LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 9/15 p. 3
  • L-Interess li Jintwera Llum fil-“Qaddisin”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Interess li Jintwera Llum fil-“Qaddisin”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Materjal Simili
  • Kif Jistgħu Jgħinuk il-Qaddisin Veri?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Id-Devozzjoni Lejn ir-Relikwi Togħġbu lil Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Għandna Nitolbu lill-Qaddisin?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Huwa Xieraq li Titlob lill-“Qaddisin”?
    Stenbaħ!—2011
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 9/15 p. 3

L-​Interess li Jintwera Llum fil-“Qaddisin”

“Tiftakar meta suppost li konna xbajna nisimgħu dwar l-​eroj? Milli jidher dan m’effettwax lill-​4.2 miljun Amerikan li raw il-​funeral taʼ Madre Tereża fit-​13 taʼ Sett. Minn meta mietet fil-​5 taʼ Sett., in-​nies ibbombardjaw il-​Vatikan b’talbiet ħalli tiġi dikjarata qaddisa b’mod uffiċjali. Ftit huma dawk li jiddubitaw li dan għad iseħħ.”— Sun-sentinel, l-​Istati Uniti, 3 t’ottubru, 1997.

ĦAFNA huma dawk li jikkunsidraw ix-​xogħol umanitarju u karitattiv tal-​missjunarja Kattolika Madre Tereża bħala x-​xempju tal-​qdusija. Persunaġġi erojċi jeżistu fost reliġjonijiet oħrajn. Madankollu, huwa probabbli li l-​ebda wieħed minnhom m’hu magħruf b’mod uffiċjali bħalma huma dawk li jiġu dikjarati qaddisin mill-​Knisja Kattolika Rumana.

Il-Papa Ġwanni Pawlu t-​II ddikjara qaddisin lil iktar minn 450 individwu kemm ilu jaħkem bħala papa, iktar minn kemm ġew dikjarati qaddisin mill-​papiet l-​oħra kollha flimkien li ħakmu fis-​seklu 20.a Għala hawn daqshekk devozzjoni dejjiema lejn il-​“qaddisin,” li ħafna minnhom lanqas biss huma magħrufin mill-​Kattoliċi in ġenerali?

Lawrence Cunningham, teologu mill-​Università taʼ Notre Dame, jispjega: “Lin-​nies tinteressahom ferm l-​idea taʼ qdusija fid-​dinja. Il-​qaddisin juru l-​possibbiltà taʼ ħajja erojka, anki llum.” Barra minn hekk, hemm min isostni li l-​“qaddisin” għandhom l-​abbiltà speċjali li jersqu lejn Alla, u dan jagħmilhom medjaturi effettivi għall-​ħajjin. Meta jinstabu xi relikwi jew partijiet tal-​ġisem taʼ “qaddis,” dawn jiġu meqjuma għaliex hemm min jemmen li minnhom toħroġ xi qawwa.

Il-​Katekiżmu tal-​Konċilju taʼ Trento, pubblikat fis-​seklu 16 biex terġaʼ tiġi affermata d-​domma Kattolika, iddikjara: “Aħna ġustifikati meta nikkonkludu li l-​fatt li nonoraw lill-​qaddisin li jinsabu ‘reqdin fil-​Mulej,’ li nsejħulhom biex jidħlu għalina, u li nqimu lir-​relikwi u l-​irmied qaddis tagħhom, mhux talli ma nkunux qed innaqqsu, iżda talli nżidu b’mod konsiderevoli l-​glorja t’Alla, skond kemm it-​tama tal-​Kristjan tingħata l-​ħajja u tissaħħaħ, u hu nnifsu jitqanqal biex jimita l-​virtujiet tagħhom.” (The Catechism of the Council of Trent, 1905) Il-​Kristjani veri żgur li jridu jgħixu ħajja virtuża, jersqu lejn Alla b’mod xieraq, u jirċievu l-​għajnuna divina. (Ġakbu 4:​7, 8) Għalhekk, skond il-​Kelma t’Alla, min huma dawk li jikkwalifikaw bħala qaddisin ġenwini? U liema rwol għandhom?

[Nota taʼ taħt]

a Meta Kattoliku Ruman li jkun miet jiġi dikjarat qaddis ikun ifisser b’mod uffiċjali li jixraqlu qima universali u obbligatorja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja