LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 10/1 pp. 3-4
  • Taħfer Int?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Taħfer Int?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Maħfra Sfida
  • ‘Komplu Aħfru lil Xulxin Liberament’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Aħfer Minn Qalbek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Aħfru lil Xulxin mill-Qalb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Għala Taħfer?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 10/1 pp. 3-4

Taħfer Int?

BILL u bintu taʼ sittax-il sena, Lisa, kienu jsibuha diffiċli li jaqblu bejniethom. Nuqqasijiet żgħar taʼ ftehim bejniethom taʼ spiss żviluppaw fi frattarija sħiħa. Fl-​aħħarnett, it-​tensjoni laħqet sal-​punt li Lisa ġiet mitluba biex titlaq mid-​dar.a

Wara xi żmien, Lisa bdiet tinduna li kellha tort u fittxet il-​maħfra taʼ missierha. Imma minflok ma injora l-​iżbalji tal-​passat taʼ Lisa, missierha kollu mqarras irrifjuta l-​isforzi tagħha biex tagħmel paċi. Immaġina! Ma kienx lest li jestendi ħniena lil bintu stess!

Sekli ilu raġel bla ħtija ġie kkundannat biex imut minħabba delitt li ma kienx ikkommetta. Ix-​xhieda taw testimonjanza falza, u uffiċjali politiċi taw il-​ġenb lil, għalqu għajnejhom għall-​ġustizzja. Dak ir-​raġel innoċenti kien Ġesù Kristu. Ftit qabel ma miet, hu bit-​talb staqsa lil Alla: “Missier, aħfrilhom, għax ma jafux x’qegħdin jagħmlu.”—Luqa 23:34.

Ġesù ħafer liberament, minn qalbu, u s-​segwaċi tiegħu kienu mħeġġin biex jimitawh f’dan ir-​rigward. (Efesin 4:32) Bħal Bill, madankollu, ħafna bil-​krudeltà kollha m’humiex lesti li jaħfru. Int kif tikkwalifika f’dan ir-​rigward? Lest li taħfer lil oħrajn meta jidinbu kontra tiegħek? U xi ngħidu dwar dnubiet serji? Iridu dawn ukoll jiġu maħfurin?

Il-​Maħfra Sfida

Li tasal biex taħfer m’huwiex dejjem faċli. U f’dawn iż-​żminijiet kritiċi, ir-​relazzjonijiet umani saru iktar u iktar problematiċi. Il-​ħajja tal-​familja b’mod partikulari hija taʼ spiss mgħobbija b’ħafna stress u pressjonijiet. L-​appostlu Kristjan Pawlu żmien twil ilu stqarr li kundizzjonijiet bħal dawn kellhom ikunu prevalenti fl-​“aħħar jiem.” Hu qal: “Il-​bnedmin se jkunu jħobbu lilhom infushom, iħobbu l-​flus, faħħarin, kburin, . . . mingħajr imħabba lejn it-​tjubija, tradituri, rashom iebsa, minfuħin bil-​kburija.”—2 Timotew 3:1-4.

Huwa inevitabbli, allura, li lkoll kemm aħna niffaċċjaw forzi esterni li jittestjaw l-​abbiltà tagħna li naħfru lil oħrajn. Barra minn hekk, nissieltu wkoll kontra forzi interni. Pawlu lmenta: “It-​tajjeb li nixtieq ma nagħmlux, imma l-​ħażin li ma nixtieqx huwa dak li nipprattika. Jekk, issa, dak li ma nixtieqx huwa dak li nagħmel, il-​wieħed li qiegħed iwettaq dan mhux iktar jien, imma d-​dnub li qiegħed jgħammar fija.” (Rumani 7:19, 20) Bħala riżultat, ħafna minna ma naħfrux daqskemm kieku nixtiequ li naħfru. Wara kollox, l-​imperfezzjoni li writna u d-​dnub jeżerċitaw influwenza qawwija fuqna lkoll, billi kultant iħalluna bla mogħdrija lejn sħabna l-​bnedmin.

Meta ġiet inkuraġġita biex taħfer lil xi ħaddieħor għal offiża żgħira, waħda mara rrispondiet: “Ħadd ma jixraqlu l-​isforz li huwa meħtieġ biex wieħed jaħfer.” B’mod superfiċjali kumment bħal dan jistaʼ jidher biered, iebes, saħansitra ċiniku. Billi nħarsu iktar fil-​fond, madankollu, naraw li jirrivela l-​frustrazzjoni li ħafna nies iħossu meta jiffaċċjaw dinja li huma jqisu bħala egoista, ma jimpurtahiex, u ostili. Wieħed raġel qal: “In-​nies jabbużaw bik meta taħfrilhom. Issir qisek tapit taħt saqajhom.”

M’hijiex sorpriża, allura, illi li wieħed jikkultiva attitudni taʼ maħfra huwa diffiċli f’dawn l-​aħħar jiem. Xorta waħda, il-​Bibbja tinkuraġġina biex naħfru b’qalb tajba. (Qabbel 2 Korintin 2:7.) Għala għandna naħfru? (w94 9/15)

[Nota taʼ taħt]

a L-ismijiet ġew mibdulin.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja