LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 11/1 p. 15
  • Aħfer mill-qalb

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Aħfer mill-qalb
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Materjal Simili
  • ‘Komplu Aħfru lil Xulxin Liberament’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Aħfru lil Xulxin mill-Qalb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • X’inhi l-​maħfra?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Għala Taħfer?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 11/1 p. 15

GĦERF MILL-​QEDEM GĦAL DINJA MODERNA

Aħfer mill-​qalb

PRINĊIPJU BIBLIKU: ‘Komplu aħfru lil xulxin mill-​qalb jekk xi ħadd għandu għalxiex jilmenta kontra ħaddieħor. Bħalma Ġeħova ħafrilkom mill-​qalb, agħmlu hekk intom ukoll.’—Kolossin 3:13.

Mara tgħolli idha u titlaq minn fejn mara oħra

Xi jfisser dan? Fil-​Bibbja, id-​dnub jitqabbel mad-​dejn u l-​maħfra maʼ li d-​dejn jitħassar. (Luqa 11:4) Xogħol taʼ referenza jgħid li fl-​Iskrittura, il-​kelma Griega tradotta “aħfer” tfisser “li taħfer id-​dejn, billi ma titlobx flus lura.” B’hekk, meta nagħżlu li naħfru lil xi ħadd li jkun naqasna, ma nistennewx xi ħaġa lura mingħandu. Li nkunu lesti li naħfru ma jfissirx li napprovaw l-​imġiba ħażina jew li nċekknu l-​uġigħ li tkun ġabitilna. Pjuttost, sempliċement niddeċiedu li nitilqu r-​riżentiment li tkun ġabitilna, anki jekk forsi jkollna ‘għalxiex nilmentaw.’

u prattiku llum? Bħala bnedmin imperfetti, ilkoll nidinbu. (Rumani 3:23) Għalhekk, inkunu għaqlin li nkunu inklinati li naħfru lil oħrajn, għax illum jew għada se jkollna bżonn li ħaddieħor jaħfer lilna. Iżjed minn hekk, meta nagħżlu li naħfru, nibbenefikaw aħna stess ukoll. Kif?

Żewġ nisa jgħannqu lil xulxin

Meta nżommu r-​rabja u r-​riżentiment f’qalbna—u nżommu lura milli naħfru—inweġġgħu lilna nfusna. Emozzjonijiet negattivi bħal dawn jistgħu jisirqulna l-​ferħ, jillimitawlna ħajjitna, u jagħmluna miżerabbli. Jistgħu wkoll jippreżentaw riskju serju għas-​saħħa. Rapport fil-​Journal of the American College of Cardiology, minn Dr. Yoichi Chida u l-​Professur tal-​Psikoloġija Andrew Steptoe, ikkonkluda: “Is-​sejbiet kurrenti juru konnessjoni taʼ ħsara bejn ir-​rabja u l-​ostilità u s-​CHD [mard tal-​qalb].”

Mil-​lat pożittiv, ikkunsidra l-​benefiċċji tal-​maħfra. Meta naħfru lil oħrajn mill-​qalb, inżommu l-​unità u l-​paċi, b’hekk nissalvagwardjaw relazzjonijiet. Iżjed importanti, nagħtu prova li aħna nimitaw lil Alla, li jaħfer mill-​qalb lil midinbin li jindmu u li jistenna li aħna nagħmlu l-​istess.—Marku 11:25; Efesin 4:32; 5:1.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja