LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 12/15 p. 30
  • X’Tiftakar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Tiftakar?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Materjal Simili
  • Xogħol fl-“Għalqa” Qabel il-Ħsad
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • “Ejja Nqabblu l-Iskritturi”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Tiftakar Int?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Żmien “it-Tiġdid” Jinsab fil-Qrib!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 12/15 p. 30

X’Tiftakar?

Ħadt gost taqra l-​ħarġiet reċenti taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa? Mela, ara jekk tistax twieġeb dawn il-​mistoqsijiet li ġejjin:

• X’inhu fundamentali biex insolvu xi nuqqas taʼ qbil li jistaʼ jkollna maʼ xi ħadd?

L-​ewwel irridu nirrikonoxxu li aħna lkoll suġġetti għal ħsibijiet u attitudnijiet ħżiena. Imbagħad għandna nikkunsidraw bis-​serjetà jekk il-​problema hiex ġejja minna iktar milli minn ħaddieħor.​—8/15, paġna 23.

• Meta se jiġi żmien “it-​tiġdid” imsemmi f’Atti 3:21?

It-​tiġdid jiġi f’żewġ stadji. L-​ewwel hemm it-​tiġdid taʼ ġenna spiritwali, li ilu sejjer mill-​1919 ’l hawn. Imbagħad se jkun hemm tiġdid ieħor meta l-​pjaneta tagħna se ssir ġenna taʼ l-​art letterali.​—9/1, paġni 17, 18.

• Kif inhu li n-​nemla m’għandhiex għassies fuqha, kif insibu fi Proverbji 6:​6-8, u madankollu sservi t’eżempju tajjeb għalina?

F’bejta nemel ikun hemm in-​nemla reġina, imma din tissejjaħ hekk minħabba li tbid il-​bajd u hi omm il-​bejta. In-​nemel huma insetti biżlin, u hekk ukoll għandna nkunu aħna, nistinkaw biex nitjiebu f’xogħolna, saħansitra jekk ma jkun hemm ħadd li qed jarana.​—9/15, paġna 26.

• Kienet eżatta l-​profezija taʼ Ħulda li tinsab fit-​2 Slaten 22:​20, li Ġosija kellu jmut fis-​“sliem,” ladarba ġie midrub għall-​mewt fil-​battalja?

Iva, hu miet fis-​sliem fis-​sens li hu miet qabel il-​ħsara li seħħet fis-​snin 609-607 Q.E.K., meta l-​Babiloniżi assedjaw lil Ġerusalemm u qerduha.​—9/15, paġna 30.

• Salamun għala kellu raġuni tajba biex jiddeskrivi lil mara miżżewġa bħala “ċerva għażiża, bħal [‘mogħża tal-​muntanji,’ NW] ħelwa”? (Proverbji 5:​18, 19)

Il-​mogħża tal-​muntanji għandha natural kwiet u forma grazzjuża u eleganti. Madankollu, hi jirnexxilha tgħix u tiled qalb l-​irdum, f’postijiet li ma tilħaqhomx kif ġieb u laħaq, fejn l-​ikel jistaʼ jkun skars.​—10/1, paġni 30, 31.

•Min kienu Henry Grew u George Storrs?

Dawn iż-​żewġt irġiel għexu fil-​bidu tas-​seklu 19 u kienu studenti żelużi tal-​Bibbja. Grew tgħallem li t-​Trinità m’hijiex skritturali, kif m’humiex ukoll l-​immortalità tar-​ruħ u n-​nar taʼ l-​infern. Storrs għaraf li xi wħud se jirtu l-​ħajja taʼ dejjem fuq l-​art. It-​tnejn li huma għexu qabel Charles Taze Russell, li beda jippubblika din ir-​rivista fl-​1879.​—10/15, paġni 26-30.

• Ix-​Xhieda taʼ Jehovah kif iħarsu lejn il-​proċedura medika taʼ li jintuża d-​demm tiegħek stess?

Billi jibbażaw it-​twemmin tagħhom fuq il-​Bibbja, huma ma jaħżnux id-​demm tagħhom stess u mbagħad jaċċettawh iktar tard bħala trasfużjoni. Kull Kristjan irid jiddeċiedi għalih innifsu kif għandu jiġi wżat id-​demm tiegħu stess f’każ taʼ proċedura kirurġika, test mediku, jew terapija kurrenti. Għandu jikkunsidra dak li tgħid il-​Bibbja dwar id-​demm u jiftakar li huwa dedikat kompletament lil Alla.​—10/15, paġni 30, 31.

• Skond stħarriġ li sar fil-​bidu taʼ din is-​sena, liema ħtieġa sinifikanti hemm fost ix-​Xhieda taʼ Jehovah madwar il-​globu?

Hemm bżonn taʼ iktar minn 11,000 Sala tas-​Saltna f’pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, fejn ma tantx għandhom flus. Il-​kontribuzzjonijiet li qed jagħtu l-​Kristjani f’ħafna pajjiżi qed jgħinu fil-​bini taʼ postijiet xierqa għal-​laqgħat.​—11/1, paġna 30.

• X’inhuma xi kelmiet użati fil-​Bibbja bil-​lingwa oriġinali li għandhom x’jaqsmu mal-​qima?

Waħda hija lei·tour·giʹa, li hija tradotta “servizz pubbliku.” L-​oħra hija la·treiʹa, li hija tradotta “servizz sagru.” (Lhud 10:​11, NW; Luqa 2:​36, 37, NW)​—11/15, paġni 11, 12.

• Liema lezzjoni fundamentali nistgħu nitgħallmu mir-​rakkont Bibliku taʼ Adam u Eva?

Li nippretendu li nkunu indipendenti minn Alla Jehovah huwa biss bluha.​—11/15, paġni 24-​7.

• Xi prova Skritturali hemm li Alla jagħti l-​qawwa lill-​qaddejja tiegħu?

David, Ħabakkuk, u l-​appostlu Pawlu, kollha pprovdew xiehda persunali tal-​fatt li Alla Jehovah tahom l-​enerġija, jew il-​qawwa. (Salm 60:​14, Saydon [60:​12, NW]; Ħabakkuk 3:​19; Filippin 4:​13) B’hekk nistgħu nkunu kunfidenti li Alla għandu r-​rieda u l-​qawwa li jsaħħaħna.​—12/1, paġni 10, 11.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja