LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g18 Nru. 1 pp. 10-11
  • Il-maħfra

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-maħfra
  • Stenbaħ!—2018
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • IL-​PRINĊIPJI TAL-​BIBBJA HUMA VERA EFFETTIVI!
  • X’inhi l-​maħfra?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • ‘Komplu Aħfru lil Xulxin Liberament’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Għala Taħfer?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Aħfer mill-qalb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2018
g18 Nru. 1 pp. 10-11

IT-TRIQ LI TWASSAL GĦALL-FERĦ VERU

Il-maħfra

“FI TFULITI, SMAJT ĦAFNA TGĦAJJIR U GĦAJJAT,” tgħid mara jisimha Patricia. “Ma kontx naf x’inhi maħfra. Anki meta kbirt, kont nibqaʼ nhewden għal ġranet sħaħ, u minħabba f’hekk lanqas kont norqod sew.” Iva, meta xi ħadd jibqaʼ rrabjat u jżomm f’qalbu, la jkollu ħajja ferħana u lanqas ikun taʼ ġid għal saħħtu. Tabilħaqq, l-​istudji juru li n-​nies li ma jaħfrux jistgħu . . .

  • Ikissru relazzjonijiet minħabba li jibqgħu rrabjati jew iżommu f’qalbhom, u b’hekk iħossuhom imwarrbin u waħedhom

  • Jieħdu għalihom malajr, ikunu ansjużi, jew saħansitra dipressi ħafna

  • Tant jibqgħu jberrnu fuq xi offiża li ma jkunux jistgħu jgawdu l-​ħajja

  • Iħossu l-​kuxjenza tniggiżhom għax jafu li suppost jaħfru

  • Ikunu iktar stressati u f’riskju akbar li jimirdu b’ċertu mard bħall-​pressjoni għolja, mard tal-​qalb, artrite, u wġigħ taʼ rasa

X’INHI L-​MAĦFRA? Li taħfer ifisser li tiskuża lil xi ħadd li weġġgħek u ma tibqax irrabjat, ma żżommx f’qalbek, u lanqas tara kif se tpattihielu. Dan ma jfissirx li tagħlaq għajnejk għall-​iżball, li ċċekknu, jew tagħmel tabirruħek li ma ġara xejn. Minflok, hija għażla persunali li tagħmilha wara li tkun ħsibt sew dwarha. Tagħmel dan għax l-​imħabba li għandek għal oħrajn se tqanqlek biex iżżomm il-​paċi u relazzjoni tajba mal-​persuna l-​oħra.

Meta xi ħadd jaħfer juri wkoll li jkun qed jifhem lil ħaddieħor. Persuna li taħfer tifhem li lkoll niżbaljaw, jew nidinbu, fil-​kliem u l-​azzjonijiet. (Rumani 3:23) Minħabba dan il-​fatt, il-​Bibbja tgħid: “Komplu ssaportu lil xulxin u aħfru lil xulxin mill-​qalb jekk xi ħadd għandu għalxiex jilmenta kontra ħaddieħor.”—Kolossin 3:13.

Għaldaqstant, huwa loġiku li l-​maħfra hi aspett importanti tal-​imħabba, li hi “rabta perfetta li tgħaqqad.” (Kolossin 3:14) Infatti, skont il-​websajt tal-​Mayo Clinic, il-​maħfra twassal biex . . .

  • Ir-​relazzjonijiet ikunu iktar b’saħħithom, u dan jinkludi li tħoss empatija għal min naqsek, tifhmu, u turih ħniena

  • Tħossok aħjar mentalment u fil-​paċi m’Alla

  • Tkun inqas ansjuż, stressat, u rrabjat

  • Ikollok inqas ċans taʼ dipressjoni

AĦFER LILEK INNIFSEK. Skont il-​ġurnal Disability & Rehabilitation li taħfer lilek innifsek tistaʼ tkun “l-​iktar ħaġa diffiċli li jirnexxilek tagħmel,” però “hi l-​iktar ħaġa importanti għas-​saħħa”—sew mentali u anki fiżika. X’jistaʼ jgħinek taħfer lilek innifsek?

  • Tistenniex perfezzjoni minnek innifsek, imma kun realistiku u aċċetta li int—bħal kulħadd—se tiżbalja.—Ekkleżjasti 7:20

  • Tgħallem mill-​iżbalji tiegħek ħalli kemm jistaʼ jkun ma tirrepetihomx

  • Kun paċenzjuż miegħek innifsek; xi difetti persunali u vizzji koroh mhux se jitilqu mil-​lum għal għada.—Efesin 4:23, 24

  • Agħmilha maʼ ħbieb li jinkuraġġuk, li huma pożittivi, u li għandhom qalbhom tajba imma li jkunu wkoll onesti miegħek.—Proverbji 13:20

  • Jekk weġġajt lil xi ħadd, ammetti li żbaljajt u skuża ruħek malajr kemm jistaʼ jkun. Meta tagħmel paċi, se tħoss paċi ġewwinija.—Mattew 5:23, 24

IL-​PRINĊIPJI TAL-​BIBBJA HUMA VERA EFFETTIVI!

Wara li studjat il-​Bibbja, Patricia, li ssemmiet fil-​bidu, tgħallmet taħfer. “Inħossni ħielsa mir-​rabja li kienet qed teqridli ħajti,” kitbet hi. “M’għadnix inbati, u m’għadnix inġiegħel lil ħaddieħor ibati minħabba fija. Il-​prinċipji tal-​Bibbja jikkonfermaw li Alla jħobbna u li jixtiqilna l-​aħjar.”

Raġel jismu Ron qal: “Ma nistax nikkontrolla l-​ħsibijiet u l-​azzjonijiet t’oħrajn. Imma nistaʼ nikkontrolla tiegħi. Jekk irrid il-​paċi, allura ma nistax nibqaʼ nżomm f’qalbi. Bdejt inqis il-​paċi u r-​rabja bħala żewġ affarijiet opposti għall-​aħħar. Ma jistax ikollok dawn it-​tnejn fl-​istess ħin. Issa għandi kuxjenza nadifa.”

a Sorsi: Il-​websajts Mayo Clinic u Johns Hopkins Medicine u l-​ġurnal Social Psychiatry and Psychiatric Epidemiology.

PUNTI PRINĊIPALI

“Komplu ssaportu lil xulxin u aħfru lil xulxin mill-​qalb.”—Kolossin 3:13.

Il-​maħfra twassal biex ikollok . . .

  • Relazzjonijiet iktar b’saħħithom u paċi ġewwinija

  • Inqas ansjetà, rabja, u stress

  • Saħħa aħjar fiżikament, mentalment, u spiritwalment

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja