LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 3/15 p. 3
  • Għala Jużaw ir-Relikwi fil-Qima

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Jużaw ir-Relikwi fil-Qima
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Kunsens Papali
  • Id-Devozzjoni Lejn ir-Relikwi Togħġbu lil Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • L-Interess li Jintwera Llum fil-“Qaddisin”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Il-Qabar taʼ Pietru—Fil-Vatikan?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 3/15 p. 3

Għala Jużaw ir-​Relikwi fil-​Qima

NAPLI, l-​Italja. Immaġinak qiegħed hemm fis-​snin bikrin tas-​seklu 18 tal-​Era Komuni tagħna. Fil-​katidral taʼ dik il-​belt, il-​filosfu Irlandiż George Berkeley jinsab wieqaf quddiem relikwa reliġjuża famuża. Hu jqis b’xettiċiżmu dak li jidher li hu d-​demm likwidu taʼ “San Gennaro,” il-​Kattoliku “san” Ġennaru.

Napli ftit li xejn inbidlet f’dan ir-​rigward. Per eżempju, minkejja l-​maltemp darba minnhom fi snin riċenti, il-​knisja kienet imballata bin-​nies, u milli jidher seħħ miraklu. Ir-​relikwa u l-​purċissjoni li tmexxiet minn arċisqof kardinal kienu milqugħin b’applaws kbir. Iva, dan kien wieħed mill-​ħafna drabi fejn id-​demm taʼ “San Gennaro” deher isir likwidu. Mirakli li jinvolvu lil din ir-​relikwa reliġjuża ġew irrapportati li seħħu mis-​seklu 14 ’il hawn.

Skond it-​tradizzjoni Kattolika, relikwa (mil-Latin relinquere, li tfisser “li tħalli warajk”) hija oġġett imħolli minn xi bniedem li hu kkunsidrat bħala qaddis. Kif juri d-​Dizionario Ecclesiastico, ir-​relikwi huma “fis-​sens strett tal-​kelma, il-​ġisem jew parti mill-​ġisem u l-​irmied tal-​Qaddis, f’sens akbar l-​oġġett li ġie f’kuntatt mal-​ġisem tal-​qaddis u li b’hekk huwa denju taʼ devozzjoni.”

Il-​Kunsens Papali

Bla dubju, ħafna jittrattaw b’mod reverenzjali r-​relikwi reliġjużi minħabba dawk li jidhru li huma mirakli assoċjati magħhom. Il-​kunsens papali huwa evidentement fattur ieħor fil-​popolarità tagħhom.

Minn tal-​inqas erbaʼ papiet f’dawn l-​aħħar 70 sena taw attenzjoni speċjali lir-​relikwi. Perjodiku Kattoliku jirrivela li bħall-​predeċessur tiegħu Piju XI, il-​Papa Piju XII “żamm relikwi tal-​qaddis taʼ Lisieux fuqu.” Pawlu VI “żamm sebaʼ tal-​appostlu [Tumas] fuq l-​iskrivanija fl-​istudju tiegħu,” u Ġwanni Pawlu II “iżomm, fl-​appartament tiegħu stess, biċċiet tal-​ . . . fdalijiet mortali” taʼ “San Beneditt” u “Sant’ Andrija.” −30 giorni, Marzu 1990, paġna 50.

Meta wieħed iqis kunsens papali bħal dan, m’huwiex sorprendenti li d-​domanda għar-​relikwi għad-​devozzjoni kemm privata kif ukoll pubblika qed tiżdied. Imma d-​devozzjoni lejn relikwi reliġjużi togħġbu lil Alla?

[Stampa f’paġna 3]

Relikwarju, kontenitur li fih jiġu ppriservati relikwi reliġjużi

[Sors]

Bil-​kortesija taʼ The British Museum

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja