LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp19 Nru. 2 pp. 6-7
  • Meta jmut xi ħadd għażiż

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta jmut xi ħadd għażiż
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • KIF XI WĦUD KAMPAW
  • Kif Nistaʼ Ngħix Bin-Niket Tiegħi?
    Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut
  • Kif tkampa man-niket tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Huwa Normali Li Tħossok Hekk?
    Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut
  • Dak li tistaʼ tistenna
    Stenbaħ!—2018
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
wp19 Nru. 2 pp. 6-7
Koppja mnikkta fuq ix-xatt u jħarsu fil-bogħod

Meta jmut xi ħadd għażiż

“Ħassejtni li ma nistaʼ nagħmel xejn meta ħija l-​kbir miet ħabta u sabta. Għaddew ix-​xhur imma meta niftakar fih inħoss uġigħ kbir bħallikieku qed naqlaʼ daqqiet taʼ sikkina. Xi kultant, kont inkun irrabjata wkoll. Għala ħija kellu jmut? U kont inħossni ħatja li ma qattajtx iktar ħin miegħu.”—Vanessa, l-​Awstralja.

JEKK int tlift lil xi ħadd li tħobb fil-​mewt, anki int forsi kellek ħafna emozzjonijiet differenti. Forsi ħassejtek imnikket, waħdek, u li ma tistaʼ tagħmel xejn. Jistaʼ jkun li ħassejtek ukoll irrabjat, ħati, u mbeżżaʼ. Forsi għaddielek minn moħħok dwar jekk il-​ħajja hix taʼ min jgħixha.

Kun ċert li l-​fatt li tħossok imnikket ma jfissirx li int dgħajjef. Imma dan juri kemm il-​persuna kienet importanti għalik. Madankollu, hu possibbli li tħoss xi ftit serħan mill-​uġigħ li jġib miegħu n-​niket?

KIF XI WĦUD KAMPAW

Filwaqt li l-​uġigħ li qed tħoss donnu jidher li mhu se jgħaddi qatt, int tistaʼ ssib xi ftit tal-​faraġ billi tapplika s-​suġġerimenti li ġejjin:

ĦU Ż-​ŻMIEN LI GĦANDEK BŻONN BIEX TITNIKKET

Mhux kulħadd jitnikket bl-​istess mod jew għall-​istess tul taʼ żmien. Xorta waħda, li tibki jistaʼ jgħinek tesperjenza xi ftit serħan mill-​uġigħ. Vanessa, li ssemmiet qabel, tgħid: “Jien kont ninfaqaʼ nibki; kelli bżonn intaffi l-​uġigħ.” Sofía, li mititilha oħtha ħabta u sabta, tgħid: “Hu taʼ wġigħ li taħseb dwar dak li jkun ġara. Hu bħallikieku tkun qed titfaʼ l-​melħ fuq il-​ferita. L-​uġigħ ikun kważi insapportabbli, imma dan jgħin biex il-​ferita tfiq.”

TKELLEM DWAR DAK LI TAĦSEB U TĦOSS

Nistgħu nifhmu li xi kultant tkun tixtieq toqgħod waħdek. Imma n-​niket minħabba mewt hu tqil wisq biex iġġorru waħdek. Jared, li għandu 17-​il sena u li tilef lil missieru, jiftakar: “Kont nitkellem dwar dak li kont inħoss m’oħrajn. Niddubita kemm kien jagħmel sens dak li kont ngħid imma kont inħossni aħjar meta nesprimi ruħi.” Janice, li ssemmiet fl-​ewwel artiklu, issemmi benefiċċju ieħor: “Li nitkellem m’oħrajn kien taʼ faraġ kbir. Kont inħoss li qed niġi mifhuma u ma kontx inħossni daqstant waħdi.”

AĊĊETTA L-​GĦAJNUNA

Tabiba qalet: “Meta n-​nies li jkunu mnikkta minħabba mewt iħallu l-​ħbieb u l-​qraba jgħinuhom wara li jkunu tilfu lil xi ħadd għażiż, spiss ikun iktar faċli għalihom li jkampaw man-​niket u jegħlbuh.” Ħalli lill-​ħbieb ikunu jafu x’jistgħu jagħmlu biex jgħinuk; aktarx li huma jkunu jixtiequ jgħinuk imma forsi ma jkunux jafu kif.—Proverbji 17:17.

ERSAQ EQREB LEJN ALLA

Tina tgħid: “Meta r-​raġel tiegħi miet għal għarrieda minħabba l-​kanċer, ma stajtx inkompli niftaħ qalbi miegħu, allura kont ngħid kollox lil Alla. Kull ġurnata kont nibdieha billi nitolbu jgħinni ħalli nkun nistaʼ nkampa maʼ dak il-​jum. Alla għenni b’iktar modi milli nistaʼ nsemmi.” Tarsha, li kellha 22 sena meta mietet ommha, tgħid: “Il-​fatt li kont naqra l-​Bibbja kuljum kien ifarraġni. Kien jagħtini xi ħaġa inkuraġġanti fuq xiex naħseb.”

IMMAĠINA L-​IRXOXT

Tina tkompli tgħid: “Għall-​ewwel, it-​tama tal-​irxoxt ma tantx kienet tfarraġni għax jien kelli bżonn lil żewġi, u wliedi lil missierhom, dak il-​ħin stess. Madankollu, issa, erbaʼ snin wara, jien inżomm sod maʼ din it-​tama. Hi bħal ħabel taʼ salvataġġ għalija. Inġib quddiem għajnejja li nerġaʼ narah u dan iġibli paċi u ferħ!”

X’aktarx li m’intix se tħossok aħjar b’mod immedjat. Minkejja dan, l-​esperjenza taʼ Vanessa tistaʼ tkun taʼ faraġ. Hi tgħid, “Taħseb li se tibqaʼ mdejjaq għal dejjem, imma bil-​mod il-​mod se tħossok aħjar.”

Ftakar li għalkemm tistaʼ tibqaʼ tħoss vojt f’qalbek, il-​ħajja xorta hi taʼ min jgħixha. Bl-​għajnuna kollha mħabba t’Alla, int xorta tistaʼ tgawdi ħbiberiji mill-​aqwa u jkollok skop f’ħajtek. U Alla dalwaqt se jirxoxta lill-​mejtin. Hu jrid li int tkun tistaʼ terġaʼ tgħannaq miegħek lill-​għeżież tiegħek. U mbagħad l-​uġigħ li għandek f’qalbek ikun fieq għal dejjem!

Versi tal-​Bibbja li jistgħu jkunu t’għajnuna

Alla jimpurtah min-​niket u d-​dmugħ tiegħek.

Wieħed mill-​kittieba tal-​Bibbja qal lil Alla: “Poġġi fi flixkun tal-​ġild id-​dmugħ tiegħi. M’huwiex dan fil-​ktieb tiegħek?”—Salm 56:8.

Int tistaʼ tiftaħ qalbek m’Alla.

“Lil [Alla] għedt dwar in-​niket tiegħi, . . . jien sejjaħtlek, O Ġeħova,a għall-​għajnuna.”—Salm 142:2, 5.

Int jistaʼ jkollok tama.

“Se jkun hemm irxoxt.”—Atti 24:15.

Alla jwiegħed li se jġib lura għall-​ħajja lil numru bla għadd taʼ nies li mietu, u hu jixxennaq biex jagħmel hekk.b—Ġob 14:14, 15.

a Ġeħova hu l-​isem t’Alla kif jidher fil-​Bibbja.

b Għall-​iktar informazzjoni dwar l-​irxoxt, ara lezzjoni 30 tal-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova u disponibbli biex jitniżżel b’xejn minn fuq www.jw.org.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja