LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 1/1 p. 3
  • L-Infern Jaħraq?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Infern Jaħraq?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Materjal Simili
  • X’Sar Minnu n-Nar taʼ l-Infern?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • L-Infern Vera Jeżisti? Il-Bibbja X’Tgħid Dwar l-Infern?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • In-Nar tal-Infern—Qed Jaqbad jew Qed Jintefa?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • X’Inhu Verament l-Infern?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 1/1 p. 3

L-​Infern Jaħraq?

“F’XI PUNT fis-​sittinijiet, l-​Infern sparixxa.” Hekk qal l-​awtur Ingliż David Lodge fil-​ktieb tiegħu Souls and Bodies, u l-​kliem tiegħu jirrifletti l-​ħsieb taʼ ħafna Kattoliċi u Protestanti matul is-​snin li segwew it-​tieni gwerra dinjija. Għal xi żmien, hafna mill-​knejjes ewlenin infushom naqqsu l-​enfasi minn fuq id-​duttrina uffiċċjali tagħhom taʼ nfern tan-​nar fl-​isforzi tagħhom biex jaddattaw għall-​mudelli taʼ ħsieb modern.

L-ideja taʼ kastig wara l-​mewt kienet b’mod speċjali mhix aċċettabbli għan-​nies għaliex l-​ideja tad-​dnub innifsu kienet saret imċajpra fl-​imħuħ tagħhom. Meta ġie intervistat fl-​1984, il-​Kardinal Ratzinger taʼ Ruma qal: “Iċ-​ċivilizzazzjoni tagħna . . . tiffoka f’li toħloq ċirkustanzi u skużi f’attentat biex tneħħi s-​sens taʼ ħtija, taʼ dnub ’il bogħod min-​nies . . . , dik l-​istess realtà li magħha t-​twemmin fl-​infern u Purgatorju hu assoċjat.”

Huwa possibbli llum li temmen fir-​realtà tad-​dnub mingħajr ma taċċetta d-​duttrina taʼ kastig wara l-​mewt fil-​purgatorju u fl-​infern? Ktieb riċenti, Abrégé de la foi catholique (Ġabra fil-​qosor tat-​Twemmin Kattoliku), b’introduzzjoni mill-​Kardinal Franċiż Decourtray, poġġa l-​mistoqsija b’mod dirett: “Hemm bżonn temmen bl-​infern?” It-​tweġiba: “Mhux possibbli li taħrab il-​kwistjoni tal-​biżaʼ tal-​infern.” Ix-​xogħol Vatican Council II—More Post-conciliar Documents (1982) jikkwota “Il-​Credo tal-​Poplu t’Alla” bħala li jgħid: “Aħna nemmnu . . . [li] dawk li wieġbu għall-​imħabba u l-​ħniena t’Alla se jmorru fil-​ħajja eterna. Dawk li rrifjutawhom sat-​tmiem se jingħataw għan-​nar li qatt ma jintefa.”

Għalhekk, minkejja l-​isforzi teoloġiċi kollha biex jagħtu prova kontra dan, in-​nar tal-​infern għadu bil-​wisq parti mid-​domma uffiċċjali Kattolika. Madankollu A New Dictionary of Christian Theology (1983) jitkellem dwar il-​“mistħija” u l-​“iskandlu” li d-​duttrina taʼ ndannazzjoni eterna tikkaġuna lil ħafna membri tal-​knejjes tal-​Kristjaneżmu llum. Huma jsibuha diffiċli li jqabblu din id-​domma mal-​ideja taʼ Alla taʼ mħabba. Huma jistaqsu: ‘Huwa infern jaħraq verament duttrina Kristjana u Biblika?’

[Stampa f’paġna 3]

Il-​katidral taʼ Bourges, Franza

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja