LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 10/1 pp. 16-17
  • Kien Wieħed li Għen Biex id-Dawl Jinxtered “sa Truf l-Art”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kien Wieħed li Għen Biex id-Dawl Jinxtered “sa Truf l-Art”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Materjal Simili
  • Qdejna Flimkien Id f’Id
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Thennew f’Jehovah u Kunu Ferħanin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Jehovah Jiġbed lil Uħud Umlin lejn il-Verità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Għandek Stress?
    Stenbaħ!—2020
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 10/1 pp. 16-17

Kien Wieħed li Għen Biex id-​Dawl Jinxtered “sa Truf l-​Art”

L-​APPOSTLU Pawlu ntuża biex ixerred id-​dawl spiritwali “sa truf l-​art.” Bħala riżultat, ħafna “[“li kienu disposti sewwa,” NW] għall-​ħajja taʼ dejjem emmnu.”—Atti 13:47, 48; Isaija 49:6.

Xewqa mħeġġa biex ixerred id-​dawl spiritwali kienet evidenti wkoll fil-​ħajja devota u fl-​isforzi Kristjani bla għeja taʼ William Lloyd Barry, membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Jehovah. Ħuna Barry miet fit-​2 taʼ Lulju, 1999, waqt li kellu sehem dirett f’li jaqdi f’konvenzjoni distrettwali fil-​Ħawajj.

Lloyd Barry twieled fi New Zealand fl-​20 taʼ Diċembru, 1916. Ommu u missieru kienu, iktar kmieni, ħadu interess attiv fil-​veritajiet Bibliċi preżentati fil-​pubblikazzjonijiet taʼ C. T. Russell, kif imqassmin mill-​Watch Tower Bible and Tract Society. Għaldaqstant, Ħuna Barry trabba f’dar Kristjana devota.

Għalkemm kien interessat fl-​isports u fl-​edukazzjoni, saħansitra ggradwa fix-​xjenza, Ħuna Barry ffoka b’ħerqa kbira fuq l-​affarijiet spiritwali. B’hekk, fl-​1 taʼ Jannar 1939, qabad il-​ministeru full-time, billi sar membru tal-​familja Betel fl-​uffiċċju tas-​Soċjetà fl-​Awstralja. Wara li l-​gvern ipprojbixxa lis-​Soċjetà fl-​1941, Ħuna Barry baqaʼ bieżel fix-​xogħol taʼ l-​uffiċċju, billi xi drabi kien jiġi assenjat biex jikteb materjal għall-​inkuraġġiment taʼ sħabu fit-​twemmin. Kien taʼ eżempju wkoll billi kien minn taʼ quddiem fil-​ministeru pubbliku.

Fi Frar taʼ l-​1942, Ħuna Barry żżewweġ waħda li kienet bħalu, qaddejja full-time. Melba, il-​maħbuba martu, b’mod leali ħadmet spalla maʼ spalla miegħu għal dawn is-​snin kollha f’ħafna partijiet tad-​dinja. Huma ħadu pass kbir lejn servizz f’għelieqi barranin billi attendew il-​11-il klassi taʼ l-​Iskola taʼ Gilgħad (Watchtower Bible School of Gilead) fl-​Istati Uniti. L-​inkarigu tagħhom kien f’post li ħafna setgħu jikkunsidrawh bħala ‘tarf taʼ l-​art’​—il-​Ġappun. Wara li waslu hemmhekk f’Novembru 1949, huma bdew jaqdu bħala missjunarji fil-​belt-port taʼ Kobe. Dak iż-​żmien, 12-il individwu biss kienu qed jippridkaw l-​aħbar tajba fil-​Ġappun. Ħuna Barry tgħallem il-​lingwa u l-​mod t’għajxien tal-​pajjiż ġdid tiegħu u żviluppa affezzjoni profonda għan-​nies Ġappuniżi, maʼ min qeda għall-​25 sena li kien imiss. L-​imħabba tiegħu għal dawk “li kienu disposti sewwa għall-​ħajja taʼ dejjem” kienet ċara għall-​fratellanza li dejjem tikber taʼ Kristjani fil-​Ġappun, u dan għenu biex ikun effettiv f’li jindokra l-​fergħa għal għaxriet taʼ snin.

F’nofs is-​sena 1975, meta kien hemm xi 30,000 Xhud fil-​Ġappun, Ħuna Barry u martu ġew trasferiti għal Brooklyn, New York. Bħala Kristjan midluk bl-​ispirtu, Ħuna Barry kien ġie mistieden biex jaqdi bħala membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Jehovah. (Rumani 8:16, 17) L-​esperjenza tiegħu fil-​kitba wriet li kienet utli fl-​irwol ġdid tiegħu fid-​Dipartiment tal-​Kitba. U l-​esperjenza estensiva li kellu fil-​fergħa u fil-​kamp internazzjonali għammritu biex jagħti kontribuzzjoni imprezzabbli bħala membru tal-​Kumitat taʼ l-​Ippubblikar tal-​Ġemgħa li Tiggverna.

Hekk kif għaddew is-​snin, Ħuna Barry żamm f’qalbu l-​imħabba li kellu lejn l-​Orjent u n-​nies t’hemmhekk. Studenti fl-​Iskola taʼ Gilgħad kif ukoll membri tal-​familja Betel kienu jistgħu jibqgħu ċerti li t-​taħditiet u l-​kummenti tiegħu kienu se jenfasizzaw stejjer kordjali dwar ħafna li kienu qdew fix-​xogħol missjunarju. L-​attivitajiet tax-​xandir tas-​Saltna fi “truf l-​art” ngħataw il-​ħajja verament hekk kif ħuna Barry bl-​entużjażmu kollu rrakkonta l-​esperjenzi tiegħu stess. Xi wħud minn dawn jissemmew fir-​rakkont persunali tiegħu pubblikat f’The Watchtower tal-​15 taʼ Settembru, 1960.

Aħna ninsabu fiduċjużi li bħala ‘werriet maʼ Kristu,’ l-​interess taʼ Ħuna Barry f’dawk “li kienu disposti sewwa għall-​ħajja taʼ dejjem” se jkompli. M’għandniex xi ngħidu, in-​nuqqas tiegħu se jinħass minn dawk kollha li kienu jafuh u jħobbuh bħala raġel spiritwali, devot għalkollox lejn Jehovah u li kellu affezzjoni kollha mħabba għal poplu t’Alla. Madankollu, nifirħu li Ħuna Barry ssaporta fedelment sat-​tmiem tal-​korsa tiegħu fuq l-​art.—Apokalissi 2:10.

[Stampa f’paġna 16]

Lloyd Barry u John Barr meta ħareġ l-​“Insight on the Scriptures” fl-​1988

[Stampa f’paġna 16]

Gradwati tal-​11-il klassi taʼ Gilgħad, jiltaqgħu fil-​Ġappun wara 40 sena

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja