X’Tiftakar?
Ħadt gost taqra l-ħarġiet reċenti tat-Torri taʼ l-Għassa? Għala ma tarax jekk tistax twieġeb dawn il-mistoqsijiet li ġejjin?
• X’kienet il-Poliglotta Komplutensjana, u għala kienet sinifikanti?
Din kienet Bibbja stampata b’ħafna lingwi li qasmet f’kolonni paralleli u ħdejn xulxin l-aħjar test li kien disponibbli dakinhar bl-Ebrajk, bil-Grieg, u bil-Latin, flimkien maʼ xi porzjonijiet bl-Aramajk. Din il-Bibbja poliglotta kienet pass kbir ’il quddiem biex jipproduċu test irfinut tal-lingwi oriġinali.—4/15, paġni 28-31.
• Il-bnedmin kif jistgħu jferrħu lil Alla?
Bħala persuna ħajja u reali, Jehovah jistaʼ jaħseb, jaġixxi, u jħoss. Hu “Alla l-hieni” u jieħu pjaċir iwettaq l-iskop tiegħu. (1 Timotju 1:11, NW; Salm 104:31) Iktar ma nkunu sensittivi għas-sentimenti t’Alla, iktar se nsiru konxji taʼ dak li nistgħu nagħmlu biex inferrħulu qalbu.—5/15, paġni 4-7.
• David għala ħalla lil martu Mikal ikollha xbieha tat-terafim?
Meta s-Sultan Sawl għamel komplott biex joqtol lil David, Mikal għenitu jaħrab, billi fil-friex poġġiet xbieha li x’aktarx kellha l-forma taʼ raġel. Jistaʼ jkun li kellha terafim għax qalbha ma kinitx sħiħa m’Alla. David jew ma kienx jaf dwar ix-xbieha jew inkella ttolleraha minħabba li hi kienet it-tifla tas-Sultan Sawl. (1 Kronaki 16:25, 26)—6/1, paġna 29.
• Liema verità bażika enfasizzaw il-kmandi t’Alla dwar id-demm?
Permezz taʼ dak li qal wara d-Dilluvju, fil-Liġi Mosajka, u fil-kmand misjub f’Atti 15:28, 29, Alla enfasizza s-sagrifiċċju li kellu jinvolvi d-demm imxerred taʼ Ġesù. B’dak id-demm biss nistgħu aħna niksbu l-maħfra u jkollna l-paċi m’Alla. (Kolossin 1:20)—6/15, paġni 14-19.
•Kemm jissemmew mirakli taʼ Ġesù fil-Bibbja?
Ir-rakkonti taʼ l-Evanġelju jirreferu għal 35 miraklu taʼ Ġesù. Imma l-għadd eżatt tal-mirakli taʼ Ġesù, inkluż dawk li ma ġewx dokumentati, ma jiġix rivelat. (Mattew 14:14)—7/15, paġna 5.