LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 9/1 p. 3
  • Kemm Ħajjiet Innoċenti Meqrudin!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kemm Ħajjiet Innoċenti Meqrudin!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Meta s-Sofferenza Mhix se Tkun Iżjed
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Kif Nistaʼ Nkampa Meta Niffaċċja Xi Traġedja?
    Stenbaħ!—2003
  • Alla Għala Jħallina Nbatu?
    Stenbaħ!—2004
  • X’tgħid il-Bibbja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 9/1 p. 3

SUĠĠETT PRINĊIPALI: GĦALA HAWN DAQSHEKK TBATIJA? META SE TISPIĊĊA?

Kemm Ħajjiet Innoċenti Meqrudin!

Iċ-​ċkejkna Noelle kienet tifla grazzjuża li tħobb tpinġi. Lejla waħda sajfija, hi ħarġet fil-​bitħa u, bla ħadd ma jaf kif, waqgħet fil-​pixxina tad-​dar tal-​familja tagħha. Hi għerqet ġimagħtejn qabel m’għalqet erbaʼ snin.

Charlotte, Daniel, Olivia, Josephine . . . Dawn huma biss ftit mill-​ismijiet tal-​20 tifel u tifla taʼ bejn sitta u sebaʼ snin fost is-​26 vittma li fl-​14 taʼ Diċembru, 2012, inqatlu fi sparatura li saret fi skola f’Connecticut, l-​Istati Uniti tal-​Amerika. Fit-​taħdita tal-​funeral, il-​President Obama semma l-​ismijiet tat-​tfal u qal lill-​udjenza mnikkta: “Dawn it-​traġedji jridu jispiċċaw.”

Bano, li kellha 18-​il sena, flimkien mal-​familja tagħha telqet mill-​Iraq fl-​1996 u marret toqgħod in-​Norveġja. Iżda b’sogħba, fit-​22 taʼ Lulju, 2011, Bano kienet waħda mis-​77 vittma li ħajjithom spiċċat ħesrem minn estremist li ftaħar: “Nixtieq nagħmel apoloġija . . . li ma rnexxilix noqtol iżjed.”

Stejjer taʼ qsim il-​qalb simili ġew rapportati kemm-​il darba madwar id-​dinja. Aħseb dwar in-​niket u l-​uġigħ li ġew ikkaġunati minħabba l-​aċċidenti, il-​kriminalità, il-​gwerer, it-​terroriżmu, id-​diżastri naturali, u traġedji oħrajn. Kemm nies mietu jew batew intortament!

Xi wħud iwaħħlu f’Alla, billi jirraġunaw li l-​Ħallieq tagħna ma jimpurtahx mill-​bnedmin. Oħrajn jaslu għall-​konklużjoni li Alla jara t-​tbatija imma sempliċement jagħżel li ma jintervinix. Jerġaʼ oħrajn jgħidu li traġedji bħal dawn huma predestinati. Jidher li l-​opinjonijiet dwar dan is-​suġġett ma jispiċċaw qatt. Fejn nistgħu nsibu tweġibiet sodisfaċenti u taʼ min jafdahom? Fl-​artikli li jmiss se nfittxu t-​tweġibiet dwar x’jikkaġuna t-​tbatija u kif din se tintemm fil-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja