LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wcg kap. 13 p. 66-p. 69
  • Hu Obda Direzzjonijiet Strambi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hu Obda Direzzjonijiet Strambi
  • B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Fittex Iktar
  • Aħseb Fuq Dak li Tistaʼ Titgħallem
  • Ħu l-Ħin Biex Taħseb Dwar Dawn il-Mistoqsijiet
  • Tgħallem Iktar
  • Dak li Ftakar Ġożwè
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Ġożwè
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Afda fil-Mexxej attiv tagħna—Il-Kristu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Ġożwè u l-Gibegħonin
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
wcg kap. 13 p. 66-p. 69

13 ĠOŻWÈ

Hu Obda Direzzjonijiet Strambi

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

ĠOŻWÈ kien qed iħares lejn Ġeriko, il-belt li Alla qallu biex jattakka u jeqred. Hu ftakar fil-kliem li Ġeħova kien qallu ftit qabel ma miet Mosè: “Kun kuraġġuż u sod.” (Dt. 31:23) Iktar tard, Ġeħova reġaʼ qallu: “Kun kuraġġuż u sod.” (Ġoż. 1:7) Issa, Ġożwè kellu bżonn ħafna iktar kuraġġ. Għala?

Ġeriko ma kinitx belt kbira, imma kienet mdawra bi swar għoli. Din kienet l-ewwel belt li l-Iżraelin kellhom jattakkaw biex jieħdu l-Art Imwiegħda. In-nies li kienu jgħixu f’dik il-belt kienu qegħdin jagħmlu ħafna affarijiet ħżiena. Mijiet taʼ snin qabel, Ġeħova kien qal lil Abraham li “l-Amurrin [kienu se] jiġu kkastigati għall-iżbalji tagħhom.” Dan kien jirreferi għan-nies kollha taʼ Kangħan. Ġeħova qal li kellu jiġi żmien li mhux se jibqaʼ jaċċetta l-ħażen tagħhom u kien se jeqridhom. (Ġen. 15:16) Dak iż-żmien kien wasal. In-nies kienu qegħdin jagħmlu l-idolatrija, il-prostituzzjoni fit-tempju, l-omosesswalità, il-bestjalità, ikollhom relazzjonijiet sesswali ma’ tal-familja, u anki offrew lit-tfal bħala sagrifiċċji lill-allat ħżiena tagħhom. Il-Kangħanin tant kienu saru ħżiena li ma setgħux jibqgħu jgħixu f’dik l-art. Kien bħallikieku l-art kellha bżonn tobżoqhom ’il barra! (Lev. 18:3, 6, 21-27) Dan kif kien se jiġri?

Ġeħova ta direzzjoni lil Ġożwè kif għandu jattakka lil Ġeriko, li x’aktarx għal mexxej militari setgħet dehret li ma kinitx tagħmel sens

Alla kien se juża lil Ġożwè u l-armata tiegħu. Dawn is-suldati kienu lesti li jobdu d-direzzjonijiet taʼ Ġeħova. Din il-battalja kienet se tkun l-ewwel pass biex Ġeħova jneħħi n-nies ħżiena minn Kangħan. Imma d-direzzjonijiet li Ġeħova ta lil Ġożwè kienu strambi ħafna. Ġeħova ma qallux biex jattakka l-belt mill-ewwel u lanqas biex jagħmlu assedju, jiġifieri jdawru l-belt għal żmien twil. Kulma kellhom jagħmlu kien li jimmarċjaw madwar il-belt għal sitt ijiem, darba kuljum. Ġeħova kkmanda wkoll lill-qassisin biex jimmarċjaw waqt li jġorru l-arka tal-patt u jdoqqu l-qarn. Fis-sebaʼ jum, kollha kemm huma kellhom jimmarċjaw madwar il-belt sebaʼ darbiet, u mbagħad jgħajtu.

Suldati Kangħanin lesti biex jiġġieldu. Huma qegħdin fuq is-sur taʼ Ġeriko u jidhru inkwetati hekk kif qed jaraw lill-Iżraelin jimmarċjaw madwar il-belt.

Ġożwè kien ġa ġġieled battalji oħrajn. Ħafna suldati jew mexxejja militari x’aktarx ħasbu li dan il-pjan ma kienx jagħmel sens. U x’kien jiġri li kieku l-Iżraelin tilfu l-battalja? X’aktarx, in-nies fi bliet oħra taʼ Kangħan kienu se jkunu iktar ċerti li huma iktar b’saħħithom mill-Iżraelin, u b’hekk jattakkawhom.

Però, Ġeħova kien diġà ta lil Ġożwè raġuni biex jafdah. Meta Ġożwè bagħat liż-żewġ spiji f’Ġeriko, huma saru jafu li n-nies t’hemmhekk kienu dgħajfin u jibżgħu mill-Iżraelin. Wara dan, Ġeħova għamel miraklu u waqqaf l-ilmijiet tax-Xmara Ġordan, u b’hekk l-Iżraelin setgħu jgħaddu.

