LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 12/15 pp. 11-15
  • Lest li Tagħmel Sagrifiċċji għas-Saltna?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Lest li Tagħmel Sagrifiċċji għas-Saltna?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • SAGRIFIĊĊJI F’IŻRAEL TAL-​QEDEM
  • NAGĦMLU SAGRIFIĊĊJI LLUM
  • SAGRIFIĊĊJI SKONT DAK LI GĦANDNA
  • IS-​SAGRIFIĊĊJI TAGĦNA HUMA TAʼ VALUR KBIR
  • Noffru Sagrifiċċji li Jogħġbu lil Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Tgħallem mill-‘Qafas tal-Verità’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Sagrifiċċji taʼ Tifħir li Jogħġbu lil Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Noffru Sagrifiċċji b’Ruħna Kollha lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 12/15 pp. 11-15

Lest li Tagħmel Sagrifiċċji għas-​Saltna?

“Alla jħobb lil min jagħti bil-​ferħ.”—2 KOR. 9:7.

SKRITTURI GĦALL-​MEDITAZZJONI

Kull waħda minn dawn l-​iskritturi, kif tgħinek taħseb dwar is-​sagrifiċċji li tagħmel int għas-​Saltna?

  • L-​1 Kronaki 29:9

  • L-​1 Korintin 16:1, 2

  • It-​2 Korintin 8:12

1. Ħafna individwi liema xorta taʼ sagrifiċċji jagħmlu, u għala?

IN-​NIES ikunu lesti li jagħmlu xi sagrifiċċji għall-​affarijiet li huma importanti għalihom. Il-​ġenituri jagħtu mill-​ħin, mill-​flus, u mill-​enerġija tagħhom biex jagħmlu l-​ġid lil uliedhom. Waqt li dawk tamparhom jilagħbu u jiddevertu, l-​atleti żgħażagħ li jixtiequ jirrappreżentaw lil pajjiżhom fil-​Logħob Olimpiku jqattgħu diversi sigħat kuljum jipprattikaw u jitħarrġu ħafna. Ġesù wkoll għamel sagrifiċċji għall-​affarijiet li kienu importanti għalih. Ma fittixx affarijiet lussużi, u ma kellux tfal. Minflok, ried juża l-​enerġija kollha tiegħu biex jappoġġa s-​Saltna t’Alla. (Mt. 4:17; Lq. 9:58) Bl-​istess mod, is-​segwaċi tiegħu għamlu ħafna sagrifiċċji biex jappoġġaw is-​Saltna t’Alla. Din is-​Saltna kienet l-​iktar ħaġa importanti f’ħajjithom, u għalhekk għamlu sagrifiċċji għaliha. (Mt. 4:18-​22; 19:27) Għalhekk, nistgħu nistaqsu lilna nfusna, ‘X’inhu importanti f’ħajti?’

2. (a) Liema sagrifiċċji huma fundamentali għall-​Kristjani veri kollha? (b) Xi wħud liema sagrifiċċji oħrajn jistgħu jagħmlu?

2 Ċerti sagrifiċċji huma fundamentali għall-​Kristjani veri kollha u huma essenzjali biex nikkultivaw u nżommu relazzjoni tajba maʼ Ġeħova. Dawn is-​sagrifiċċji jinkludu li niddedikaw il-​ħin u l-​enerġija persunali għat-​talb, għall-​qari tal-​Bibbja, għall-​qima tal-​familja, għall-​attendenza għal-​laqgħat, u għall-​ministeru tal-​għalqa.a (Ġoż. 1:8; Mt. 28:19, 20; Ebr. 10:24, 25) Minħabba l-​isforzi tagħna u l-​barka taʼ Ġeħova, ix-​xogħol tal-​ippritkar dejjem qed jiżdied, u ħafna jkomplu jiġru lejn “il-​muntanja tad-​dar taʼ Ġeħova.” (Is. 2:2) Biex jappoġġaw l-​attivitajiet tas-​Saltna, ħafna jagħmlu sagrifiċċji oħrajn billi jaqdu f’Betel, jgħinu fil-​bini taʼ Swali tas-​Saltna u Swali tal-​Assembleat, jorganizzaw il-​konvenzjonijiet, jew jgħinu meta jkun hemm xi diżastru naturali. Dan ix-​xogħol mhux meħtieġ biex niksbu l-​ħajja, imma hu vitali biex nappoġġaw is-​Saltna t’Alla.

3. (a) Kif nibbenefikaw meta nagħmlu s-​sagrifiċċji għas-​Saltna? (b) Liema mistoqsijiet għandna nikkunsidraw?

3 Illum iktar minn qatt qabel hu importanti li nagħmlu kemm nifilħu għas-​Saltna. Huwa taʼ ferħ li ħafna aħwa minn qalbhom qed jagħmlu sagrifiċċji għal Ġeħova. (Aqra Salm 54:6.) Spirtu ġeneruż bħal dan iġibilna ħafna ferħ hekk kif nistennew il-​miġja tas-​Saltna t’Alla. (Dt. 16:15; Atti 20:35) Iżda, ilkoll kemm aħna għandna neżaminaw mill-​qrib lilna nfusna. Hemm xi modi kif nistgħu nagħmlu iktar sagrifiċċji għas-​Saltna? Kif qed nużaw il-​ħin, il-​flus, l-​enerġija, u l-​abbiltajiet tagħna? X’m’għandniex nittraskuraw meta nagħmlu s-​sagrifiċċji? Ejja niddiskutu x’nistgħu nitgħallmu minn xi eżempji taʼ sagrifiċċji volontarji. Dan se jgħinna biex ikollna iktar ferħ.

SAGRIFIĊĊJI F’IŻRAEL TAL-​QEDEM

4. L-​Iżraelin kif ibbenefikaw milli jagħmlu s-​sagrifiċċji?

4 F’Iżrael tal-​qedem, il-​bażi biex jinħafru d-​dnubiet kienet li jiġu offruti s-​sagrifiċċji. Is-​sagrifiċċji kienu meħtiġin biex in-​nies igawdu l-​approvazzjoni taʼ Ġeħova. Xi ftit minn dawn kienu meħtiġin; oħrajn kienu volontarji. (Lev. 23:37, 38) Offerti sħaħ tal-​ħruq setgħu jsiru bħala offerti volontarji, jew għotjiet, lil Ġeħova. Eżempju li jispikka tal-​offerti kien jidher f’konnessjoni mal-​inawgurazzjoni tat-​tempju fi żmien Salamun.—2 Kron. 7:4-​6.

5. Ġeħova liema provvediment għamel għal dawk taʼ ftit mezzi?

5 Ġeħova bi mħabba fehem li mhux kulħadd setaʼ jagħti l-​istess ammont, u ma stenna xejn iktar minn dak li kull wieħed setaʼ jagħti. Il-​liġi taʼ Ġeħova kkmandat li d-​demm tal-​annimal jissawwab, u dan kellu jkun “dell taʼ l-​affarijiet tajbin li għandhom jiġu” permezz taʼ Ibnu, Ġesù. (Ebr. 10:1-​4) Madankollu, Ġeħova ma kienx riġidu fl-​applikar taʼ din il-​liġi. Pereżempju, Alla kien jaċċetta offerta tal-​gamiem jekk l-​individwu ma setax jaffordja offerta mill-​merħla. B’hekk, anki l-​foqra setgħu jagħmlu sagrifiċċji bil-​ferħ għal Ġeħova. (Lev. 1:3, 10, 14; 5:7) Għalkemm l-​annimali sagrifikati forsi kienu differenti, kien hemm żewġ affarijiet li kienu meħtiġin minn kull individwu li kien jagħmel sagrifiċċji volontarji.

6. X’kien meħtieġ minn kull individwu meta jagħmel sagrifiċċji, u kemm kien importanti li wieħed isegwi dawn il-​ħtiġijiet?

6 L-​ewwel, l-​individwu kellu jagħti l-​aqwa tiegħu. Ġeħova qal lill-​ġens li kwalunkwe offerta kellha tkun bla difett sabiex ‘tinkiseb l-​approvazzjoni.’ (Lev. 22:18-​20) Jekk l-​annimal kien ikun fih xi difett ma kienx jitqies bħala sagrifiċċju aċċettabbli għal Ġeħova. It-​tieni, l-​individwu li joffri s-​sagrifiċċju kellu jkun nadif u mhux imniġġes. Jekk individwu ma kienx ikun nadif kellu jagħmel offerta għad-​dnub jew offerta għall-​ħtija biex jerġaʼ jikseb l-​approvazzjoni taʼ Ġeħova qabel ma jagħmel offerta volontarja. (Lev. 5:5, 6, 15) Din kienet kwistjoni serja. Ġeħova kkmanda li jekk xi ħadd li ma jkunx nadif jieħu mis-​sagrifiċċju taʼ sħubija, li kien jinkludi offerti volontarji, dan kien jiġi maqtugħ minn mal-​poplu t’Alla. (Lev. 7:20, 21) Mill-​banda l-​oħra, meta l-​individwu li jagħmel is-​sagrifiċċju kien ikollu waqfa tajba quddiem Ġeħova u l-​offerta kienet tkun bla difett, dak li joffri s-​sagrifiċċju setaʼ jithenna bis-​sodisfazzjon.—Aqra l-​1 Kronaki 29:9.

NAGĦMLU SAGRIFIĊĊJI LLUM

7, 8. (a) Ħafna liema ferħ iħossu meta jagħmlu sagrifiċċji għas-​Saltna? (b) Liema riżorsi għandna għad-​dispożizzjoni tagħna?

7 Illum, bl-​istess mod, ħafna huma lesti li jaħdmu iebes fis-​servizz taʼ Ġeħova, u Ġeħova jieħu pjaċir b’dan. Li naħdmu għan-​nom taʼ ħutna hu premjanti. Ħu li jieħu sehem fil-​bini taʼ Swali tas-​Saltna u li jgħin lil dawk li jiġu effettwati mid-​diżastri naturali jgħid li jsibha diffiċli biex jiddeskrivi s-​sodisfazzjon li jħoss meta jaqdi b’dawn il-​modi. Hu jgħid, “Meta tara l-​kuntentizza u l-​apprezzament tal-​aħwa lokali wara li jidħlu fis-​Sala tas-​Saltna ġdida tagħhom jew meta jirċievu l-​assistenza wara xi diżastru naturali, ix-​xogħol u l-​isforz kollu li tagħmel ikunu vallapena.”

Ħafna offerti kienu volontarji, bħas-​sagrifiċċji li noffru llum (Ara paragrafi 7-​13)

8 L-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova fi żmienna dejjem fittxet opportunitajiet biex tappoġġa x-​xogħol taʼ Ġeħova. Fl-​1904, Ħuna C. T. Russell kiteb: “Kull wieħed għandu jqis lilu nnifsu bħala maħtur mill-​Mulej biex ikun il-​prokuratur tal-​ħin, l-​influwenza, il-​flus, eċċetra, tiegħu stess, u kull wieħed irid ifittex li juża dawn it-​talenti bl-​aqwa abbiltà tiegħu, għall-​glorja tas-​Sid.” Għalkemm naħsdu ħafna barkiet, li nagħmlu sagrifiċċji lil Ġeħova jiswielna xi ħaġa. (2 Sam. 24:21-​24) Nistgħu nużaw aħjar ir-​riżorsi li għandna?

Membri ta’ Betel fl-​Awstralja

9. Meta niġu biex nużaw il-​ħin tagħna, liema prinċipju mill-​istruzzjonijiet taʼ Ġesù li nsibu f’​Luqa 10:2-​4 nistgħu napplikaw?

9 Il-​ħin tagħna. Jirrikjedi ħafna ħin u sforz biex tittraduċi u tistampa l-​letteratura tagħna, tibni l-​postijiet taʼ qima, torganizza l-​konvenzjonijiet, tgħin meta jkun hemm xi diżastru, u tieħu sehem f’ħafna attivitajiet neċessarji oħrajn. Għandna biss 24 siegħa kuljum, imma Ġesù pprovda prinċipju li jistaʼ jgħinna. Meta bagħat lid-​dixxipli tiegħu fis-​servizz tal-​għalqa, Ġesù qalilhom: “Fit-​triq tieqfu tħaddnu lil ħadd biex issellmulu.” (Lq. 10:2-​4) Ġesù għala ta istruzzjonijiet bħal dawn? Studjuż tal-​Bibbja jgħid: “Tislimiet fost in-​nies tal-​Orjent ma kinux jikkonsistu, bħalma nagħmlu aħna, f’li jsellmu b’rashom, jew f’li jieħdu b’id xulxin, imma kienu jsiru b’ħafna tgħanniq, u jmilu, u saħansitra jinxteħtu mal-​art. Dan kollu kien jirrikjedi ħafna ħin.” Ġesù ma kienx qed jinkuraġġixxi lis-​segwaċi tiegħu biex ikunu maledukati. Minflok, kien qed jgħinhom jaraw li kellhom ammont taʼ ħin limitat u kellhom bżonn jieħdu vantaġġ sħiħ minnu biex jieħdu sehem fl-​affarijiet iktar importanti. (Efes. 5:16) Nistgħu aħna napplikaw dan il-​prinċipju sabiex ikollna iktar ħin ħalli nappoġġaw ix-​xogħol tas-​Saltna?

Pubblikaturi tas-​Saltna f’Sala tas-​Saltna fil-​Kenja, l-​Afrika

10, 11. (a) X’inhuma xi modi kif qed jintużaw id-​donazzjonijiet tagħna għax-​xogħol taʼ madwar id-​dinja? (b) Liema prinċipju miktub fl-​1 Korintin 16:1, 2 jistaʼ jgħinna?

10 Il-​flus tagħna. Kemxa flus ġmielha hi meħtieġa biex tappoġġa x-​xogħol taʼ madwar id-​dinja. Kull sena jintefqu għaxriet taʼ miljuni t’ewro biex jieħdu ħsieb l-​ispejjeż tal-​indokraturi li jivvjaġġaw, tal-​pijunieri speċjali, u tal-​missjunarji. Mill-​1999 ’l hawn, iktar minn 24,500 Sala tas-​Saltna nbnew f’pajjiżi li għandhom riżorsi limitati. Madankollu, għad hemm il-​ħtieġa taʼ kważi 6,400 Sala tas-​Saltna oħra. Kull xahar jiġu stampati xi 100 miljun kopja tat-​Torri tal-​Għassa u taʼ Stenbaħ! Dan kollu hu appoġġat mid-​donazzjonijiet volontarji tagħkom.

11 L-​appostlu Pawlu pprovda prinċipju li għandu jiġi segwit meta jingħataw id-​donazzjonijiet. (Aqra l-​1 Korintin 16:1, 2.) B’ispirazzjoni, hu inkuraġġixxa lil ħutu f’Korintu biex ma joqogħdux jistennew l-​aħħar tal-​ġimgħa ħalli jaraw x’kien baqgħalhom, imma minflok, biex iwarrbu xi ħaġa tal-​flus fil-​bidu tal-​ġimgħa, li għalihom kien il-​Ħadd, skont kemm setgħu. Bħal fl-​ewwel seklu, ħutna fi żmienna jippjanaw minn qabel biex jikkontribwixxu b’mod ġeneruż skont iċ-​ċirkustanzi tagħhom. (Lq. 21:1-​4; Atti 4:32-​35) Ġeħova jgħożż spirtu ġeneruż bħal dan.

Volontier tal-​Kumitat Reġjonali tal-​Bini f’Tuxedo, New York, l-​Istati Uniti tal-​Amerika

12, 13. X’jistaʼ jġiegħel lil xi wħud iżommu lura milli jagħtu mill-​enerġija u l-​abbiltajiet tagħhom, imma Ġeħova kif se jgħinhom?

12 L-​enerġija u l-​abbiltajiet tagħna. Ġeħova jappoġġana fl-​isforzi tagħna biex nużaw l-​enerġija u l-​abbiltajiet tagħna għas-​Saltna. Hu jwiegħed li jgħinna meta negħjew. (Is. 40:29-​31) Inħossu aħna li m’aħniex kwalifikati biżżejjed biex ngħinu fix-​xogħol tas-​Saltna? Nirraġunaw li hemm oħrajn li huma iktar kwalifikati? Ftakar li Ġeħova jistaʼ jtejjeb l-​abbiltajiet naturali taʼ kulħadd, sewwasew bħalma għamel għal Besalel u Oħolijab.—Eżo. 31:1-​6; ara l-​ewwel stampa.

13 Ġeħova jinkuraġġina biex nagħtu l-​aqwa tagħna u ma nżommux lura. (Prov. 3:27) Waqt il-​bini mill-​ġdid tat-​tempju, Ġeħova qal lil-​Lhud f’Ġerusalemm biex jimmeditaw fuq dak li kienu qed jagħmlu ħalli jappoġġaw ix-​xogħol. (Ħag. 1:2-​5) Kienu ġew aljenati u ma kinux qed ipoġġu x-​xogħol taʼ Ġeħova l-​ewwel f’ħajjiethom. Nagħmlu tajjeb li nikkunsidraw jekk il-​prijoritajiet tagħna humiex fi qbil mal-​prijoritajiet taʼ Ġeħova. Nistgħu aħna naħsbu bis-​serjetà dwar ħajjitna u nippjanaw kif nistgħu nagħmlu iktar biex nappoġġaw is-​Saltna t’Alla f’dawn l-​aħħar jiem?

SAGRIFIĊĊJI SKONT DAK LI GĦANDNA

14, 15. (a) Kif niġu inkuraġġiti bl-​eżempju taʼ ħutna li għandhom mezzi limitati? (b) X’għandha tkun ix-​xewqa tagħna?

14 Ħafna jgħixu fi nħawi fejn it-​tbatija jew il-​faqar hu komuni. L-​organizzazzjoni tagħna tagħmel ħilitha kollha biex ‘tagħmel tajjeb’ għan-​nieqes taʼ ħutna li jgħixu f’dawn il-​pajjiżi. (2 Kor. 8:14) Madankollu, anki aħwa li għandhom riżorsi limitati jgħożżu l-​privileġġ taʼ li jagħtu. Ġeħova jieħu pjaċir meta l-​foqra materjalment jitqanqlu biex jagħtu bil-​ferħ.—2 Kor. 9:7.

15 F’pajjiż fqir ħafna fl-​Afrika, xi aħwa jwarrbu sezzjoni żgħira mill-​ġnien tagħhom u jużaw il-​flus mill-​bejgħ tal-​prodott minn din is-​sezzjoni biex jappoġġaw ix-​xogħol tas-​Saltna. F’dan l-​istess pajjiż, l-​aħwa lokali riedu jgħinu fi proġett taʼ bini taʼ Sala tas-​Saltna. Madankollu, il-​proġett kellu jsir fi żmien l-​istaġun taż-​żrigħ tagħhom. Peress li xorta kienu determinati li jkollhom sehem, huma ħadmu fuq il-​proġett tas-​Sala tas-​Saltna matul il-​jum u mbagħad marru jaħdmu fl-​għelieqi filgħaxija. Xi spirtu taʼ sagrifiċċju dak! Dan ifakkarna fl-​aħwa fil-​Maċedonja tal-​ewwel seklu. Kellhom “faqar bla qjies,” u madankollu talbu bi ħrara kbira biex ikollhom il-​privileġġ li jgħinu fil-​proġett li kien qed isir. (2 Kor. 8:1-​4) Jalla kull wieħed minna bl-​istess mod ‘jagħti skond il-​barka li jkun tah Ġeħova.’—Aqra Dewteronomju 16:17.

16. Kif nistgħu nkunu ċerti li s-​sagrifiċċji tagħna huma aċċettabbli għal Ġeħova?

16 Madankollu, kelma taʼ twissija hi meħtieġa. Bħalma għamlu l-​Iżraelin tal-​qedem, irridu nkunu ċerti li s-​sagrifiċċji volontarji tagħna huma aċċettabbli għal Alla. Irridu nżommu l-​bilanċ sabiex nieħdu ħsieb ir-​responsabbiltajiet primarji tagħna f’konnessjoni mal-​familja tagħna u mal-​qima taʼ Ġeħova. Forsi jkollna l-​opportunità li ngħinu lil ħaddieħor billi nagħtu mill-​ħin u r-​riżorsi tagħna. Madankollu, dan m’għandux iġegħelna nittraskuraw ir-​relazzjoni tal-​familja tagħna maʼ Ġeħova jew il-​bżonnijiet materjali tagħhom. Inkella nkunu bħallikieku qed nagħtu skont dak li ma jkollniex. (Aqra t-​2 Korintin 8:12.) Iżjed minn hekk, irridu nżommu l-​ispiritwalità tagħna. (1 Kor. 9:26, 27) Iżda, nistgħu nkunu ċerti li meta ngħixu skont il-​livelli tal-​Bibbja, is-​sagrifiċċji tagħna jagħtuna ħafna ferħ u sodisfazzjon, u jkunu “speċjalment aċċettabbli” għal Ġeħova.

IS-​SAGRIFIĊĊJI TAGĦNA HUMA TAʼ VALUR KBIR

17, 18. Kif inħossuna dwar dawk kollha li qed jagħmlu sagrifiċċji għas-​Saltna, u lkoll kemm aħna x’għandna nikkunsidraw?

17 Ħafna minn ħutna ‘jferrgħu lilhom infushom bħal offerta tax-​xorb’ permezz taʼ xogħolhom biex jappoġġaw l-​attivitajiet neċessarji tas-​Saltna. (Flp. 2:17) Aħna napprezzaw sinċerament lil dawk li wrew spirtu ġeneruż bħal dan. In-​nisa u t-​tfal tal-​aħwa li jieħdu t-​tmexxija fl-​attività tas-​Saltna wkoll jiġu mfaħħrin għall-​ispirtu tagħhom taʼ ġenerożità u sagrifiċċju.

18 Ħafna xogħol iebes hu meħtieġ sabiex nappoġġaw ix-​xogħol tas-​Saltna. Jalla lkoll kemm aħna nitolbu u naħsbu bis-​serjetà dwar kif jistaʼ jkollna sehem kbir kemm jistaʼ jkun. Int tistaʼ tkun fiduċjuż li l-​barkiet huma kbar issa u se jkunu saħansitra akbar “fis-​sistema li ġejja.”—Mk. 10:28-​30.

a Ara l-​artiklu “Noffru Sagrifiċċji b’Ruħna Kollha lil Ġeħova” fil-​ħarġa taʼ It-​Torri tal-​Għassa tal-​15 taʼ Jannar, 2012, paġni 21-​25.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja