Tkellem Il-Verità Mal-Ġar Tiegħek
1 Wieħed mill-akbar żewġ kmandamenti huwa: “Trid tħobb lil ġarek bħalek innifsek.” (Matt. 22:39) Imħabba bħal din se tqanqalna biex naqsmu mal-ġar tagħna l-aqwa ħaġa li għandna—il-verità li sibna fil-Kelma t’Alla. Peress li r-rivisti It-Torri Taʼ L-Għassa bil-Malti u bl-Ingliż u l-Awake! ixandru bil-kbir il-messaġġ tal-verità, mod wieħed għalina biex ‘nitkellmu l-verità mal-ġirien tagħna’ huwa li nqassmu dawn il-ġurnali matul ix-xahar taʼ Mejju.—Ef. 4:25.
2 Għandu jiġi mqassam l-“Awake!” tat-22 t’April sakemm tispiċċa l-provista tagħkom. Tistaʼ tibda l-preżentazzjoni tiegħek billi tistaqsi:
◼ “X’inhi r-reazzjoni tiegħek għal dinja mingħajr gwerer? [Agħti ħin għal tweġiba.] Kont taf li r-reliġjonijiet tad-dinja attwalment jippromwovu l-gwerer u l-qtil? [Agħti ħin għal tweġiba.] B’kuntrast qawwi, innota x’tgħid il-Bibbja li se jagħmlu l-adoraturi veri t’Alla.” Aqra Isaija 2:2-4 fin-naħa taʼ fuq taʼ paġna 4 tar-rivista, u mbagħad aqra l-ewwel paragrafu f’paġna 10 taħt is-sottitlu “Calling to Lovers of Peace” (Insejħu Lil Dawk Li Jħobbu L-Paċi). Wara dan, staqsi: “Taf kif Alla se jagħmel dan? It-tweġiba tinsab f’din ir-rivista, u din hija l-kopja tiegħek biex taqraha.”
3 Meta tkun qiegħed toffri “It-Torri Taʼ L-Għassa” taʼ l-ewwel taʼ Mejju, ipprova irreferi għal xi ġrajja riċenti fl-aħbarijiet li ġiegħlet lin-nies iħossuhom bla sigurtà, u mbagħad staqsi:
◼ “X’taħseb li jkun hemm bżonn biex aħna nħossuna verament fis-sigurtà f’din il-ħajja? [Agħti ħin għal tweġiba.] Bl-onestà kollha, huwa realistiku li nafdaw fil-bnedmin biex isolvu l-problemi li l-umanità tiffaċċja? [Agħti ħin għal tweġiba; imbagħad aqra Salmi 146:3.] Is-salmista mbagħad jagħtina raġuni għalfejn għandna nkunu ottimisti dwar il-futur. [Aqra Salmi 146:5, 6.] Dan l-artiklu, ‘Sigurtà Vera, Issa u Għal Dejjem,’ jispjega għala nistgħu nafdaw f’Alla Jehovah biex iġib kundizzjonijiet aħjar għall-art.” Offri li tħalli żewġ rivisti u li terġaʼ tiġi lura biex tiddiskuti kif inhu possibbli li ngawdu ħajja fis-sigurtà issa stess.
4 L-istorja konnessa maʼ l-istampa taʼ quddiem taʼ l-“Awake!” tat-22 taʼ Mejju għandha tqajjem l-interess tan-nies kemm minn dar għal dar u kemm f’territorju kummerċjali. Tistaʼ tintroduċiha billi tgħid:
◼ “Ħafna nisa għaddew mill-esperjenza qarsa taʼ li jiġu ttantati sesswalment fuq il-post tax-xogħol. Is-sitwazzjoni tant saret serja li l-qrati bdew jikkastigaw lil dawk li joffendu u jikkumpensaw lill-vittmi. Bħala servizz lill-komunità, aħna ppubblikajna dan ir-rapport, li jġib fix-xejn ħrejjef komuni dwar il-kwistjoni. Dan jipprovdi wkoll ideat prattiċi għal nisa u għal irġiel dwar kif jipproteġu lilhom infushom milli jew isiru vittma taʼ li jiġu ttantati sesswalment jew jiġu akkużati b’dan. Tixtieq int taqra din il-ħarġa tar-rivista Awake!? [Stenna tweġiba.] Għalkemm aħna nħallu r-rivisti tagħna mingħajr ħlas, naċċettaw donazzjonijiet żgħar għax-xogħol tagħna taʼ madwar id-dinja.”
5 Jekk tippreferi preżentazzjoni qasira, tistaʼ tipprova din:
◼ “Ħafna jħossu li l-biċċa l-kbira tar-rivisti popolari tal-lum juru wisq kummerċjaliżmu, sess, jew vjolenza. [Uri It-Torri Taʼ L-Għassa u l-Awake!] Qegħdin inqassmu dawn il-ġurnali edifikanti li huma bbażati fuq il-Bibbja. Huma verament edukattivi u jgħallmuna biex inqimu lil Alla, inħobbu lill-proxxmu tagħna, u jkollna kondotta nadifa. Jekk tippreferi taqra dan it-tip taʼ materjal, naf li se tieħu gost b’dak li se ssib f’dawn il-ħarġiet.”
6 Jekk inkunu żelużi f’li nitkellmu l-verità mal-ġirien tagħna, inkunu nistgħu nferrħu bil-kbir lil ħafna.—Atti 8:4, 8.