Għaż-Żgħażagħ Tagħna
Żomm mat-Twemmin Tiegħek!
Istruzzjonijiet: Agħmel dan l-istudju f’post kwiet fejn tistaʼ tikkonċentra. Hekk kif taqra l-iskritturi, immaġina li int qiegħed f’nofs dik il-ġrajja. Ġib ix-xena quddiem għajnejk. Ismaʼ n-nies jitkellmu. Ħoss l-emozzjonijiet tal-karattri prinċipali. Aħseb dwar ir-rakkont bħallikieku huwa reali.
Karattri prinċipali: Ġeremija, Għebed-melek, is-Sultan Sedekija
Sommarju: Ġeremija jiffaċċja oppożizzjoni ħarxa meta jxandar il-messaġġ t’Alla li n-nies taʼ Ġuda għandhom iċedu għall-Kaldin.
1 ANALIZZA X-XENA.—AQRA ĠEREMIJA 38:1-5.
Kif taħseb li ħassu Ġeremija hekk kif tkellem man-nies taʼ Ġuda?
․․․․․
Liema emozzjoni taħseb li kien hemm fil-vuċi taʼ Ġeremija hekk kif xandar it-twissija taʼ Ġeħova?
․․․․․
ĦAFFER IKTAR FIL-FOND.
Liema twemmin sod bilfors li kellu Ġeremija biex setaʼ jxandar messaġġ li kien jeħtieġ tant qlubija?
․․․․․
2 ANALIZZA X-XENA.—AQRA ĠEREMIJA 38:6-13.
Uża l-immaġinazzjoni tiegħek u ddeskrivi l-ġiebja—il-wisaʼ, il-fond, u r-riħa.
․․․․․
Liema ħsibijiet setgħu kienu għaddejjin minn moħħ Ġeremija meta “beda nieżel ’l isfel fil-ħama”? (Erġaʼ aqra vers 6.)
․․․․․
ĦAFFER IKTAR FIL-FOND.
Billi tuża għodod tar-riċerka li huma disponibbli għalik, sib xi informazzjoni li ma kontx taf qabel dwar il-ġwiebi li kienu jintużaw fiż-żminijiet Bibliċi.
․․․․․
Liema twemmin sod bilfors li kellu Għebed-melek biex ta bidu għall-ħelsien taʼ Ġeremija? (Erġaʼ aqra versi 7-9.)
․․․․․
Sedekija għala ġie influwenzat daqshekk malajr, l-ewwel mill-prinċpijiet u mbagħad minn Għebed-melek? (Erġaʼ aqra versi 5 u 10.) Dan x’jgħallmek dwar it-tip taʼ persuna li kien u dwar in-nuqqas taʼ twemmin sod tiegħu?
․․․․․
Liema individwi f’din l-istorja wrew twemmin sod, u liema wieħed ma weriex? Għala twieġeb hekk?
․․․․․
3 APPLIKA DAK LI TGĦALLIMT. IKTEB X’TGĦALLIMT DWAR . . .
Il-kuraġġ.
․․․․․
It-twemmin sod.
․․․․․
Il-protezzjoni taʼ Ġeħova għal dawk li bla biżaʼ jobduh.
․․․․․
Meta ssirlek pressjoni, il-fatt li jkollok twemmin sod kif jistaʼ jeffettwa l-abbiltà tiegħek li tagħmel dak li hu sew?
․․․․․
4 LIEMA ASPETTI MINN DAN IR-RAKKONT QANQLUK L-IKTAR, U GĦALA?
․․․․․
JEKK M’GĦANDEKX BIBBJA, STAQSI LIX-XHIEDA TAʼ ĠEĦOVA GĦAL WAĦDA JEW, AQRAHA MINN FUQ IL-WEBSAJT www.watchtower.org