Żgur li Ġożwè ħaseb sew fuq dawn il-ġrajjiet, u dan saħħaħlu l-fidi tiegħu f’Alla. Il-fidi tiegħu tagħtu l-kuraġġ biex jobdi. B’hekk, mexxa l-armata tiegħu madwar Ġeriko u l-qassisin daqqew il-qarn tagħhom. Imma ħadd ma ħareġ mill-belt biex jattakkahom għax bdew jibżgħu minnhom. L-għada, Ġożwè reġaʼ għamel eżatt l-istess bħalma kien qallu Ġeħova. Għal sitt ijiem, baqgħu jagħmlu l-istess ħaġa. Imbagħad wasal is-sebaʼ jum.

Fis-sebaʼ jum, l-armata taʼ Ġożwè daret madwar Ġeriko għal sebaʼ darbiet. Wara li kienu daru s-sebaʼ darba, għamlu xi ħaġa differenti. Ġożwè qalilhom b’leħen għoli: “Għajtu, għax Ġeħova takom il-belt!” Huma ma damux jistennew. Il-Bibbja tgħid: “Malli s-suldati . . . għajtu għajta kbira tal-gwerra, is-sur waqaʼ.”

Ġożwè u l-armata tiegħu baqgħu deħlin fil-belt u qerdu kull ħaġa ħajja li sabu, kif kien ikkmandahom Ġeħova. Sakemm Ġeħova kien magħhom, Ġożwè u l-armata tiegħu rebħu belt wara belt, u poplu wara poplu. Fl-aħħar, Ġeħova kien naddaf l-art mill-iżbalji tal-Amurrin!

Però, kien hemm parti żgħira mill-ħajt taʼ Ġeriko li ma waqax. Għala? Minħabba mara li kienet kuraġġuża u li kellha fidi kbira f’Ġeħova. Se nitgħallmu iktar dwarha fil-kapitlu li jmiss.

Aqra l-istorja mill-Bibbja:

  • Dewteronomju 20:16-18

  • Ġożwè 2:1, 9-11, 24; 3:14-17; 5:1; 6:1-21, 24

Biex tiddiskuti:

Ġożwè kif wera kuraġġ?

Fittex Iktar

  1. 1. Ġożwè liema kotba tal-Bibbja x’aktarx li kellu? (w09 12/1 17 ¶4, ntt.-wcgr) A

    Ġożwè qiegħed bilqiegħda barra l-kamp billejl u qed jaqra minn skroll.

    Stampa A

  2. 2. Qabel ma l-Iżraelin immarċjaw madwar Ġeriko, Ġeħova x’kien qallu jagħmel lil Ġożwè? Għala d-direzzjonijiet taʼ Ġeħova setgħu dehru strambi? (Ġoż. 5:2-8; w18.10 17 ¶5-7)

  3. 3. X’evidenza hemm li Ġeriko ntrebħet fi żmien qasir? (w15 11/15 15) B

    Kennedy, Titus (2023). The Bronze Age Destruction of Jericho, Archaeology, and the Book of Joshua. Accessed via researchgate.net. Licensed under CC BY 4.0

    Stampa B: Ġarar b’ċereali maħruq li nstabu fil-belt antika taʼ Ġeriko

  4. 4. Il-profezija dwar Ġeriko li nsibu f’Ġożwè 6:26 kif ġrat? (w98 9/15 21 ¶8)

Aħseb Fuq Dak li Tistaʼ Titgħallem

  • X’għen lil Ġożwè biex ikollu fidi fil-wegħdi taʼ Ġeħova? (Ġoż. 23:14) Aħna kif jistaʼ jkollna fidi b’saħħitha bħalu?

  • L-eżempju taʼ Ġożwè kif jgħinna biex nobdu d-direzzjonijiet li nirċievu mill-organizzazzjoni t’Alla? Ċ

    Missier qed imexxi l-qima bħala familja u qed jgħin lill-mara u liż-żewġt itfal tiegħu biex ikunu preparati għal xi diżastri li jistgħu jinqalgħu. Huma qed jaraw il-vidjow “Preparat Int għal Xi Diżastru?” Quddiemhom hemm fliexken tal-ilma, flus, Bibbja, bottijiet tal-ikel, duct tape, go bags, u affarijiet oħra.

    Stampa Ċ

  • Int kif tistaʼ turi l-kuraġġ li wera Ġożwè?

Ħu l-Ħin Biex Taħseb Dwar Dawn il-Mistoqsijiet

  • Din l-istorja x’tgħallimni dwar Ġeħova?

  • Din l-istorja kif inhi marbuta mal-iskop taʼ Ġeħova?

  • Meta Ġeħova jirxoxta lil Ġożwè, x’nixtieq nistaqsih?

Tgħallem Iktar

L-eżempju taʼ Ġożwè kif jgħinna nitgħallmu minn aħwa kbar fl-età, nafdaw fil-wegħdi taʼ Ġeħova, u nibqgħu leali anki meta xi ħadd mill-aħwa jweġġagħna?

“Dak li Ftakar Ġożwè” (w02 12/1 9-12)

Għin it-tfal tiegħek jitgħallmu dwar ġrajjiet importanti li ġraw fil-ħajja taʼ Ġożwè.

“Ġożwè” (Kard tal-karattru tal-Bibbja minn jw.org)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja