LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 7/1 pp. 3-4
  • It-Tfittxija għat-Tidwil

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Tfittxija għat-Tidwil
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Permezz tar-​Reliġjon?
  • Permezz tal-​Qawwa tar-​Raġuni?
  • Insibu Tidwil Veru
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Żomm il-Pass maʼ l-Organizzazzjoni taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Jehovah Dak Alla taʼ Skop
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Ħafna Mistoqsijiet—Ftit Tweġibiet Sodisfaċenti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 7/1 pp. 3-4

It-​Tfittxija għat-​Tidwil

“L-​INJORANZA qatt m’hi aħjar mill-​għarfien,” qalet Laura Fermi, il-​mara tal-​fiżiku magħruf Enrico Fermi. Xi wħud għandhom mnejn ma jaqblux, billi jirraġunaw li dak li ma tafx qatt m’hu se jweġġgħek. Madankollu, għal ħafna, din l-​istqarrija hija minnha, mhux biss fil-​qasam xjentifiku imma wkoll f’aspetti oħrajn fil-​ħajja. Għal sekli sħaħ, l-​injoranza, jiġifieri l-​fatt li wieħed ma jkunx konxju tal-​verità, ħalliet lil ħafna nies jissieltu fi dlam intelletwali, morali, u spiritwali.—Efesin 4:18.

Kien għalhekk li dawk l-​uħud li jirraġunaw fittxew għal tidwil. Huma jridu jkunu jafu għala qegħdin hawn u fejn sejrin. Fit-​tfittxija tagħhom iltaqgħu m’għażliet differenti. Ejja nikkunsidraw fil-​qosor xi wħud minnhom.

Permezz tar-​Reliġjon?

Skond tradizzjoni Buddista, Siddhārtha Gautama, il-​fundatur tal-​Buddiżmu, kien verament imnikket minħabba s-​sofferenza umana u l-​mewt. Hu staqsa lil xi għalliema reliġjużi tal-​Ħindu sabiex jgħinuh isib “it-​triq tal-​verità.” Xi wħud issuġġerewlu l-​joga u li jiċċaħħad minn kollox. Fl-​aħħar mill-​aħħar, Gautama għażel il-​meditazzjoni persunali fil-​fond bħala l-​mod kif isib it-​tidwil veru.

Oħrajn użaw drogi li jeffettwaw il-​moħħ sabiex ifittxu t-​tidwil. Per eżempju, illum membri tan-​Native American Church jiddeskrivu l-​peyote—kaktus li fih sustanza li tikkawża l-​alluċinazzjonijiet—bħala li “jirrivela l-​għarfien moħbi.”

Jean-Jacques Rousseau, filosfu Franċiż tas-​seklu 18, kien jemmen li kwalunkwe individwu li jistaqsi b’mod sinċier jistaʼ jirċievi rivelazzjoni spiritwali persunali minn Alla. Kif? Billi jismaʼ “dak li Alla jgħid lil qalbu.” Imbagħad, skond Rousseau, dak li tħoss—jew dak li jgħidulek l-​emozzjonijiet u l-​kuxjenza—isir l-​iktar gwida taʼ min joqgħod fuqha fost il-​ħafna opinjonijiet komplikati tal-​bniedem.​—History of Western Philosophy.

Permezz tal-​Qawwa tar-​Raġuni?

Ħafna mill-​kontemporanji taʼ Rousseau ma kienu jaqblu xejn maʼ din il-​ħarsa reliġjuża. Per eżempju, Franċiż ieħor li kien jismu Voltaire, ħass li r-​reliġjon, minflok ma kienet bħala tidwil għan-​nies, kienet is-​sors primarju li ħalla lill-​Ewropa f’injoranza, superstizzjoni, u intolleranza għal sekli sħaħ matul dak il-​perijodu li xi storjografi jsejħulu l-​Medju Evu, jew iż-​Żminijiet tad-​Dlam.

Voltaire sar membru tal-​moviment Ewropew razzjonalist li sar magħruf bħala t-​Tidwil. Is-​segwaċi taʼ dan il-​moviment daru għall-​ideat tal-​Griegi tal-​qedem—jiġifieri, li l-​irraġunar uman u l-​investigazzjoni xjentifika huma l-​elementi essenzjali għat-​tidwil veru. Bernard de Fontenelle, membru ieħor tal-​moviment razzjonalist, ħass li l-​irraġunar uman waħdu kien se jwassal lill-​umanità għal seklu li fih kien se jkun hemm tidwil minn ġurnata għall-​oħra, u b’hekk is-​sekli kollha taʼ qabel meta mqabbla maʼ dan is-​seklu kienu se jidhru bħala li kienu f’dalma.​—Encyclopædia Britannica.

Dawn huma biss ftit mill-​ħafna ideat li ma jaqblux bejniethom dwar kif jistaʼ jinkiseb it-​tidwil. Teżisti verament gwida taʼ min joqgħod fuqha li nistgħu nduru lejha fit-​tfittxija tagħna għall-​verità? Ikkunsidra dak li l-​artiklu li jmiss għandu x’jgħid dwar is-​sors taʼ tidwil taʼ min jafdah.

[Stampa f’paġna 3]

Gautama (Budda), Rousseau, u Voltaire għamlu għażliet differenti fit-​tfittxija tagħhom għat-​tidwil

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja