LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 3/1 p. 4
  • Mosè—Raġel taʼ Fidi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mosè—Raġel taʼ Fidi
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Imita l-fidi taʼ Mosè
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Qed tara “lil Dak li hu inviżibbli”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Tgħallem it-Triqat taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Mosè—Raġel li Jħobb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 3/1 p. 4

Mosè Raġel taʼ Fidi

X’INHI L-​FIDI?

Skont kif tintuża fil-​Bibbja, il-​“fidi” tinvolvi twemmin sod ibbażat fuq evidenza konkreta. Xi ħadd li għandu fidi f’Alla hu fiduċjuż li Hu se jwettaq il-​wegħdi kollha Tiegħu.

MOSÈ KIF WERA L-​FIDI?

Mosè ħa deċiżjonijiet li wrew li kien jemmen fil-​wegħdi t’Alla. (Ġenesi 22:15-​18) Hu kellu l-​opportunità li jgħix ħajja komda fil-​lussu tal-​Eġittu, imma ma ħatafx din l-​opportunità. Hu “għażel li jkun trattat ħażin mal-​poplu t’Alla minflok ma jkollu t-​tgawdija temporanja tad-​dnub.” (Ebrej 11:25) Kienet din deċiżjoni impulsiva, waħda li iktar tard kien se jiddispjaċih minnha? Le, għax il-​Bibbja tgħid li Mosè “baqaʼ sod bħallikieku qed jara lil Dak li hu inviżibbli.” (Ebrej 11:27) Mosè qatt ma ddispjaċieh mill-​għażliet li għamel ibbażati fuq il-​fidi tiegħu fil-​wegħdi t’Alla.

Mosè fittex li jsaħħaħ il-​fidi t’oħrajn. Pereżempju, ikkunsidra x’ġara meta l-​Iżraelin ħasbu li kienu maqbudin bejn l-​armata tal-​Fargħun u l-​Baħar l-​Aħmar. Imwerwrin minħabba li deher li dalwaqt kienu se jinqabdu fi gwaj kbir, l-​Iżraelin għajtu lil Ġeħova u lil Mosè għall-​għajnuna. Mosè kif kien se jirreaġixxi?

Mosè għandu mnejn ma kienx jaf li Alla kien se jofroq il-​Baħar l-​Aħmar, u b’hekk jiftaħ triq għall-​Iżraelin biex jaħarbu. Madankollu, Mosè kien fiduċjuż li Alla kien se jagħmel xi ħaġa biex jipproteġi lill-​poplu Tiegħu. U Mosè ried li sħabu l-​Iżraelin ikollhom l-​istess konvinzjoni. Naqraw: “Mosè qal lin-​nies: ‘Tibżgħux. Żommu sod u araw kif Ġeħova se jsalvakom illum.’” (Eżodu 14:13) Irnexxa Mosè f’li jsaħħaħ il-​fidi taʼ sħabu l-​Iżraelin? Iva, għax rigward Mosè kif ukoll l-​Iżraelin kollha, il-​Bibbja tgħid: “Bil-​fidi għaddew mill-​Baħar l-​Aħmar qisu fuq art niexfa.” (Ebrej 11:29) Il-​fidi taʼ Mosè kienet taʼ benefiċċju mhux biss għalih innifsu imma għal kull min tgħallem minnha.

AĦNA X’NITGĦALLMU MINN DAN?

Aħna nistgħu nkunu bħal Mosè u nieħdu deċiżjonijiet li juru li nemmnu dak li Alla jwegħedna. Pereżempju, Alla jwiegħed li jieħu ħsieb il-​bżonnijiet materjali tagħna jekk il-​qima tiegħu npoġġuha l-​ewwel f’ħajjitna. (Mattew 6:33) Veru, għandna mnejn insibuha diffiċli nirreżistu l-​enfasi fuq affarijiet materjali li hi tant popolari llum. Imma nistgħu nkunu ċerti li meta nagħmlu l-​almu tagħna biex inżommu ħajjitna sempliċi u ffokata fuq il-​qima tagħna, Ġeħova se jipprovdi kulma neħtieġu. Hu jagħtina din il-​garanzija: “Żgur ma nitilqekx u żgur ma nabbandunakx.”—Ebrej 13:5.

Aħna wkoll inħabirku biex ngħinu lil oħrajn jikbru fil-​fidi. Pereżempju, ġenituri għaqlin jirrikonoxxu l-​opportunità tad-​deheb li għandhom biex jibnu l-​fidi fi wliedhom. Il-​ġenituri għandhom bżonn jgħallmu lil uliedhom minn età żgħira ħafna li hemm Alla li jgħallimna x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Barra minn hekk, iridu jkunu konvinti li l-​aqwa mod taʼ ħajja hi li jsegwu l-​livelli tiegħu. (Isaija 48:17, 18) Il-​ġenituri jagħtu lil uliedhom rigal prezzjuż meta jgħinuhom jemmnu li Alla “jeżisti u li jippremja lil dawk li jfittxuh bil-​ħeġġa.”—Ebrej 11:6.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja