LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 11/1 pp. 7-8
  • Ħejji għall-Millennju Verament Importanti!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħejji għall-Millennju Verament Importanti!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Materjal Simili
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • “Bxajjar taʼ Ferħ” mill-Apokalissi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Ġesù Jtemm Kulma Jitlob Alla
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Ġenna tal-Art mill-Ġdid!
    Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 11/1 pp. 7-8

Ħejji għall-​Millennju Verament Importanti!

IR-​RENJU t’Elf Sena taʼ Kristu se jġib barkiet bla għadd għall-​familja umana. Taħt id-​direzzjoni b’imħabba mingħand Ġesù, l-​umanità se toħroġ mill-​qagħda tal-​biki li tinsab fiha u tikseb perfezzjoni glorjuża. Aħseb ftit dan x’jistaʼ jfisser għalik. Saħħa mill-​aqwa! Immaġinak tqum kull fil-​għodu u tħossok aħjar mill-​jum taʼ qabel. Miljuni taʼ rġiel, nisa, u tfal iħarsu ’l quddiem lejn li jgħixu matul dak iż-​żmien ferrieħi. Huma fuqu qed jorbtu, u għalih qed jitolbu. L-​istudju tagħhom tal-​Bibbja kkonvinċiehom li dawn il-​barkiet jistgħu jgawduhom.

Madankollu, qabel ma jibda r-​Renju tiegħu t’Elf Sena, Ġesù Kristu jrid ineħħi minn fuq l-​art lil dawk kollha li jopponu l-​ħakma tiegħu. Dan se jagħmlu fil-​gwerra li hi msejħa Armageddon fil-​Bibbja. (Apokalissi 16:16) Il-​Kristjani ġenwini fuq l-​art m’humiex se jiġġieldu f’din il-​gwerra. Din hija l-​gwerra t’Alla. U din m’hijiex se ssir biss f’xi post ġeografiku wieħed. Il-​Bibbja tgħid li din se tilħaq it-​trufijiet kollha taʼ l-​art. L-​għedewwa tal-​ħakma taʼ Kristu se jinqatlu. L-​ebda wieħed minnhom ma se jeħlisha!—Ġeremija 25:33.

Imbagħad Ġesù se jitfaʼ l-​attenzjoni tiegħu fuq Satana x-​Xitan u d-​demonji tiegħu. Ġib ix-​xena quddiem għajnejk, l-​istess bħalma raha l-​kittieb tal-​ktieb t’Apokalissi: “Rajt nieżel mis-​sema anġlu, bil-​muftieħ tal-​bir bla qiegħ u katina kbira f’idu. U huwa qabad id-​Dragun, is-​Serp tal-​qedem, li hu d-​Demonju u x-​Xitan, u rabtu għal elf sena.” (Apokalissi 20:1, 2) Iktar tard, Satana u d-​demonji tiegħu se jinqerdu għal dejjem.—Mattew 25:41.

“Kotra kbira li ħadd ma jistaʼ jgħoddha,” se tgħaddi ħajja minn Armageddon. (Apokalissi 7:9) Kristu se jiggwida lil dawn l-​uħud biex jibbenefikaw bis-​sħiħ minn “ilmijiet taʼ l-​għejun tal-​ħajja,” sewwa sew bħalma ragħaj jiggwida lin-​nagħaġ tiegħu lejn ilmijiet li jsalvaw il-​ħajja. (Apokalissi 7:17) Peress li Satana u d-​demonji tiegħu m’humiex se jkunu hemm biex ifixklu l-​progress spiritwali tagħhom, dawn l-​uħud li jgħaddu ħajjin minn Armageddon se jiġu megħjunin bil-​mod il-​mod biex jegħlbu t-​tendenzi midinba tagħhom sakemm fl-​aħħar jilħqu l-​perfezzjoni!

Taħt il-​ħakma mimlija mħabba taʼ Kristu, il-​kundizzjonijiet tal-​ħajja, iktar ma jgħaddi ż-​żmien, iktar se jitjiebu. Alla Jehovah, permezz taʼ Ġesù Kristu, se jelimina kull ħaġa li tikkaġuna wġigħ u niket. Hu “jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom: ma jkunx hemm iżjed mewt, anqas biki jew għajat jew tbatija ma jkun hemm iżjed, għax għabu l-​ħwejjeġ taʼ qabel.” (Apokalissi 21:4) Il-​profeta Isaija jkompli jżid, meta jgħid: “Mbagħad jinfetħu għajnejn l-​għomja, jinfetħu widnejn it-​torox. Mbagħad iz-​zopp jaqbeż bħal għażżiela u lsien l-​imbikkma jinħall bil-​ferħ.” (Isaija 35:5, 6) U l-​mejtin, “kbar u żgħar,” se jiġu lura għall-​ħajja bil-​prospett li ma jmutu qatt iktar!—Apokalissi 20:12.

Saħansitra issa, il-​“kotra kbira” li se tgħaddi ħajja minn Armageddon qed tinġabar. Dawn l-​uħud qed iħejju lilhom infushom għar-​Renju Millennjali taʼ Kristu. Għalkemm ma jafux meta se jibda dan ir-​renju, huma jinsabu fiduċjużi li se jibda meta jasal iż-​żmien li jrid Alla. Int tistaʼ tkun fosthom, imma int ukoll trid tħejji lilek innifsek​—mhux billi tbigħ kulma għandek u tivvjaġġa lejn xi post ġeografiku partikulari, imma billi tieħu għarfien eżatt dwar Alla Jehovah u dwar l-​iskopijiet tiegħu permezz taʼ studju tal-​Bibbja. Bla ebda ħlas jew obbligi, ix-​Xhieda taʼ Jehovah lesti li minn qalbhom juruk kif int u l-​familja tiegħek tistgħu tibbenefikaw minn studju tal-​Bibbja. Il-​pubblikaturi taʼ din ir-​rivista lesti li jipprovdulek iktar tagħrif.

[Kaxxa f’paġna 7]

L-​Elf Sena​—Letterali jew Simboliċi?

Peress li l-​biċċa l-​kbira tal-​ktieb Bibliku t’Apokalissi nkiteb b’lingwaġġ simboliku, tqum mistoqsija. Xi ngħidu rigward ir-​Renju t’Elf Sena taʼ Kristu msemmi f’Apokalissi? Huwa dan perijodu letterali jew simboliku?

Kull ħaġa tindika li dan il-​perijodu jfisser elf sena letterali. Ikkunsidra: L-​appostlu Pawlu jirreferi għar-​Renju t’Elf Sena taʼ Kristu, li matulu l-​umanità tiġi ġudikata, bħala jum. (Atti 17:31; Apokalissi 20:4) L-​appostlu Pietru kiteb li jum wieħed (24 siegħa) għal Jehovah huwa daqs elf sena. (2 Pietru 3:8) Dan iġib l-​argument li dan il-​“jum” taʼ ġudizzju huwa letteralment twil elf sena. Flimkien maʼ dan, f’Apokalissi 20:3, 5-7, naqraw f’erbaʼ postijiet differenti, mhux dwar “elf sena”, imma dwar “l-​elf sena.” (Korsiv tagħna.) Dan jagħti x’jifhem perijodu taʼ tul definit.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja