LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w12 11/15 p. 20
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Materjal Simili
  • Iċ-Ċelibat—Bieb Għal Attività Mingħajr Distrazzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • ‘Agħmel il-Wisaʼ għal Dan’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Ħu Vantaġġ Sħiħ mill-Fatt li M’Intix Miżżewweġ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Mhux Miżżewġin imma Kuntenti fis-Servizz taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
w12 11/15 p. 20

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Il-​kliem taʼ Ġesù li nsibu f’​Mattew 19:10-​12 jagħti x’jifhem li dawk li jagħżlu li jibqgħu ma jiżżewġux ikunu rċivew din l-​għotja b’xi mod misterjuż?

▪ Ikkunsidra s-​sitwazzjoni li fiha Ġesù tkellem dwar li wieħed ma jiżżewwiġx. Meta xi Fariżej marru għandu u qabduha fuq id-​divorzju, Ġesù wera ċar x’inhu l-​livell taʼ Ġeħova għaż-​żwieġ. Waqt li l-​Liġi ppermettiet li raġel jikteb ċertifikat tad-​divorzju lil martu fil-​każ li jkun skopra “xi ħaġa indeċenti” fiha, dan ma kienx hekk mill-​bidu. (Dt. 24:1, 2) Imbagħad Ġesù qal: “Kulmin jiddivorzja lil martu, ħlief minħabba ż-​żína, u jiżżewweġ oħra jagħmel adulterju.”—Mt. 19:3-​9.

Meta semgħu dan, id-​dixxipli qalu: “Jekk din hi s-​sitwazzjoni taʼ raġel maʼ martu, ma jaqbillekx tiżżewweġ.” Ġesù wieġeb: “Mhux kulħadd jagħmel il-​wisaʼ għal dan il-​kliem, imma dawk biss li għandhom din l-​għotja. Għax hemm ewnuċi li twieldu hekk minn ġuf ommhom, u hemm ewnuċi li ntgħamlu ewnuċi mill-​bnedmin, u hemm ewnuċi li għamlu lilhom infushom ewnuċi minħabba s-​saltna tas-​smewwiet. Min jistaʼ, ħa jagħmel il-​wisaʼ għal dan.”—Mt. 19:10-​12.

Ewnuċi letterali kienu dawk li twieldu hekk minħabba xi difett fit-​twelid, jew inkella ġew hekk minħabba xi aċċident jew qtugħ tal-​organi ġenitali. Madankollu, kien hemm ukoll dawk li minn jeddhom għamlu lilhom infushom ewnuċi. Għalkemm setgħu jiżżewġu, huma eżerċitaw ir-​rażan u baqgħu ma żżewġux “minħabba s-​saltna tas-​smewwiet.” Bħal Ġesù, huma għażlu li jibqgħu ma jiżżewġux sabiex ikunu jistgħu jintefgħu b’ruħhom u ġisimhom fis-​servizz tas-​Saltna. La twieldu bl-​għotja li ma jiżżewġux u lanqas ma ngħataw din l-għotja. Huma fir-​realtà għamlu l-​wisaʼ għaliha. Jiġifieri kisbu din l-​għotja għax riedu.

Meta kompla maʼ dak li qal Ġesù, l-​appostlu Pawlu spjega li waqt li l-​Kristjani kollha—miżżewġin jew le—jistgħu jaqdu lil Alla b’mod aċċettabbli, dawk li huma ‘determinati f’qalbhom’ li ma jiżżewġux, ‘jagħmlu aħjar.’ Dan kif? Il-​miżżewġin iridu jaqsmu l-​ħin u l-​enerġija tagħhom biex jogħġbu u jieħdu ħsieb xulxin. Mill-​banda l-​oħra, Kristjani mhux miżżewġin jistgħu jagħmlu s-​servizz tal-​Mulej mingħajr dak l-​obbligu. Huma jqisu l-​pożizzjoni tagħhom “għotja” mingħand Alla.—1 Kor. 7:7, 32-​38.

Għalhekk, l-​Iskrittura tgħidilna li Kristjan ma jirċivix l-​għotja li ma jiżżewwiġx b’xi mod misterjuż. Pjuttost jikkultivaha billi jibqaʼ ma jiżżewwiġx biex javanza l-​interessi tas-​Saltna bla tfixkil. Ħafna llum huma determinati f’qalbhom li jibqgħu ma jiżżewġux għal din ir-​raġuni, u oħrajn jagħmlu sewwa li jkunu sors taʼ inkuraġġiment għalihom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja