Nuru Apprezzament Għal Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
1 “Sempliċi, imma mimli tagħlim!” Dak huwa li ħafna qegħdin jgħidu dwar Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja. Mingħajr ebda dubju, dan il-ktieb t’għajnuna mill-aħjar għal studju tal-Bibbja jistaʼ jgħinna nilħqu ħafna iktar uħud sinċieri, kemm kbar u kemm żgħar, li għad iridu jifhmu l-messaġġ tal-Bibbja.
2 Għalkemm il-ktieb huwa ġeneralment meqjus bħala ktieb tat-tfal, nistgħu bil-verità kollha ngħidu li huwa taʼ benefiċċju għall-familja kollha. Ħafna membri tal-familja li jistgħu għall-ewwel jaqtgħu qalbhom mill-ħsieb li jaqraw il-Bibbja kollha, se japprezzaw ktieb li jgħinhom biex ikollhom ħarsa tal-punti prinċipali taʼ l-iskop t’Alla b’mod daqshekk sempliċi. Mela, nistgħu b’mod fiduċjuż nippreżentaw il-ktieb taʼ Stejjer mill-Bibbja kemm jekk hemm tfal fid-dar u kemm jekk m’hemmx.
3 Minn meta l-ktieb ġie ppubblikat l-ewwel darba fl-1978 ġew stampati ’l fuq minn 36 miljun kopja f’iktar minn 80 lingwa. Irċieva tifħir kbir minn tarf sa tarf tad-dinja minn nies taʼ kull livell tal-ħajja. Gazzetta rrapportat: “Billi miktub bi kliem ċar u konċiż, il-qarrej ċkejken se jifhmu faċilment. Madankollu, il-missirijiet u l-ommijiet m’humiex se jiddejqu jaqrawh . . . Kull storja hija qasira, u maħsuba biex iżżid il-komunikazzjoni bejn il-ġenitur u t-tifel. Hemm ukoll stampi sbieħ biex jesprimu bit-tpinġija l-Istorja tal-Bibbja. Għall-istudent iktar serju tal-Bibbja, hemm referenzi għall-Bibbja nfisha, fl-aħħar taʼ kull storja biex dawn jistgħu jinqraw jekk wieħed jixtieq. Peress li l-istejjer huma ppreżentati f’ordni kronoloġiku, ħafna sabu dan il-ktieb t’għajnuna biex jassoċjaw il-ġrajjiet tal-Bibbja, mhux biss maʼ partijiet oħrajn tal-Bibbja, imma wkoll maʼ ġrajjiet oħrajn fl-istorja. Mill-bidu sat-tmiem tal-ktieb, waqfa morali tajba u relazzjoni tajba m’Alla huma inkuraġġiti.”
4 Waħda omm li binha taʼ tliet snin kien jagħti attenzjoni għal ħin qasir ħafna kienet pjaċevolment sorpriża li tarah bi kwietu “jistudja” l-ktieb għal 20 minuta. Hu malajr dara jagħmel hekk. Omm oħra kitbet: “Il-ktieb ġie miktub b’sengħa tant kbira, illustrat b’mod tant sabiħ biex ikabbar l-immaġinazzjoni tagħna, u ddisinnjat b’mod tant diliġenti biex jitgawda minn kulħadd! Issa wliedi jagħżlu dak il-ktieb mill-oħrajn kollha biex jiġi moqri lilhom kull fil-għaxija.”
5 Waħda għalliema tad-duttrina qalet li kien se jkollha bżonn 15-il ktieb għall-istudenti tagħha. Kienet qiegħda tistenna l-approvazzjoni tal-qassis u tas-superjur taʼ l-iskola. Il-qassis, hi qalet, għoġbu l-ktieb u faħħar il-ħafna stampi tiegħu. Hu ta l-approvazzjoni biex jinkisbu l-kotba.
6 Minn daqs dak bogħod daqs il-Papua New Guinea jiġi r-rapport t’anzjan li qattaʼ xi żmien jaħdem maʼ kongregazzjoni f’raħal żgħir. Hu jgħid: “Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja huwa meqjus taʼ valur daqs id-deheb. In-nies qegħdin ifittxuh. Il-kotba li ħadt ġew imqassmin f’qasir żmien. Meta konna nuru lin-nies il-letteratura tagħna, xi wħud kienu jistaqsu: ‘Fejn huwa l-ktieb iż-żgħir l-isfar?’ Wieħed raġel ordna sitta.”
7 Tapprezzah int il-valur taʼ Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja f’li jgħin lil oħrajn kemm kbar u kemm żgħar jakkwistaw dehen iktar profond f’dawn ir-rakkonti affaxxinanti tal-Bibbja? Li n-nies jaqraw din il-pubblikazzjoni żgur li se jiftħilhom l-aptit għal studju iktar profond tal-Kelma t’Alla. Se “jdewqilhom” veritajiet tal-Bibbja, u b’hekk ifornihom b’pedament sod fuqiex jibnu “mudell taʼ kliem mimli saħħa” permezz taʼ studju tal-Bibbja fid-dar. (Salm 34:8; 2 Tim. 1:13) Għandhom kopja l-ħbieb, il-ġirien, u qrabatek? Għala ma toffrilhomx wieħed? Ħafna nies ċertament li se jibbenefikaw mill-qari taʼ dan il-ktieb għax verament qiegħed jaqdi bżonn illum.