard sar il-​bennej taʼ imperu, Alessandru l-​Kbir.

Stampa taʼ univers bid-dinja fiċ-ċentru

Ħafna nies tal-qedem emmnu li d-dinja tinsab fiċ-ċentru tal-univers

Ħadu l-​Bibbja letterali wisq

Xi teologi bikrin żammew mal-​ħarsa taʼ Aristotele li d-​dinja hi ċ-​ċentru tal-​univers għax ħadu ċerti siltiet tal-​Bibbja letterali wisq, bħal Salm 104:5. Dan jgħid: ‘[Alla] sejjes l-​art fuq il-​postijiet stabbiliti tagħha; din qatt u qatt ma se titħarrek.’ Il-​kittieb tal-​Bibbja ma kienx jiddeskrivi l-​post tad-​dinja fl-​univers. Minflok, b’lingwa poetika, kien qed juri l-​permanenza tal-​pjaneta skont l-​iskop taʼ Alla.—Ekkleżjasti 1:4.

Ladarba għedna dan kollu, meta l-​Bibbja titkellem fuq l-​affarijiet xjentifiċi, l-​istqarrijiet tagħha huma eżatti. Pereżempju, Ġob 26:7, li nkiteb xi 3,500 sena ilu, jgħid li Alla ‘dendel l-​art fuq ix-​xejn.’ Ġob 38:33 jgħid li l-​kwiekeb u l-​pjaneti huma kkontrollati mil-​liġijiet fiżiċi.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja