LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 7/15 pp. 12-16
  • Imita lill-Ħniena t’Alla Llum

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Imita lill-Ħniena t’Alla Llum
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Maħfra, Obbliġu Kristjan
  • Jerġaʼ Lura Għand Jehovah
  • Iktar Għajnuna taʼ Ħniena
  • Uri l-Lealtà Kristjana Meta Qarib Ikun Maqtugħ mis-Sħubija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Kif Għandna Nittrattaw lil Xi Ħadd Maqtugħ mis-Sħubija
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Meta Xi Ħadd li Tħobb Jitlaq lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 7/15 pp. 12-16

Imita lill-​Ħniena t’Alla Llum

“Ejjew naqgħu, jekk jogħġobkom, ġewwa l-​id taʼ Jehovah, għax bosta huma l-​ħniniet tiegħu.”−2 SAMWEL 24:14.

1. David kif ħassu dwar il-​ħniena t’Alla, u għala?

IS-​SULTAN DAVID kien jaf mill-​esperjenza li Jehovah huwa iktar ħanin mill-​bnedmin. Billi kien kunfidenti li l-​mogħdijiet, jew it-​triqat, t’Alla huma l-​aqwa, David xtaq li jitgħallem dwar il-​mogħdijiet Tiegħu u jimxi fil-​verità Tiegħu. (1 Kronaki 21:13; Salm 25:4, 5) Tħossok int kif ħassu David?

2. Ġesù liema parir ta f’​Mattew 18:15-17 dwar li wieħed jittratta dnub serju?

2 Il-​Bibbja toffrilna dehen għal ġol-​ħsibijiet t’Alla, saħansitra dwar kwistjonijiet bħal x’għandna nagħmlu jekk xi ħadd jidneb kontra tagħna. Ġesù qal lill-​appostli tiegħu, li kellhom iktar tard ikunu indokraturi Kristjani: “Jekk ħuk jikkommetti dnub, mur ikxef in-​nuqqas tiegħu bejnek u bejnu waħedkom. Jekk jismaʼ minnek, int tkun ksibt lil ħuk.” In-​nuqqas involut hawn ma kienx sempliċement xi ħaġa żgħira persunali imma dnub serju, bħalma hu l-​qerq jew il-​malafama. Ġesù qal li jekk dan il-​pass ma jsolvix il-​kwistjoni u jekk hemm xi xhieda, dak li kontra tiegħu sar id-​dnub għandu jeħodhom biex jagħti prova li kien hemm nuqqas. Huwa dan l-​aħħar pass? Le. “Jekk hu [il-midneb] ma jismax minnhom, kellem lill-​kongregazzjoni. Jekk ma jismax saħansitra mill-​kongregazzjoni, ħa jkun għalik sewwa sew bħal bniedem tal-​ġnus u bħal kollettur tat-​taxxi.”−Mattew 18:15-17.

3. Ġesù x’ried ifisser meta qal li raġel ħażin li ma jindimx kellu jkun “bħal bniedem tal-​ġnus u bħal kollettur tat-​taxxi”?

3 Billi kienu Lhud, l-​appostli kellhom jifhmu x’kien ifisser kif tittratta midneb “bħal bniedem tal-​ġnus u bħal kollettur tat-​taxxi.” Il-​Lhud evitaw sħubija maʼ nies tal-​ġnus, u kienu jistmerru Lhud li kienu jaħdmu bħala kolletturi Rumani tat-​taxxi.a (Ġwann 4:9; Atti 10:28) B’hekk, Ġesù kien qed jagħti parir lid-​dixxipli li jekk il-​kongregazzjoni rrifjutat xi midneb, huma kellhom jieqfu jassoċjaw miegħu. Kif, iżda, jaqbel dan maʼ li Ġesù kien ikun maʼ kolletturi tat-​taxxi xi kultant?

4. Minħabba l-​kliem tiegħu f’​Mattew 18:17, Ġesù għala setaʼ jittratta maʼ xi kolletturi tat-​taxxi u midinbin?

4 Luqa 15:1 igħid: “Il-​kolletturi kollha tat-​taxxi u l-​midinbin baqgħu jersqu lejh biex jisimgħuh.” Mhux kull kollettur tat-​taxxi jew midneb kien hemm, imma “kollha” fis-​sens taʼ ħafna. (Qabbel Luqa 4:40.) Liema minnhom? Dawk li kienu interessati f’li jkollhom dnubiethom maħfurin. Xi wħud minn dawn kienu iktar kmieni miġbudin lejn il-​messaġġ taʼ ndiema taʼ Ġwanni l-​Għammied. (Luqa 3:12; 7:29) Mela meta xi oħrajn ġew għand Ġesù, l-​ippridkar tiegħu lilhom ma marx kontra l-​parir tiegħu f’​Mattew 18:17. osserva li “ħafna kolletturi tat-​taxxi u midinbin [semgħu lil Ġesù] u huma bdew isegwuh.” (Mark 2:15) Dawn ma kinux xi nies li xtaqu jkomplu fil-​mod taʼ ħajja ħażina, billi jirrifjutaw kwalunkwe għajnuna. Minflok, huma semgħu l-​messaġġ taʼ Ġesù u qlubhom ġew imqanqlin. Saħansitra jekk kienu għadhom jidinbu, għalkemm x’aktarx li qed jippruvaw jagħmlu xi bidliet, “ir-​ragħaj mill-​aħjar” billi jippridkalhom kien qed jimita lill-​Missier ħanin tiegħu.—Ġwann 10:14.

Il-​Maħfra, Obbliġu Kristjan

5. X’inhi l-​pożizzjoni bażika t’Alla f’dik li hi maħfra?

5 Għandna dawn l-​assigurazzjonijiet li jqawwu l-​qalb taʼ li Missierna lest li jaħfrilna: “Jekk nistqarru dnubietna, hu fidil u twajjeb biex jaħfrilna dnubietna u jnaddafna minn kull nuqqas taʼ tjieba.” “Qed niktbilkom dawn l-​affarijiet biex ma tagħmlux dnub. U madankollu jekk xi ħadd jagħmel dnub, għandna wieħed li jgħin mal-​Missier, Ġesù Kristu, wieħed twajjeb.” (1 Ġwann 1:9; 2:1) Hija l-​maħfra possibbli għal persuna maqtugħa mis-​sħubija?

6. Wieħed maqtugħ mis-​sħubija kif jistaʼ jiġi maħfur u milqugħ lura?

6 Iva. Fiż-​żmien meta qed jiġi maqtugħ mis-​sħubija xi ħadd minħabba li ma kienx nidem minn xi dnub, l-​anzjani li qed jirrappreżentaw lill-​kongregazzjoni jispjegawlu li huwa possibbli għalih li jindem u jirċievi l-​maħfra t’Alla. Hu jistaʼ jattendi l-​laqgħat fil-​Kingdom Hall, fejn hu jistaʼ jismaʼ l-​istruzzjoni mill-​Bibbja li tistaʼ tgħinu biex jindem. (Qabbel 1 Korintin 14:23-25.) Maż-​żmien jistaʼ jfittex li jiġi milqugħ lura fil-​kongregazzjoni nadifa. Meta l-​anzjani mbagħad jiltaqgħu miegħu, huma jippruvaw jiddeterminaw jekk hu nidimx u ħalliex il-​korsa midinba tiegħu. (Mattew 18:18) Jekk inhu hekk, hu jistaʼ jiġi milqugħ lura, fi qbil mal-​mudell fit-​2 Korintin 2:6-8. Fil-​każ li hu kien ġie maqtugħ mis-​sħubija għal ħafna snin, hu jkollu bżonn jagħmel sforz b’arranġament biex jagħmel progress. Hu jistaʼ jkollu bżonn taʼ għajnuna mhux ħażin sabiex b’hekk jibni l-​għarfien mill-​Bibbja u l-​apprezzament sabiex hu jsir Kristjan b’saħħtu spiritwalment.

Jerġaʼ Lura Għand Jehovah

7, 8. Alla liema mudell ta f’konnessjoni mal-​poplu eżiljat tiegħu?

7 Imma jistgħu l-​anzjani nfushom jieħdu xi iniżzjattiva f’li javviċinaw persuna maqtugħa mis-​sħubija? Iva. Il-​Bibbja turi li l-​ħniena hija murija mhux billi sempliċement b’mod negattiv jinżamm milli jingħata l-​kastig imma taʼ spiss b’atti pożittivi. Aħna għandna l-​eżempju taʼ Jehovah. Qabel ma bagħat fl-​eżilju lill-​poplu tiegħu li ma baqax leali, hu b’mod profetiku offrielhom il-​prospett taʼ li jerġgħu lura: “Ftakarhom dawn l-​affarijiet, O Ġakobb, u int, O Iżrael, għaliex int il-​qaddej tiegħi.... Se nħassar għalkollox in-​nuqqasijiet tiegħek sewwa sew bħal bi sħaba, u dnubietek sewwa sew bħal b’massa taʼ sħab. Dur lura lejja, għax jien se nixtrik lura.”−Isaija 44:21, 22.

8 Imbagħad, matul l-​eżilju, Jehovah ħa iktar passi, billi aġixxa b’mod pożittiv. Hu bagħat profeti, bħala rappreżentanti tiegħu, biex jistieden lil Iżrael biex ‘ifittxuh u jsibuh.’ (Ġeremija 29:1, 10-14) F’​Eżekjel 34:16, hu xebbaħ lilu nnifsu maʼ ragħaj u l-​poplu tal-​ġens taʼ Iżrael maʼ ngħaġ mitlufin: “Il-​waħda mitlufa se nfittex għaliha, u l-​waħda mferrxa se nġib lura.” F’Ġeremija 31:10, Jehovah uża wkoll ix-​xebh tiegħu bħala ragħaj tal-​Iżraeliti. Le, hu ma tax stampa tiegħu nnifsu bħala ragħaj fil-​maqjel tan-​ngħaġ jistenna għal dik il-​mitlufa biex tiġi lura; minflok, hu wera lilu nnifsu bħala ragħaj li qed ifittex għal uħud mitlufin. Innota li saħansitra waqt li l-​poplu inġenerali kien għadu ma nidimx u kien għadu fl-​eżilju, Alla beda sforzi biex ifittex ir-​ritorn tagħhom. U fi qbil maʼ Malakija 3:6, Alla ma kellux ibiddel il-​mod taʼ kif jittratta fl-​arranġament Kristjan.

9. L-​eżempju t’Alla kif kien segwit fil-​kongregazzjoni Kristjana?

9 Ma jissuġġerix dan li jistaʼ jkun hemm raġuni għal li wieħed jagħti bidu għal xi passi lejn xi wħud li huma maqtugħin mis-​sħubija u li jistgħu issa jkunu niedma? Ftakar li l-​appostlu Pawlu ta direzzjoni lejn li jitneħħa r-​raġel mill-​agħar mill-​kongregazzjoni taʼ Korintu. Iktar tard hu ħeġġeġ lill-​kongregazzjoni biex jikkonfermaw l-​imħabba tagħhom lejn ir-​raġel minħabba l-​indiema tiegħu, u dan iwassal biex iktar tard hu jiġi milqugħ lura fil-​kongregazzjoni.—1 Korintin 5:9-13; 2 Korintin 2:5-11.

10. (a) Liema mottiv għandu jqanqal lil kwalunkwe sforz biex wieħed jikkuntattja lil xi persuni maqtugħin mis-​sħubija? (b) Qraba Kristjani għala m’għandhomx ikunu dawk li jibdew il-​kuntatt?

10 L-​enċiklopedija kkwotata iktar kmieni qalet: ‘Ir-​raġuni bażika għal skomunika kienet biex tipproteġi l-​livelli tal-​grupp: “ftit ħmira tħemmer il-​ħbejża kollha” (1 Kor. 5:6). Dan il-​mottiv huwa ċar fil-​biċċa l-​kbira tal-​passaġġi bibliċi u estrakanoniċi, imma tħassib għall-​individwu, saħansitra wara tkeċċija, kien il-​bażi għat-​talba taʼ Pawlu fit-​2 Kor. 2:7-10.’ (Korsiv tagħna. ) B’hekk, tħassib taʼ din ix-​xorta għandu b’mod loġiku jiġi muri llum mir-​ragħajja tal-​merħla. (Atti 20:28; 1 Pietru 5:2) Ħbieb u qraba taʼ qabel jistgħu jittamaw li wieħed maqtugħ mis-​sħubija kellu jiġi lura; iżda minħabba r-​rispett li għandhom lejn il-​kmand fl-​1 Korintin 5:11, huma ma jassoċjawx maʼ persuna mkeċċija.b Huma jballu f’idejn ir-​ragħajja maħturin biex jieħdu l-​inizzjattiva biex jaraw jekk wieħed bħal dan huwiex interessat f’li jiġi lura.

11, 12. Liema xorta taʼ wħud mkeċċijin lanqas saħansitra l-​anzjani ma jkunu jridu li jikkuntattjawhom, imma lil liema xorta jistgħu huma jżuru?

11 Ma jkunx xieraq saħansitra għal anzjani li jieħdu l-​inizzjattiva lejn ċerti wħud imkeċċijin, bħalma huma l-​apostati, li ‘jitkellmu affarijiet imgħawġin biex jiġbdu lid-​dixxipli warajhom.’ Dawn huma ‘għalliema foloz li qed jippruvaw idaħħlu setet qerrieda u jisfruttaw lill-​kongregazzjoni bi kliem qarrieqi.’ (Atti 20:30; 2 Pietru 2:1, 3) Il-​Bibbja wkoll ma tipprovdi ebda bażi biex jiġu mfittxijin dawk maqtugħin mis-​sħubija li huma ġellidin jew li jinkuraġġixxu b’mod attiv il-​ħażen.—2 Tessalonkin 2:3; 1 Timotew 4:1; 2 Ġwann 9-11; Ġuda 4, 11.

12 Madankollu, ħafna li huma mkeċċijin m’humiex hekk. Wieħed jistaʼ jkun li waqaf milli jipprattika l-​ħażen serju li għalih ġie maqtugħ mis-​sħubija. Ieħor setaʼ kien qed juża t-​tabakk, jew setaʼ fil-​passat kien qed jixrob iżżejjed, imma issa mhux qed jipprova jmexxi lil oħrajn biex jagħmlu l-​ħażen. Ftakar li saħansitra qabel ma Iżrael eżiljati daru lura lejn Alla, hu bagħat rappreżentanti li ħeġġewhom biex jiġu lura. Il-​Bibbja ma tgħidx jekk Pawlu jew l-​anzjani fil-​kongregazzjoni taʼ Korintu ħadux xi inizzjattiva biex jiċċekkjaw lir-​raġel maqtugħ mis-​sħubija. Meta dak ir-​raġel kien nidem u temm l-​immoralità tiegħu, Pawlu dderieġa lill-​kongregazzjoni biex tilqgħu lura.

13, 14. (a) Liema ħaġa tindika li xi wħud imkeċċijin jistgħu jwieġbu għal inizzjattivi taʼ ħniena? (b) Il-​ġemgħa taʼ anzjani kif tistaʼ tirranġa biex isir kuntatt?

13 Dan l-​aħħar kien hemm xi każi fejn anzjan inzerta li jiltaqaʼ maʼ persuna maqtugħa mis-​sħubija.c Fejn kien xieraq, ir-​ragħaj spjega fil-​qosor il-​passi li jridu jittieħdu biex wieħed jiġi milqugħ lura. Xi persuni bħal dan nidmu u ġew milqugħin lura. Riżultati ferriħin bħal dawn jindikaw li jistaʼ jkun hemm uħud maqtugħin mis-​sħubija jew diżassoċjati li jwieġbu meta jiġu avviċinati bi ħniena mir-​ragħajja. Imma l-​anzjani kif jistgħu jittrattaw din il-​kwistjoni? Darba fis-​sena l-​iktar l-​iktar, il-​ġemgħa taʼ anzjani għandhom jikkunsidraw jekk hemmx persuni bħal dawn igħixu fit-​territorju tagħhom.d L-​anzjani għandhom jiffokaw fuq dawk li ilhom imkeċċijin għal iktar minn sena. Skond iċ-​ċirkustanzi, jekk inhu xieraq, huma għandhom jinkarigaw żewġ anzjani (possibilment uħud li huma familjari mas-​sitwazzjoni) biex iżuru individwu bħal dan. Ebda żjara m’għandha ssir lil dawk li juru attitudni kritika, perikoluża jew li għamluh magħruf li ma jridu ebda għajnuna.—Rumani 16:17, 18; 1 Timotew 1:20; 2 Timotew 2:16-18.

14 Iż-​żewġ ragħajja jistgħu jagħmlu telefonata biex jistaqsu dwar li jagħmlu żjara qasira, jew jistgħu jgħaddulu f’ħin xieraq. Matul iż-​żjara, m’għandhomx għalfejn ikunu żorri jew saħansitra berdin imma għandhom jirriflettu b’mod kordjali t-​tħassib taʼ ħniena tagħhom. Minflok ma jirrevedu l-​każ li għadda, huma jistgħu jiddiskutu testi tal-​Bibbja bħalma huma Isaija 1:18 u 55:6, 7 u Ġakbu 5:20. Jekk il-​persuna hi interessata f’li tiġi lura lejn il-​merħla t’Alla, huma jistgħu b’qalb tajba jispjegaw liema passi għandha tieħu, bħal li taqra l-​Bibbja u pubblikazzjonijiet tal-​Watch Tower Society u li tattendi l-​laqgħat fil-​Kingdom Hall.

15. Anzjani li jagħmlu kuntatt maʼ persuna maqtugħa mis-​sħubija x’għandhom iżommu f’moħħhom?

15 Dawn l-​anzjani se jkollhom bżonn għerf u dehen biex jiddeterminaw jekk hemmx indikażzjoni taʼ ndiema u jekk hux sewwa li terġaʼ ssir żjara oħra. Huma għandhom iżommu f’moħħhom, m’għandniex xi ngħidu, li xi persuni maqtugħin mis-​sħubija qatt ma se jiġu ‘mġeddin mill-​ġdid għall-​indiema.’ (Ebrej 6:4-6; 2 Pietru 2:20-22) Wara ż-​żjara, it-​tnejn li huma għandhom jagħtu rapport orali fil-​qosor lill-​Kumitat taʼ Servizz tal-​Kongregazzjoni. Dawn mill-​banda l-​oħra, għandhom jinfurmaw lill-​ġemgħa taʼ anzjani fil-​laqgħa li jmiss tagħhom. L-​inizzjattiva taʼ ħniena tal-​anzjani se tkun irriflettiet il-​ħarsa t’Alla: “‘Erġgħu lura lejja, u jien se nerġaʼ lura lejkom,’ qal Jehovah tal-​armati.”—Malakija 3:7.

Iktar Għajnuna taʼ Ħniena

16, 17. Kif għandna aħna nħarsu lejn qraba Kristjani taʼ xi ħadd li hu maqtugħ mis-​sħubija?

16 Xi ngħidu dwar dawk li m’humiex indokraturi u li m’humiex se jieħdu inizzjattivi bħal dawn lejn persuni maqtugħin mis-​sħubija? X’nistgħu nagħmlu aħna li hu konsistenti maʼ dan l-​arranġament u b’imitazzjoni lejn Jehovah?

17 Sakemm wieħed huwa maqtugħ mis-​sħubija jew diżassoċjat, aħna għandna bżonn insegwu l-​istruzzjoni: ‘Ieqfu milli titħalltu fil-​kumpanija taʼ xi ħadd li jissejjaħ ħu li hu żieni jew persuna rgħiba jew idolatra jew wieħed li javvelixxi jew sakranazz jew wieħed li jimbrolja, lanqas biss tieklu maʼ bniedem bħal dan.’ (1 Korintin 5:11) Imma din id-​direttiva Biblika m’għandhiex teffettwa l-​ħarsa tagħna lejn membri Kristjani tal-​familja li jgħixu mal-​persuna maqtugħa mis-​sħubija. Lhud tal-​qedem irreaġixxew b’tant qawwa għall-​kolletturi tat-​taxxi li l-​mibgħeda tagħhom kienet tinvolvi saħansitra lill-​familja tal-​kollettur tat-​taxxi. Ġesù dan m’approvahx. Hu qal li wieħed midneb li ma riedx għajnuna kellu jiġi ttrattat “sewwa sew bħal bniedem tal-​ġnus u bħal kolletturi tat-​taxxi”; hu ma qalx li membri Kristjani tal-​familja kellhom jiġu ttrattati hekk.—Mattew 18:17.

18, 19. Liema huma xi modi kif nistgħu nuru l-​Kristjanità tagħna lejn qraba leali taʼ persuna mkeċċija?

18 Aħna għandna b’mod speċjali nappoġġjaw lill-​membri tal-​familja li huma Kristjani leali. Huma forsi diġà jiffaċċjaw uġigħ u ostakli għaliex igħixu fid-​dar maʼ persuna mkeċċija li tistaʼ attwalment tiskuraġġixxi l-​miri spiritwali tagħhom. Hu jistaʼ jippreferi li l-​Kristjani ma jżurux id-​dar tiegħu; jew jekk fil-​fatt jiġu biex jaraw lill-​membri leali tal-​familja, hu jistaʼ ma jkollux il-​kortesija li jżomm lil hinn mill-​viżitaturi. Hu jistaʼ wkoll ifixkel lill-​familja milli tmur għal-​laqgħat u l-​assembleat Kristjani kollha. (Qabbel Mattew 23:13.) Kristjani li huma żvantaġġati b’dan il-​mod verament jixirqilhom il-​ħniena tagħna.—2 Korintin 1:3, 4.

19 Mod wieħed kif nistgħu nuru ħniena tenera huwa ‘billi nlissnu kliem taʼ faraġ’ u billi jkollna konverżazzjonijiet taʼ inkuraġġiment maʼ wħud leali bħal dawn fid-​dar. (1 Tessalonkin 5:14) Hemm ukoll opportunitajiet mill-​aħjar biex tagħti appoġġ qabel u wara l-​laqgħat waqt is-​servizz tal-​għalqa, jew meta tkunu flimkien fi drabi oħra. M’għandniex għalfejn insemmu l-​qtugħ mis-​sħubija imma nistgħu niddiskutu ħafna affarijiet li jibnu. (Proverbji 25:11; Kolossin 1:2-4) Waqt li l-​anzjani se jkomplu jirgħu lill-​Kristjani fil-​familja, aħna nistgħu nsibu li aħna wkoll nistgħu nżuru mingħajr ma jkollna x’naqsmu mal-​persuna mkeċċija. Jekk il-​wieħed maqtugħ mis-​sħubija jinzerta jwieġeb meta aħna nżuru jew nagħmlu telefonata, nistgħu sempliċement nistaqsu għall-​qarib Kristjan li lilu qed infittxu. Kultant il-​membri Kristjani tal-​familja jistgħu jkunu jistgħu jaċċettaw stedina fid-​dar tagħna biex jassoċjaw magħna. Il-​punt hu: Huma—żgħar u kbar—il-​qaddejja sħab tagħna, membri maħbubin tal-​kongregazzjoni t’Alla, li ma jridux jiġu iżolati.—Salm 10:14.

20, 21. Kif għandna nħossuna u naġixxu jekk wieħed jiġi milqugħ lura?

20 Aspett ieħor biex nuru ħniena jinfetaħ meta wieħed imkeċċi jiġi milqugħ lura. It-​tixbihat taʼ Ġesù jenfasizzaw il-​ferħ fis-​sema meta ‘midneb wieħed jindem.’ (Luqa 15:7, 10) Pawlu kiteb lill-​Korintin rigward ir-​raġel li kien ġie maqtugħ mis-​sħubija: “Għandkom taħfrulu b’qalb tajba u tfarrġuh, biex b’xi mod bniedem bħal dan jistaʼ ma jinbelax billi jkun qalbu sewda żżejjed. Għalhekk inħeġġiġkom biex tikkonfermaw l-​imħabba tagħkom lejh.” (2 Korintin 2:7, 8) Ejjew napplikaw dak il-​parir bil-​għaqal u bl-​imħabba fil-​ġranet u fil-​ġimgħat wara li persuna tiġi milqugħa lura.

21 It-​tixbieha taʼ Ġesù dwar l-​iben prodigu ġġib quddiem għajnejna periklu li għandna bżonn nevitaw. Il-​ħu akbar ma feraħx bil-​miġja lura tal-​prodigu imma ħassu offiż. Jalla aħna ma nkunux bħal dak, billi nżommu f’qalbna rieda ħażina minħabba żball li sar fil-​passat jew billi ma niħdux pjaċir b’li persuna ġiet milqugħa lura. Minflok, il-​mira tagħna trid tkun bħall-​missier, li ta stampa tar-​rispons taʼ Jehovah. Il-​missier kien ferħan li ibnu, li kien mitluf u tistaʼ tgħid mejjet, instab, jew ħa l-​ħajja. (Luqa 15:25-32) Għaldaqstant, aħna se nkunu dejjem lesti li nilkellmu mal-​ħu li ġie milqugħ lura jew inkella ninkuraġġuh. Iva, għandna nagħmluha evidenti li qegħdin nuru ħniena, bħalma jagħmel il-​Missier tagħna li jaħfer u li huwa kollu ħniena.—Mattew 5:7.

22. X’inhu nvolut f’li aħna nimitaw lil Alla Jehovah?

22 Ma hemm l-​ebda dubju li jekk irridu nimitaw lil Alla tagħna, aħna rridu nuru ħniena fi qbil mal-​kmandi tiegħu u mal-​ġustizzja tiegħu. Is-​salmista jiddeskrivih b’dan il-​mod: “Jehovah kollu grazzja u ħniena, qajla jirrabja u kbir fil-​qalb tajba bl-​imħabba. Jehovah tajjeb maʼ kulħadd, u l-​ħniniet tiegħu huma fuq xogħlijietu kollha.” (Salm 145:8, 9) X’mudell taʼ mħabba għall-​Kristjani biex jikkopjawh!

[Noti taʼ taħt]

a ”Kolletturi tat-​taxxi kienu b’mod speċjali mibgħudin mill-​popolazzjoni Lhudija fil-​Palestina għal bosta raġunijiet: (1) huma kienu jiġbru l-​flus għall-​qawwa barranija li okkupat l-​art taʼ Iżrael, b’hekk indirettament kienu jagħtu appoġġ għal din il-​ħruxija; (2) kellhom fama mill-​agħar li huma bla skruplu billi stagħnew minn fuq nies tal-​istess razza tagħhom; u (3) ix-​xogħol tagħhom kien jinvolvi li jkollhom kuntatt regulari mal-​Ġentili, li kien jagħmilhom b’mod ritwali mhux nodfa. Stmerrija għall-​kolletturi tat-​taxxi tinstab kemm fit-​T[estment il-​]Ġ[did] u kemm fil-​letteratura rabbinika . . . Skond din tal-​aħħar il-​mibgħeda kellha tiġi murija saħansitra sal-​familja taʼ dak il-​kollettur tat-​taxxi.—The International Standard Bible Encyclopedia.

b Jekk fid-​dar taʼ Kristjan ikun hemm xi ħadd maqtugħ mis-​sħubija, dak il-​wieħed ikun xorta għadu jagħmel parti mill-​attivitajiet u mill-​affarijiet normali li jsiru minn jum għal jum fid-​dar. Dan jistaʼ jinkludi li jkun preżenti meta xi materjal spiritwali jiġi kkunsidrat bħala familja.—Ara The Watchtower tal-​15 taʼ Novembru, 1988, paġni 19-20.

c Ara n-​l991 Yearbook of Jehovah’s Witnesses, pagni 53-4.

d Jekk xi Xhud, fl-​ippridkar minn dar għal dar jew b’xi mod ieħor, isir jaf b’persuna maqtugħa mis-​sħubija li tgħix fit-​territorju, hu għandu jagħti dak it-​tagħrif lill-​anzjani.

Ħadt Nota Int taʼ Dawn il-​Punti?

◻ Il-​Lhud kif kienu jittrattawhom lill-​kolletturi tat-​taxxi u lill-​midinbin, imma Ġesù għala ttratta maʼ xi wħud minn dawn?

◻ Liema bażi Skritturali hemm għal li tittieħed inizzjattiva taʼ ħniena lejn ħafna li huma mitlufin?

◻ Ġemgħat taʼ anzjani kif jistgħu jieħdu inizzjattiva bħal din, u lejn min?

◻ Kif għandna nuru ħniena lejn dawk li ġew milqugħin lura u lejn il-​familji taʼ wħud maqtugħin mis-​sħubija?

[Kaxxa f’paġna 15]

Kulmin kien darba parti mill-​kongregazzioni nadifa u hienja t’Alla imma huwa issa magtugħ mis-​sħubija jew iddiżassoċja ruħu m’għandux għalfejn jibqaʼ fi stat bħal dan. Minflok, dak il-​wieħed jistaʼ jindem u jieħu l-​inizzlattiva biex jikkomunika mal-​anzjani tal-​kongregazzjoni. It-​triq lura hija miftuħa.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja