Tistaʼ Taqdi lil Ġeħova Bħala Pijunier?
1 Matul taħdita f’waħda mill-Konvenzjonijiet Distrettwali, kelliemi staqsa: “Tistaʼ taqdi bħala pijunier? Se taqdi bħala pijunier?” Hu qal li dawn il-mistoqsijiet huma sinifikanti għax Armageddon hi fil-qrib ħafna, u dan jagħmel ix-xogħol tal-ippritkar iktar urġenti minn qatt qabel.—1 Kor. 7:29a.
2 M’hemm ebda dubju li x-xogħol taʼ pijunier hu xogħol iebes. Jeħtieġ dixxiplina fuqek innifsek u organizzar tajjeb. Madankollu, xogħolna fil-ministeru “m’huwiex għalxejn.” (1 Kor. 15:58) Jistaʼ jingħad l-istess ħaġa dwar attivitajiet oħrajn li nistgħu nagħżlu li nsusu warajhom u li jiħdulna mill-ħin u l-enerġija? L-imħabba għal Ġeħova tqanqal lill-Kristjani biex ikunu żelużi fis-servizz tiegħu, u ż-żelu għas-servizz taʼ Ġeħova wassal lil ħafna biex jibdew jaqdu bħala pijunieri.—1 Ġw. 5:3; Riv. 4:11.
3 Ħafna qaddejja żgħażagħ taʼ Ġeħova li qed jispiċċaw l-iskola qed jaħsbu bis-serjetà dwar li jibdew jaqdu bħala pijunieri. Dan hu xieraq għall-aħħar. Liema karriera oħra tistaʼ tkun iktar importanti mill-ministeru full-time? (Mt. 6:33) Din l-aħbar tajba tas-Saltna t’Alla trid tiġi pritkata; dan hu x-xogħol taʼ Ġeħova, u xi privileġġ hu li tkun medhi fih minn żgħożitek!—Mt. 24:14.
4 Ġenituri, tħeġġuhom lil uliedkom biex jidħlu fis-servizz full-time? Uliedkom jifhmu b’mod ċar li triduhom jużaw lil qalbhom, ruħhom, moħħhom, u saħħithom kollha f’dan ix-xogħol siewi? (Mk. 12:30) Madwar id-dinja, ħafna pubblikaturi żgħażagħ jippreparaw lilhom infushom għax-xogħol taʼ pijunier regulari billi jaqdu bħala pijunieri awżiljarji f’kull opportunità li jkollhom matul is-snin tal-iskola. Żgur li devozzjoni lejn Ġeħova bħal din tferraħlu qalbu!—Prov. 27:11.
5 M’għandniex xi ngħidu, mhux kulħadd għandu ċ-ċirkustanzi li jippermettulu jaqdi bħala pijunier. Madankollu, kemm jekk int miżżewweġ jew le, żgħir fl-età jew imdaħħal fiż-żmien, ikkunsidrajt bis-serjetà u bit-talb is-servizz lil Ġeħova bħala pijunier tal-aħbar tajba? (Kol. 3:23) Ħafna koppji żgħar miżżewġin madwar id-dinja qed jaħdmu biex ikabbru l-ministeru tagħhom ħalli t-tnejn li huma jkunu jistgħu jaqdu bħala pijunieri. Jekk int kap taʼ familja tistaʼ tagħmel xi aġġustamenti biex tissimplifika ħajtek ħalli membru wieħed mill-familja tiegħek, forsi martek, jistaʼ jaqdi bħala pijunier regulari?
6 Jekk ma tistax taqdi bħala pijunier regulari bħalissa, tistaʼ taqdi bħala pijunier awżiljarju? X’aktarx li ħafna pubblikaturi fil-kongregazzjoni tiegħek bi ħsiebhom jagħmlu dan matul Ottubru, xahar li fih ħames Sibtijiet u Ħdud. Tistaʼ tagħmel bħalhom? Għalkemm il-qaddejja leali kollha taʼ Ġeħova jirċievu ħafna barkiet, hemm iktar barkiet jistennew lil dawk li qegħdin f’ċirkustanzi li jqattgħu iktar ħin fis-servizz tas-Saltna jfittxu l-uħud bħal nagħaġ.—Atti 20:35.
[Mistoqsijiet taʼ Studju]
1. Ix-xogħol tal-ippritkar għala hu iktar urġenti minn qatt qabel?
2. Ix-xogħol taʼ pijunier għala hu tant siewi?
3. Qaddejja żgħażagħ għala għandhom jaħsbu bis-serjetà dwar li jibdew jaqdu bħala pijunieri?
4. Il-ġenituri kif jistgħu jħeġġu lil uliedhom biex jidħlu fis-servizz full-time?
5. X’jistgħu jagħmlu l-koppji u l-familji biex membru wieħed tal-familja, jew iktar, ikun jistaʼ jaqdi bħala pijunier regulari?
6. Jekk ma tistax taqdi bħala pijunier regulari bħalissa, kif tistaʼ tkabbar is-servizz tiegħek fix-xhur li ġejjin?