LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 7/15 pp. 8-12
  • Se Timita Int lil-Ħniena t’Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Se Timita Int lil-Ħniena t’Alla?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Isseħħ il-​Ġustizzja Divina
  • Il Ġustiżzja Bbilanċjata Bil-​Ħniena
  • Tħassib għal Dak Li Ntilef
  • Ferħ Fis-​Sema—Dwar Liema Ħaġa?
  • Indiema u Ħniena fl-​Azzjoni
  • Jehovah—Is-Sors tal-Ġustizzja Vera u tat-Tjieba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Imita lil Jehovah—Eżerċita l-Ġustizzja u t-Tjieba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Ferħ minħabba l-midneb li jindem
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Imita l-ġustizzja u l-ħniena taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 7/15 pp. 8-12

Se Timita Int lil-​Ħniena t’Alla?

“Siru imitaturi t’Alla, Bħala tfal maħbubin.”—EFESIN 5:1.

1. Li nimitaw lil oħrajn għala għandu jikkonċernana lkoll?

GĦAT-​Tajjeb jew għall-​ħażin, il-​biċċa l-​kbira tan-​nies jimitaw lil oħrajn. Dawk li hemm madwarna, u li lilhom forsi nimitaw, jistgħu jeffettwawna mhux ftit. Il-​kittieb imnebbaħ taʼ Proverbji 13:20 wissa: “Dak li qed jimxi mal-​għorrief se jsir għaref, imma dak li qed jagħmilha mal-​istupidi se jaħbatha ħażin.” Mhux taʼ b’xejn, allura, li l-​Kelma t’Alla tgħid: “Kun imitatur, mhux taʼ dak li hu ħażin, imma taʼ dak li hu tajjeb. Dak li jagħmel it-​tajjeb joriġina maʼ Alla.”—3 Ġwann 11.

2. Lil min imissna nimitaw, u b’liema modi?

2 Għandna eżempji Bibliċi eċċellenti taʼ rġiel u nisa li lilhom nistgħu nimitaw. (1 Korintin 4:16; 11:1; Filippin 3:17) Iżda, l-​aqwa wieħed li għandna nimitawh hu Alla. F’Efesin 4:31-5:2, wara li nnota liema huma l-​karatteristiċi u l-​prattiċi li għandna nevitaw, l-​appostlu Pawlu ħeġġiġna biex ‘nagħdru b’tenerezza, billi naħfru lil xulxin b’xejn.’ Dan wassal għall-​eżortazzjoni prinċipali: “Għalhekk, siru imitaturi t’Alla, bħala tfal maħbubin, u ibqgħu mexjin bl-​imħabba.”

3, 4. Alla pprovda liema deskrizzjoni tiegħu nnifsu, u għala għandna aħna nqisu l-​fatt li hu Alla ġust?

3 X’inhuma l-​modi u l-​kwalitajiet t’Alla li għandna nimitaw? Hemm ħafna aspetti tal-​personalità u tal-​atti tiegħu, bħalma jistaʼ jidher mill-​mod li bih iddeskriva lilu nnifsu lil Mosè: “Jehovah, Alla kollu ħniena u grazzja, idum biex jirrabja u abbundanti fil-​qalb tajba bl-​imħabba u l-​verità, jerfaʼ l-​qalb tajba bl-​imħabba għal eluf, jaħfer l-​iżball u n-​nuqqas u d-​dnub, imma bl-​ebda mod ma se jeżenta mill-​kastig, billi jġib kastig għall-​iżball taʼ missirijiet fuq ulied u fuq ulied l-​ulied.”—Eżodu 34:6, 7.

4 Ladarba Jehovah hu “wieħed li jħobb it-​tjieba u l-​ġustizzja,” żgur li għandna nsiru nafu u nimitaw dan l-​aspett tal-​personalità tiegħu. (Salm 33:5; 37:28) Huwa l-​Ħallieq, kif ukoll l-​Imħallef suprem u l-​Legiżlatur tal-​bniedem, u għalhekk jesprimi ġustizzja lejn kulħadd. (Isaija 33:22) Dan hu indikat b’mod ċar mill-​mod kif hu esiġa ġustizzja u ġiegħel li ssir fost il-​poplu tiegħu Iżrael u iktar tard ġewwa l-​kongregazzjoni Kristjana.

Isseħħ il-​Ġustizzja Divina

5, 6. Il-​ġustizzja kif dehret fil-​mod taʼ kif Alla aġixxa maʼ Iżrael?

5 Meta ġie biex jagħżel lil Iżrael bħala l-​poplu tiegħu, Alla staqsa jekk kinux ‘strettament se jobdu l-​vuċi tiegħu u tabilħaqq iżommu l-​patt tiegħu.’ Miġburin biswit il-​Muntanja Sinaj, huma wieġbu: “Dak kollu li Jehovah qal aħna lesti li nagħmluh.” (Eżodu 19:3-8) X’biċċa xogħol serja! Permezz taʼ anġli, Alla ta lill-​Iżraeliti xi 600 liġi, li huma, bħala poplu ddedikat lilu, kienu responsabbli li jżommu. X’kien se jiġri jekk xi ħadd ma jagħmilx hekk? Wieħed speċjalista fil-​Liġi t’Alla spjega: “Il-​kelma mitkellma permezz taʼ anġli wriet li hi soda, u kull nuqqas u att diżubbidjenti rċevew tpattija fi qbil mal-​ġustizzja.”—Ebrej 2:2.

6 Iva, Iżraelit li ma kienx ikun irid jobdi kien jiffaċċja “tpattija fi qbil mal-​ġustizzja,” mhux ġustizzja umana defiċjenti, imma ġustizzja mingħand il-​Ħallieq tagħna. Alla stipula ħafna penalitajiet għall-​ksur tal-​liġi. L-​iktar penali serju kien il-​‘qtugħ,’ jew esekuzzjoni. Dan kien japplika għal vjolazzjonijiet gravi, bħalma huma l-​idolatrija, l-​adulterju, l-​inċest, il-​bestjalità, l-​omosesswalità, l-​issagrifikar tat-​tfal, il-​qtil, u l-​użu ħażin tad-​demm. (Levitiku 17:14; 18:6-17, 21-29) Iktar minn hekk, kull Iżraelit li apposta, bla ma jindem, jikser kwalunkwe liġi divina setaʼ jiġi “maqtugħ.” (Numri 4:15, 18; 15:30, 31)Meta din il-​ġustizzja divina twettqet, l-​effetti tagħha setgħu sew jinħassu mid-​dixxendenti taʼ min ikun għamel il-​ħażen.

7. X’kienu xi konsegwenzi tal-​esekuzzjoni tal-​ġustizzja fost il-​poplu t’Alla tal-​qedem?

7 Penalitajiet bħal dawn enfasizzaw il-​gravità tal-​ksur tal-​liġi divina. Per eżempju jekk iben sar sakranazz jew hanżir, hu kellu jinġieb quddiem imħallfin maturi. Jekk isibu li dan kien wieħed li jagħmel il-​ħażin apposta u mingħajr indiema, il-​ġenituri kellhom ikollhom sehem f’li jesigwixxu l-​ġustizzja. (Dewteronomju 21:18-21) Dawk fostna li huma ġenituri jistgħu jimmaġinaw li ma kienx faċli li tagħmel hekk. Iżda Alla kien jaf li dan kien meħtieġ biex il-​ħażen ma jinxteridx fost l-​adoraturi veri. (Eżekjel 33:17-19) Dan ġie rranġat minn Dak li dwaru setaʼ jingħad: “Il-​mogħdijiet tiegħu kollha huma ġustizzja. Alla taʼ fedeltà, li miegħu m’hemm l-​ebda inġustizzja; twajjeb u dritt hu.”−Dewteronomju 32:4.

8. Il-​ġustizzja kif immarkat l-​aġiri t’Alla mal-​kongregazzjoni Kristjana?

8 Wara bosta sekli Alla warrab fil-​ġens lill-​ġens taʼ Iżrael u għażel lill-​kongregazzjoni Kristjana. Imma Jehovah ma nbidilx. Xorta kien għadu marbut li jimxi b’ġustizzja u setaʼ jiġi deskritt bħala “nar li jiblaʼ.” (Ebrej 12:29; Luqa 18:7, 8) Hu għalhekk kompla jkollu provvediment biex idaħħal il-​biżaʼ t’Alla fil-​kongregazzjoni kollha kemm hi billi jitkeċċew dawk li jagħmlu l-​ħażen. Kristjani ddedikati li jsiru wħud li jagħmlu l-​ħażen bla ma jindmu kellhom jinqatgħu mis-​sħubija.

9. X’inhu l-​qtugħ mis-​sħubija, u x’iwettaq?

9 X’inhu involut fil-​qtugħ mis-​sħubija? Nieħdu lezzjoni vera mill-​mod taʼ kif problema ġiet trattata fl-​ewwel seklu. Wieħed Kristjan f’Korintu għamel l-​immoralità maʼ mart missieru u ma nidimx, u għalhekk Pawlu saħaq li dan għandu jitkeċċa minn dik il-​kongregazzjoni. Dan kellu jsir biex tiġi protetta l-​indafa tal-​poplu t’Alla, għax “ftit ħmira tħemmel il-​għaġna kollha.” It-​tkeċċija tiegħu kienet ma tħallix lill-​ħażen tiegħu jiddiżonora kemm lil Alla u kemm lill-​poplu Tiegħu. Id-​dixxiplina ħarxa taʼ li jkun maqtugħ mis-​sħubija setgħet ukoll taħsdu biex iġġibu f’sensih u ddaħħal fih u fil-​kongregazzjoni biżaʼ xieraq t’Alla.—1 Korintin 5:1-13; qabbel Dewteronomju 17:2, 12, 13.

10. Il-​qaddejja t’Alla kif għandhom jirrispondu jekk wieħed jiġi maqtugħ mis-​sħubija?

10 Il-​kmand divin hu illi jekk wieħed mill-​agħar jiġi mkeċċi, il-​Kristjani jridu ‘jieqfu milli jitħalltu fil-​kumpanija tiegħu . . ., lanqas biss jieklu maʼ bniedem bħal dan.’a Hu b’hekk jiġi maqtugħ ’il barra minn sħubija, inklużi laqgħat soċjali, ma wħud leali li jirrispettaw u jridu jimxu skond il-​liġi t’Alla. Xi wħud minnhom jistgħu forsi jkunu qraba mhux fil-​familja immedjata, li ma jgħixux fl-​istess dar. Jistaʼ jkun diffiċli għal dawk il-​qraba li japplikaw din id-​direttiva divina, saħansitra bħalma ma kienx faċli għal ġenituri Ebrej taħt il-​Liġi taʼ Mosè li jieħdu sehem fl-​esekuzzjoni taʼ xi iben mill-​agħar. Xorta, il-​kmand t’Alla hu ċar; b’hekk nistgħu nkunu żguri li l-​qtugħ mis-​sħubija huwa ġust.—1 Korintin 5:1, 6-8, 11; Titus 3:10, 11; 2 Ġwann 9-11. ara The Watchtower, 15 taʼ Settembru, 1981, paġni 26-31; 15 t’April, 1988, paġni 28-31.

11. Kif jistgħu jidhru diversi aspetti tal-​personalita t’Alla f’konnessjoni maʼ qtugħ mis-​sħubija

11 Ftakar, iżda, li Alla tagħna ma hux semplidement ġust; huwa wkoll “abbundanti fil-​qalb tajba, jaħfer l-​iżball u n-​nuqqas.” (Numri 14:18) Il-​Kelma tiegħu tagħmilha ċara li wiehed li hu maqtugħ mis-​sħubija jistaʼ jindem billi jfittex il-​maħfra divina. Imbagħad x’jiġri? Indokraturi taʼ esperjenza jistgħu jiltaqgħu miegħu biex jiddeterminaw bit-​talb u bir-​reqqa jekk huwiex jagħti evidenza li hu niedem mill-​egħmil ħażin li wassal għall-​qtugħ tiegħu mis-​sħubija. (Qabbel Atti 26:20.) Jekk inhu hekk, jistaʼ jerġaʼ jiddaħħal fil-​kongregazzjoni, bħalma jindika t-​2 Korintin 2:6-11 li ġara fil-​każ tar-​raġel f’Korintu. Iżda, xi wħud li tkeċċew ilhom ’il bogħod mill-​kongregazzjoni t’Alla għal snin sħaħ; mela jistaʼ jsir xi ħaġa biex ingħinuhom isibu t-​triq lura?

Il Ġustiżzja Bbilanċjata Bil-​Ħniena

12, 13. Li aħna nimitaw lil Alla għala għandu jinkludi iktar milli nirriflettu l-​ġustizzja tiegħu?

12 Dak li għedna s’issa kellu x’jaqsam primarjament maʼ aspett wieħed tal-​kwalitajiet t’Alla, kif inhuma msemmijin f’​Eżodu 34:6, 7. Dawk il-​versi, madankollu, isemmu ferm iktar mill-​ġustizzja t’Alla, u dawk li jridu jimitawh ma jiffokawx biss fuq li jinforzaw il-​ġustizzja. Jekk kont se tagħmel mudell tat-​tempju li nbena minn Salamun, kont int tistudja biss waħda mill-​kolonni tiegħu? (1 Slaten 7:15-22) Le, għax dik ma tantx setgħet tagħtik stampa bbilanċjata tan-​natura u r-​rwol tat-​tempju. Bl-​istess mod, jekk nixtiequ nimitaw lil Alla, irridu wkoll nikkopjaw oħrajn mill-​modi u l-​kwalitajiet tiegħu, bħalma li hu “kollu ħniena u grazzja, idum biex jirrabja u abbundanti fil-​qalb tajba bl-​imħabba u l-​verità, jerfaʼ l-​qalb tajba bl-​imħabba għal eluf, jaħfer l-​iżball.”

13 Il-​ħniena u l-​maħfra huma kwalitajiet fundamentali t’Alla, bħalma naraw mill-​mod taʼ kif hu aġixxa maʼ Iżrael. Dak Alla tal-​ġustizzja ma eżentahomx mill-​kastig għal żball ripetut, iżda hu wera biżżejjed ħniena u maħfra. “Hu għarraf il-​mogħdijiet tiegħu lil Mosè, l-​aġir tiegħu saħansitra lil ulied Iżrael. Jehovah huwa kollu ħniena u grazzja, qajla jirrabja u abbundanti fil-​qalb tajba bl-​imħabba. Mhux se jibqaʼ għaż-​żmien kollu jsib il-​ħtija, lanqas ma se jibqaʼ għal żmien indefinit iżomm f’qalbu.” (Salm 103:7-9; 106:43-46) Iva, ħarsa b’lura lejn l-​aġiri tiegħu tul mijiet taʼ snin tagħti prova taʼ kemm huma minnhom dawk il-​kelmiet.—Salm 86:15; 145:8, 9; Mikea 7:18, 19.

14. Ġesù kif wera li hu imita l-​ħniena t’Alla?

14 Ladarba Ġesù Kristu “hu r-​riflessjoni tal-​glorja [t’Alla] u r-​rappreżentazzjoni eżatta tal-​esseri tiegħu nnifsu,” għandna nistennew li hu juri ħniena simili u rieda li jaħfer. (Ebrej 1:3) Hekk għamel, bħalma juru l-​azzjonijiet tiegħu lejn oħrajn. (Mattew 20:30-34) Hu wkoll enfasizza l-​ħniena bil-​kelmiet tiegħu li naqraw f’​Luqa kapitlu 15. It-​tliet tixbihat hemmhekk jagħtu prova li Ġesù imita lil Jehovah, u jipprovdu lezzonijiet vitali għalina.

Tħassib għal Dak Li Ntilef

15, 16. Liema ħaġa qanqlet lil Ġesù biex jagħti t-​tixbihat li nsibu f’​Luqa 15?

15 Dawk it-​tixbihat jagħtu xiehda tal-​interess kollu ħniena li għandu Alla fil-​midinbin, b’mod li jagħtu stampa armonjużi għalina biex nimitaw. Ikkunsidra l-​isfond tat-​tixbihat: “Issa l-​kolletturi kollha tat-​taxxi u l-​midinbin baqgħu jersqu lejh [lejn Ġesù] biex jisimgħuh. Għaldaqstant kemm il-​Fariżej u kemm l-​iskribi baqgħu jgemgmu minn taħt l-​ilsien, igħidu: ‘Dan ir-​raġel jilqat lill-​midinbin u jiekol magħhom.”ˈ—Luqa 15:1, 2.

16 In-​nies kollha involuti kienu Lhud. Il-​Fariżej u l-​iskribi kienu jiftaħru dwar kemm kienu jżommu mal-​punt tal-​Liġi Mosajka, xorta taʼ tjieba legalistika. Alla, iżda, ma kienx jaqbel maʼ li wieħed igħid hu kemm hu twajjeb hu stess. (Luqa 16:15) Evidentement, il-​kolletturi tat-​taxxi msemmijin kienu Lhud li kienu jiġbru t-​taxxi għal Ruma. Peress li ħafna kienu jisolħu somom kbar mingħand Lhud sħabhom, il-​kolletturi tat-​taxxi kienu grupp mistmerr. (Luqa 19:2, 8) Kienu meqjusin bħala “midinbin,” li kienu jinkludu lil nies immorali, saħansitra nisa żienja. (Luqa 5:27-32; Mattew 21:32) Imma Ġesù staqsa lill-​mexxejja reliġjużi li kienu qegħdin jilmentaw:

17. Liema kienet l-​ewwel tixbieha taʼ Ġesù f’​Luqa 15?

17 “Liema raġel minnkom b’mitt nagħġa, malli jitlef waħda minnhom, mhux se jħalli warajh lid-​disgħa u disgħin fix-​xagħri u jmur għall-​waħda mitlufa sakemm isibha? U meta jkun sabha hu jpoġġiha fuq spallejh u jifraħ. U meta jasal id-​dar isejjaħ lill-​ħbieb tiegħu u lill-​ġirien tiegħu flimkien, igħidilhom, ‘Ifirħu miegħi, għaliex sibt in-​nagħġa tiegħi li kienet mitlufa.’ Ingħidilkom li b’hekk se jkun hemm iktar ferħ fis-​sema minħabba midneb wieħed li jindem milli minħabba disgħa u disgħin uħud twajbin li m’għandhomx bżonn jindmu.” Il-​mexxejja reliġjużi setgħu jifhmu l-​istampa, għax ngħaġ u ragħajja kienu dehra komuni. Minħabba t-​tħassib tiegħu, ir-​ragħaj ħalla lid-​99 nagħġa jirgħu f’mergħat familjari waqt li mar ifittex għal waħda li ntilfet. Billi baqaʼ sa ma sabha, hu refaʼ bil-​ħlewwa lin-​nagħġa mbeżżaʼ u ħadha lura lejn il-​merħla.—Luqa 15:4-7.

18. Bħalma spikkat fit-​tieni tixbieha taʼ Ġesù f’​Luqa 15, liema ħaġa qanqlet il-​ferħ?

18 Ġesù żied tixbieha oħra, it-​tieni waħda: “Jew liema mara b’għaxar muniti taʼ drakma jekk titlef munita waħda taʼ drakma, ma tixgħelx lampa u tiknes id-​dar tagħha u tfittex bir-​reqqa sa ma ssibha? U meta tkun sabitha hi ssejjaħ lin-​nisa li huma ħbieb tagħha u lill-​ġirien flimkien, tgħid, ‘Ifirħu miegħi, għaliex sibt il-​munita tad-​drakma li jien tlift.’ B’hekk, ingħidilkom, ferħ iqum fost l-​anġli t’Alla minħabba midneb wieħed li jindem.” (Luqa 15:8-10) Id-​drakma kienet tiswa kważi l-​paga taʼ jum għal ħaddiem wieħed. Il-​munita tal-​mara forsi kienet xi wirt tal-​familja, jew forsi kienet parti minn xi sett maħdum f’ġojjell. Meta ntilfet, fittxet maʼ kullimkien biex sabet il-​munita, u mbagħad hi u n-​nisa ħbieb tagħha ferħu. Dan x’igħidilna dwar Alla?

Ferħ Fis-​Sema—Dwar Liema Ħaġa?

19, 20. L-​ewwel żewġ tixbihat taʼ Ġesù f’​Luqa 15 kienu primarjament dwar min, u liema punt ċentrali għamlu?

19 Dawk iż-​żewġ tixbihat kienu b’risposta għall-​kritika li saret lil Ġesù, li xi xhur qabel kien identifika lilu nnifsu bħala “r-​ragħaj mill-​aħjar” li kien se jagħti ruħu għan-​ngħaġ tiegħu. (Ġwann 10:11-15) Minkejja dan, it-​tixbihat ma kinux primarjament dwar Ġesù. Il-​lezzjonijiet li l-​iskribi u l-​Fariżej kien jinħtiġilhom li jitgħallmu kienu ċċentrati dwar l-​attitudni u l-​modi t’Alla. B’hekk, Ġesù qal li hemm ferħ fis-​sema minħabba midneb li jindem. Dawk ir-​reliġjonisti kienu jsostnu li jaqdu lil Jehovah, iżda ma kinux qegħdin jimitawh. Il-​modi taʼ ħniena taʼ Ġesù, mill-​banda l-​oħra, rrapprezentaw ir-​rieda taʼ Missieru.—Luqa 18:10-14; Ġwann 8:28, 29; 12:47-50; 14:7-11.

20 Jekk wieħed minn kull mija kien bażi għal ferħ, munita waħda minn għaxra kienet ferm iktar. Saħansitra llum, nistgħu nħossu l-​emozzjonijiet tan-​nisa li ferħu bis-​sejba tal-​munita! Hawn, ukoll, il-​lezzjoni tiċċentra dwar is-​sema, billi “l-​anġli t’Alla” jifirħu maʼ Jehovah “minħabba midneb wieħed li jindem.” Innota dik l-​aħħar kelma, “jindem.” Dawn it-​tixbihat huma tassew dwar midinbin li jindmu. U int tistaʼ tara li t-​tnejn jenfasizzaw kemm hu xieraq li tifraħ dwar l-​indiema tagħhom.

21. X’lezzjoni għandna nitgħallmu mit-​tixbihat taʼ Ġesù f​’Luqa 15?

21 Dawk il-​mexxejja reliġjużi ggwidati ħażin li kienu bi mneħirhom imxammar għax kienu jżommu b’mod superfiċjali mal-​Liġi ma ndunawx li Alla hu “kollu ħniena u grazzja, . . . jaħfer l-​iżball u n-​nuqqas u d-​dnub.” (Eżodu 34:6, 7) Kieku kienu qegħdin jimitaw dan l-​aspett tal-​personalità u l-​modi t’Alla, huma kienu japprezzaw il-​ħniena li Ġesù wera lejn il-​midinbin li nidmu. Xi ngħidu dwarna? Qegħdin aħna ndaħħlu l-​lezzjoni f’qalbna u napplikawha? Sewwa, innota t-​tielet tixbieha taʼ Ġesù.

Indiema u Ħniena fl-​Azzjoni

22. Fil-​qosor, Ġesù x’ta bħala t-​tielet tixbieha f’​Luqa 15?

22 Din ġiet spiss imsejħa bħala t-​tixbieha tal-​iben prodigu. Iżda, meta taqraha int tistaʼ tara għala xi wħud iqisuha bħala l-​parabbola tal-​imħabba taʼ missier. Din tgħid dwar l-​iben iż-​żgħir ġewwa familja, li jikseb il-​wirt tiegħu mingħand missieru. (Qabbel Dewteronomju 21:17.) Dan l-​iben jitlaq lejn pajjiż ’il bogħod, fejn iberbaq kollox f’xalar baxx, ikollu jaħdem bħala wieħed li jirgħa l-​qżieqeż, u saħansitra jispiċċa biex ikun imġewwaħ għall-​ikel tal-​qżieqeż. Sa fl-​aħħar jiġi f’sensih u jiddeċiedi li jerġaʼ lura d-​dar, anki jekk biss biex jaħdem għal missieru bħala ħaddiem mikri.Hekk kif joqrob lejn id-​dar, missieru jieħu l-​pass pożittiv taʼ li jagħtih merħba, saħansitra billi jagħmel festa. Ħuh il-​kbir, li kien baqaʼ d-​dar jaħdem, jistmerr il-​ħniena li ġiet murija. Imma l-​missier igħid li għandhom jifirħu għaliex dan l-​iben li kien mejjet issa qed igħix.—Luqa 15:11-32.

23. X’għandna nitgħallmu mit-​tixbieha tal-​iben prodigu?

23 Xi skribi u Fariżej forsi ħassew li huma kienu qegħdin jiġu mxebbhin mal-​iben il-​kbir, b’kuntrast mal-​midinbin li kienu bħall-​iben iż-​żgħir. Fehmu sewwa, iżda, huma l-​punt prinċipali tat-​tixbieha, u nifhmuha aħna? Din tenfasizza attribut li jispikka taʼ Missierna tas-​sema kollu ħniena, ir-​rieda tiegħu li jaħfer fuq il-​bażi tal-​indiema mill-​qalb tal-​midneb u l-​konverżjoni tiegħu. Kellha tqanqal lis-​semmiegħa biex iwieġbu bil-​ferħ għall-​fidwa taʼ midinbin li jindmu. Hekk hu kif Alla jħares lejn l-​affarijiet u kif jaġixxi, u dawk li jimitaw lilu jagħmlu l-​istess.—Isaija 1:16, 17; 55:6, 7.

24, 25. Liema mogħdijiet t’Alla għandna aħna nkunu qed infittxu biex nimitaw?

24 Jidher ċar li l-​ġustizzja timmarka l-​modi kollha t’Alla, u għalhekk dawk li jridu jimitaw lil Jehovah igħożżu u jiġru wara l-​ġustizzja. Xorta, Alla tagħna mhux immotivat minn sempliċi ġustizzja astratta jew riġida. Il-​ħniena u l-​imħabba tiegħu huma kbar. Hu juri dan b’rieda li jaħfer fuq il-​bażi taʼ ndiema ġenwina. Huwa xieraq, allura, li Pawlu rabat il-​maħfra li nuru aħna maʼ li nimitaw lil Alla: “[Kunu qed] taħfru lil xulxin b’xejn sewwa sew bħalma Alla wkoll bi Kristu ħafrilkom b’xejn. Għalhekk, siru imitaturi t’Alla, bħala tfal maħbubin, u ibqgħu mexjin bl-​imħabba.”—Efesin 4:32-5:2.

25 Il-​veri Kristjani ilhom jippruvaw jikkopjaw kemm il-​ġustizzja taʼ Jehovah kif ukoll il-​ħniena tiegħu u r-​rieda tiegħu li jaħfer. Iktar ma nsiru nafuh, iktar għandu jkun faċli għalina li nimitawh f’dan ir-​rigward. Kif, iżda, nistgħu napplikaw dan lejn persuna li rċeviet b’mod ġust dixxiplina ħarxa għaliex ġriet wara korsa taʼ dnub? Ejja naraw.

[Nota taʼ taħt]

a “L-​iskomunika fis-​sens l-​iktar ġenerali tagħha hija l-​att apposta li bih grupp jiċħad il-​privileġġi taʼ sħubija tiegħu lil dawk li darba kienu membri b’waqfa tajba.... L-​iskomunika ġiet fl-​era Kristjana biex tirreferi għal att taʼ sklużjoni li bih komunità reliġjuża ċċaħħad lil dawk li joffendu mis-​sagramenti mill-​qima kongregazzjonali, u possibilment minn kuntatt soċjali taʼ kwalunkwe xorta.”−The International Standard Bible Encyclopedia.

X’Tgħallimt?

◻ Il-​ġustizzja t’Alla kif kienet murija fil-​kongregazzjoni taʼ Iżrael u fil-​kongregazzjoni Kristjana?

◻ Għala għandna nimitaw il-​ħniera t’Alla, minbarra l-​ġustizzja tiegħu?

◻ Liema ħaġa qanqlet it-​tliet tixbihat f’​Luqa kapitlu 15, u liema lezzjonijiet għandhom igħallmuna?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja