LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 12/15 p. 30
  • X’Tiftakar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Tiftakar?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Materjal Simili
  • Ix-Xizjani Poplu Misterjuż taʼ l-Imgħoddi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Iċ-Ċavetta għal Dinja Ferħana
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Allat Krudili tal-Bnedmin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • X’Tiftakar?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 12/15 p. 30

X’Tiftakar?

Ħadt gost taqra l-​ħarġiet reċenti taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa? Mela, ara jekk tistax twieġeb dawn il-​mistoqsijiet li ġejjin:

• Il-Qorti Federali u Kostituzzjonali tal-​Ġermanja kkontribwiet għal liema rebħa legali li tinvolvi r-​reliġjon?

Din il-​qorti annullat id-​deċiżjoni li kienet ittieħdet minn qorti oħra kontra x-​Xhieda taʼ Jehovah rigward it-​talba tagħhom biex jiġu rikonoxxuti bħala korporazzjoni skond il-​liġi pubblika. Is-​sentenza rebbieħa wriet li fil-​limiti tal-​libertà reliġjuża xi ħadd jistaʼ “jobdi dak li jemmen” iktar minn dak li jesiġi l-​Istat.​—8/15, paġna 8.

• Ġob kemm dam isofri?

Il-​ktieb taʼ Ġob ma jindikax li dam isofri għal bosta snin. Is-​sofferenza taʼ Ġob u s-​soluzzjoni għaliha għandhom mnejn seħħew fi ftit xhur, forsi f’inqas minn sena.​—8/15, paġna 31.

• Għala nistgħu nkunu ċerti li x-​Xitan m’huwiex sempliċement xi superstizzjoni?

Ġesù Kristu kien jaf li x-​Xitan veru jeżisti. Hu ġie ttantat minn persuna reali, mhux minn xi ħażen li kellu ġewwa fih. (Mattew 4:​1-11; Ġwann 8:44; 14:30)—9/1, paġni 5-6.

• Proverbji 10:15 jgħid: “Ġid l-​għani hu l-​belt qawwija tiegħu, faqar il-​foqra hu l-​qerda tagħhom.” Dan kemm hu minnu?

Il-​ġid li jkollna jistaʼ jkun taʼ protezzjoni kontra xi inċertezzi fil-​ħajja, sewwa sew bħalma belt bis-​swar tipprovdi ftit jew wisq sigurtà lil dawk li joqogħdu fiha. Mill-​banda l-​oħra, il-​faqar jistaʼ jkun diżastruż meta tiġri xi ħaġa mhux mistennija.​—9/15, paġna 24.

• Fi żmien Enos, f’liema sens “bdew isejjħu isem il-​Mulej [Jehovah]”? (Ġenesi 4:26)

L-​isem t’Alla kien ilu jintuża mill-​bidu taʼ l-​istorja umana; għaldaqstant, l-​evidenza turi li din is-​sejħa għal Jehovah fi żmien Enos ma kinitx waħda bil-​fidi. In-​nies għandhom mnejn applikaw bi tkasbir l-​isem taʼ Jehovah għalihom infushom jew għal bnedmin oħra li permezz tagħhom mingħalihom kienu jersqu lejn Alla fil-​qima.—9/15, paġna 29.

• Xi tfisser il-​kelma “dixxiplina” kif użata fil-​Bibbja?

Din il-​kelma ma tindikax xi tip t’abbuż jew kefrija. (Proverbji 4:13; 22:15) Il-​kelma Griega għal “dixxiplina” hi relatata primarjament maʼ l-​istruzzjoni, l-​edukazzjoni, il-​korrezzjoni u, kultant, xi kastig li jingħata b’sodizza u fl-​istess ħin b’imħabba. Mod importanti kif il-​ġenituri jistgħu jimitaw lil Jehovah hu billi jistinkaw biex iżommu komunikazzjoni tajba maʼ wliedhom. (Lhud 12:​7-10)—10/1, paġni 8, 10.

• Il-Kristjani veri llum kif juru li huma favur il-​ħakma t’Alla?

waqt li jiddefendu s-​Saltna t’Alla, ix-​Xhieda taʼ Jehovah ma jindaħlux fil-​politika jew iqajmu xi ribelljoni, anki f’pajjiżi fejn ix-​Xhieda huma projbiti. (Titu 3:1) Huma jagħtu għajnuna siewja sewwa sew bħalma għamlu Ġesù u l-​ewwel dixxipli tiegħu. Ix-​Xhieda jħabirku biex jgħinu lin-​nies jadottaw valuri Bibliċi li jibnu, bħall-​onestà, l-​indafa morali, u attitudni tajba lejn ix-​xogħol.—10/15, paġna 6.

• L-ilmijiet li jagħtu l-​ħajja kif inhuma għaddejjin fl-​Andes?

Ix-​Xhieda taʼ Jehovah hemmhekk qed jagħmlu kull sforz biex iwasslu l-​veritajiet tal-​Bibbja lin-​nies, saħansitra lil dawk li jitkellmu bil-​lingwi t’hemmhekk, il-​Quechua u l-​Aymara. Ix-​Xhieda jżuru lin-​nies li jgħixu fil-​gżejjer li jinsabu fuq il-​Lag Titicaca, inkluż il-​gżejjer “f’wiċċ l-​ilma” li huma pjattaformi magħmulin mill-​qasab li jikber fl-​ilmijiet tal-​lag.​—10/15, paġni 8-10.

• Liema mezz taʼ gwida tana Alla li jistaʼ jiġi mqabbel mas-​sistema taʼ kompjuters li jkollhom l-​ajruplani tal-​passiġġieri biex tiggwidahom fl-​ajru?

Alla għamel lill-​bnedmin bil-​kapaċità li jkollhom gwida morali, sens ġewwieni morali. Din hi l-​kuxjenza li writna. (Rumani 2:​14, 15)​—11/1, paġni 3-4.

• Il-mewt taʼ Ġesù għala għandha valur enormi għalina?

Meta l-​bniedem perfett Adam dineb, hu tilef il-​ħajja umana għalih innifsu u għad-​dixxendenti tiegħu. (Rumani 5:12) Bħala bniedem perfett, Ġesù ssagrifika l-​ħajja umana tiegħu, u b’hekk ipprovda l-​prezz tal-​fidwa li jagħmilha possibbli li bnedmin leali jiksbu l-​ħajja taʼ dejjem.—11/15, paġni 5-6.

• Min kienu l-​Iskiti (Xizjani) msemmijin f’Kolossin 3:11?

Ix-​Xizjani kienu ġens nomadu, li kien jiddomina l-​witat bla siġar taʼ l-​Ewrasja minn madwar is-​sena 700 sas-​sena 300 Q.E.K. Kienu rikkieba taż-​żwiemel u gwerriera impressjonanti. Kolossin 3:11 għandu mnejn li ma kienx qed jindika ġens speċifiku, imma l-​agħar fost il-​popli mhux ċivilizzati.​—11/15, paġni 24-5.

• Għala nistgħu ngħidu li r-​Regola tad-​Deheb hija tagħlim li jixraq li nagħtuh l-​attenzjoni regulari tagħna?

Il-​Ġudaiżmu, il-​Buddiżmu, il-​filosofija Griega, u l-​Konfuċjaniżmu kollha spjegaw dan il-​prinċipju etiku b’ħafna modi. Madankollu, id-​direzzjoni li Ġesù ta fil-​Priedka taʼ fuq il-​Muntanja tirrikjedi azzjonijiet pożittivi, u teffettwa l-​ħajja tan-​nies kullimkien u f’kull perijodu taʼ żmien. (Mattew 7:​12)​—12/1, paġna 3.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja