LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w12 10/1 p. 9
  • “Il-Ħajja taʼ Dejjem Tfisser Dan”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Il-Ħajja taʼ Dejjem Tfisser Dan”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Materjal Simili
  • Nieħdu l-Għarfien Issa u Għal Dejjem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • “Dan Ifisser Il-Ħajja Taʼ Dejjem”
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • L-Għarfien Mingħand Alla Jwieġeb Ħafna Mistoqsijiet
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Nibdew Studji Tal-Bibbja Bil-Ktieb Tgħix Għal Dejjem
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
w12 10/1 p. 9

“Il-​Ħajja taʼ Dejjem Tfisser Dan”

“Il-​ħajja taʼ dejjem tfisser dan: li jieħdu għarfien dwarek, l-​uniku Alla veru, u dwar Ġesù Kristu li int bgħatt.”​—ĠWANNI 17:3.

L-​GĦARFIEN jistaʼ jsalva l-​ħajja. Meta marad Nouhou, tifel taʼ għaxar xhur, ommu—impjegata fil-​qasam tal-​kura tas-​saħħa fin-​Niġer—kienet taf x’kellha tagħmel. Hi ppreparat għal binha xarba b’taħlita taʼ melħ, zokkor, u ilma nadif sabiex jiġu sostitwiti l-​fluwidi li tilef minn ġismu. Skont l-​UNICEF, minħabba li “aġixxiet fil-​pront u kellha aċċess għall-​kura medika fil-​komunità, binha setaʼ jirkupra malajr.”

Anki l-​għarfien mill-​Bibbja jistaʼ jsalva l-​ħajja. Mosè, l-​ewwel kittieb tal-​Bibbja, qal: “M’hijiex kelma bla siwi għalikom, imma tfisser ħajjitkom, u b’din il-​kelma ttawlu jiemkom.” (Dewteronomju 32:47) Tistaʼ l-​Bibbja verament ittawlilna jiemna? B’liema mod tfisser ħajjitna?

Il-​ħames artikli taʼ qabel f’din is-​serje wrew li l-​Bibbja hi ktieb li ma jitqabbel maʼ xejn f’dak li għandu x’jaqsam maʼ profeziji taʼ min joqgħod fuqhom, eżattezza storika u xjentifika, armonija fiha nfisha, u gwida prattika. Dan kollu juri li l-​Bibbja hi unika. B’hekk, meta din tistqarr li tistaʼ ttawwal il-​ħajja, jiġifieri ħajja taʼ dejjem, ma jkunx xieraq li tagħtiha attenzjoni bir-​reqqa?

Inħeġġuk issir taf kif l-​għarfien eżatt tal-​Bibbja jistaʼ jgħinek tikseb il-​paċi tal-​moħħ issa u hena fil-​futur. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jieħdu pjaċir juruk kif tistaʼ tikseb dan l-​għarfien.

[Kaxxa/Stampa f’paġna 9]

Il-​Bibbja hija unika wkoll għax hi biss tagħti tweġibiet sodisfaċenti għall-​mistoqsijiet fundamentali li nistaqsu:

• Għala qegħdin hawnhekk?

• Għala hawn daqstant tbatija?

• Hemm xi tama għall-​maħbubin mejtin tiegħi?

Int tistaʼ ssib it-​tweġibiet li tagħti l-​Bibbja f’dan il-​ktieb, Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja