LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 12/15 p. 3
  • Il-Familja taʼ Ġesù—Min Kienet?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Familja taʼ Ġesù—Min Kienet?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Materjal Simili
  • Dak li Nistgħu Nitgħallmu mill-Eżempju taʼ Marija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Ġesù Tgħallem Ikun Ubbidjenti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Kienet Iffavorita Ferm Minn Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Nitgħallmu mill-Familja Umana taʼ Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 12/15 p. 3

Il-​Familja taʼ Ġesù—Min Kienet?

F’ĦAFNA partijiet tad-​dinja, matul ix-​xahar taʼ Diċembru spiss tara xeni taʼ Ġesù tarbija m’ommu, Marija, u missieru adottiv, Ġużeppi, li qed jieħdu ħsiebu b’għożża kbira. Dawn ix-​xeni jistgħu jolqtu anki lil dawk li jgħidu li m’humiex Kristjani. Ladarba Ġesù hu l-​karattru prinċipali, l-​Iskrittura x’tgħidilna dwar il-​familja umana taʼ Ġesù?

Ġesù trabba f’ambjent tal-​familja interessanti ħafna. Ommu kienet verġni jisimha Marija, u b’hekk hu sar membru tal-​familja umana. Skond il-​Bibbja, ħajtu ġiet trasferita mis-​sema għal ġol-​ġuf taʼ Marija permezz taʼ l-​ispirtu qaddis. (Luqa 1:​30-​35) Qabel ma tħabbar il-​konċepiment mirakoluż taʼ Ġesù, Marija kienet imwiegħda għaż-​żwieġ lil raġel jismu Ġużeppi, u b’hekk dan sar il-​missier adottiv taʼ Ġesù.

Wara t-​twelid taʼ Ġesù, Ġużeppi u Marija kellhom tfal oħra, subien u bniet, ħut Ġesù mill-​omm. Dan hu evidenti mill-​mistoqsija li staqsew iktar tard l-​abitanti taʼ Nazaret dwar Ġesù: “Dan m’huwiex bin il-​mastrudaxxa? Ommu m’hijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? U ħutu l-​bniet m’humiex kollha magħna?” (Mattew 1:​25; 13:​55, 56; Mark 6:3) Minn dan nistgħu nikkonkludu li l-​familja taʼ Ġesù kienet tikkonsisti mill-​ġenituri tiegħu, erbaʼ ħutu subien, u minn taʼ l-​inqas żewġ ħutu bniet.

Madankollu, xi wħud illum ma jemmnux li ħut Ġesù subien u bniet kienu t-​tfal taʼ Ġużeppi u Marija. Għala? “Il-​Knisja,” tgħid in-​New Catholic Encyclopedia, “mill-​bidu tagħha għallmet li Marija baqgħet dejjem verġni. Meta nqisu dan, mela, ma jistaʼ jkun hemm ebda dubju li Marija ma kellhiex tfal oħra.” L-​istess xogħol taʼ referenza jistqarr li l-​kliem “ħutu subien” u “ħutu bniet” jistaʼ jirreferi għal “xi ħadd jew xi wħud magħqudin f’rabta reliġjuża jew f’rabta oħra komuni” jew għall-​qraba, forsi għall-​kuġini.

Huwa dan minnu? Anki xi teoloġi Kattoliċi li ma jaqblux mad-​duttrina tradizzjonali jappoġġaw il-​ħarsa li Ġesù kellu ħutu subien u bniet. John P. Meier, li qabel kien il-​president taʼ l-​Għaqda Biblika Kattolika taʼ l-​Amerika, kiteb: “Fit-​T[estment] il-​Ġ[did] adelphos [il-kelma Griega għal ħuh], meta użata mhux biss b’mod figurattiv jew metaforiku imma wkoll biex turi xi tip taʼ relazzjoni fiżika jew legali, tfisser biss ħu miż-​żewġ ġenituri jew minn ġenitur wieħed biss, u xejn iktar.”a Iva, l-​Iskrittura tindika li Ġesù kellu ħutu subien u bniet li twieldu lil Ġużeppi u Marija.

L-​Evanġelji jsemmu qraba oħra taʼ Ġesù, imma issa ejja niffokaw fuq il-​membri tal-​familja taʼ Ġesù u naraw x’nistgħu nitgħallmu minnhom.

[Nota taʼ taħt]

a “The Brothers and Sisters of Jesus in Ecumenical Perspective,” minn J. P. Meier, The Catholic Biblical Quarterly, Jannar taʼ l-​1992, paġna 21.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja