LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp19 Nru. 2 pp. 10-11
  • Meta jkollok marda serja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta jkollok marda serja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • KIF XI WĦUD KAMPAW
  • Meta Membru tal-Familja Jkun Marid
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Int prezzjuż għal Ġeħova Alla tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • It-Talb Kif Jistaʼ Jgħinek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
  • Kif Tkampa ma’ Problema taʼ Saħħa li Ma Kontx Qed Tistennieha
    Iktar Suġġetti
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
wp19 Nru. 2 pp. 10-11

Meta jkollok marda serja

“Meta sirt naf li kelli kanċer tal-​pulmun u l-​musrana, ħassejt li kont għadni kif irċivejt is-​sentenza tal-​mewt. Imma wara li wasalt id-​dar mingħand it-​tabib, għedt bejni u bejn ruħi, ‘Orrajt, ma kontx qed nistenna din l-​aħbar, imma rrid insib mod kif inkampa.’”—Linda, li għandha 71 sena.

“Jien inbati minn marda taʼ wġigħ kbir li teffettwali n-​nervituri tan-​naħa tax-​xellug taʼ wiċċi. Xi kultant, l-​uġigħ tant ikun gravi li minħabba f’hekk waqajt f’dipressjoni. Spiss kont inħossni waħdi u anke ħsibt dwar li nagħmel suwiċidju.”—Elise, li għandha 49 sena.

Raġel marid f’siġġu tar-roti mdawwar b’uħud li jħobbuh

JEKK int jew xi ħadd li tħobb sar jaf li għandu marda li tistaʼ twassal għall-​mewt, taf kemm jistaʼ jkun taʼ wġigħ. U minbarra l-​marda nfisha, ikollok tkampa maʼ emozzjonijiet fraġli. Il-​biżaʼ u l-​ansjetà jistgħu jiżdiedu minħabba l-​appuntamenti stressanti għand it-​tabib, id-​diffikultà biex tikseb kura jew biex tħallasha, jew l-​effetti tal-​mediċina. L-​uġigħ mentali li hu assoċjat maʼ mard serju jistaʼ jkun wisq għalik.

Fejn nistgħu nduru għall-​għajnuna? Ħafna sabu li jitfarrġu l-​iktar meta jistrieħu fuq Alla permezz tat-​talb u meta jaqraw siltiet inkuraġġanti mill-​Bibbja. Għajnuna oħra tistaʼ tiġi mill-​imħabba u l-​appoġġ li jistgħu jipprovdu l-​familja u l-​ħbieb.

KIF XI WĦUD KAMPAW

Robert li għandu 58 sena ta dan il-​parir: “Uri fidi f’Alla waqt li tiffaċċja l-​marda u hu jgħinek tissaporti. Dur lejn Ġeħova fit-​talb. Għidlu kif tħossok. Itlob biex itik l-​ispirtu qaddis. Staqsih biex jgħinek tkun pożittiv u tinkuraġġixxi lill-​familja tiegħek u biex iżżomm kalm waqt li tissaporti l-​marda tiegħek.

“Ikun t’għajnuna kbira meta l-​familja tappoġġak emozzjonalment, meta jkunu hemm għalik. Kuljum minn tal-​inqas iċempel xi ħadd minnhom biex jistaqsini kif jien. Nirċievi l-​inkuraġġiment mingħand ħbieb anke li joqogħdu ’l bogħod. Dan veru jġegħelni nħossni aħjar u jgħinni biex ma naqtax qalbi.”

Jekk int ħabib li qed iżżur lil xi ħadd marid, innota x’tgħid Linda: “Il-​persuna marida aktarx li tkun tixtieq tkompli b’ħajja normali kemm jistaʼ jkun u forsi mhux dejjem tkun tixtieq titkellem dwar il-​marda. Allura aħjar li titkellem dwar l-​affarijiet li titkellem dwarhom is-​soltu.”

Bis-​saħħa mingħand Alla u l-​faraġ mill-​Iskrittura, kif ukoll bl-​appoġġ tal-​familja u l-​ħbieb, aħna nistgħu nkunu fiduċjużi li l-​ħajja hi taʼ min jgħixha, anke meta nkunu qed niffaċċjaw marda serja.

Versi tal-​Bibbja li jistgħu jkunu t’għajnuna

Strieħ fuq Alla.

“Jien staqsejt lil Ġeħova, u hu wiġibni, u mill-​biżaʼ kollu tiegħi ħelisni. Dan il-​magħkus sejjaħ, u Ġeħova semaʼ.”—Salm 34:4, 6.

Linda li ġiet ikkwotata qabel tgħid: “Jien qatt ma nitlob, ‘Għinni biex jgħaddili.’ Imma nitlob, ‘Għinni biex inkun soda, u biex inkun nistaʼ nissaporti l-​marda li għandi.’”

Ikseb is-​saħħa mill-​Kelma t’Alla.

“Ħadd minn min jgħammar hemmhekk ma jgħid: ‘Jien marid.’”—Isaija 33:24.

Immedita fuq il-​wegħdi t’Alla għall-​futur. Dan se jagħtik tama, u din se tagħtik is-​saħħa biex tissaporti.

Fittex l-​għajnuna tal-​familja u l-​ħbieb.

“Ħabib veru jħobb il-​ħin kollu; huwa ħu mwieled għal meta jkun hemm in-​niket.”—Proverbji 17:17.

“Tinqatax għalik waħdek,” tissuġġerixxi Elise, li ġiet ikkwotata qabel, “Ħalli lil ħbiebek jgħinuk. Jistaʼ jkun hemm mumenti fejn tħossok waħdek u taħseb li lanqas Alla mhu qed jisimgħek, imma tinqatax għalik waħdek.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja