Kaxxa għall-Mistoqsija
◼ Ix-Xhieda taʼ Jehovah kif għandhom jiġu mniżżlin f’direttorju lokali tat-telefon?
Ġie nnotat li hemm varjetà kbira fil-mod kif ix-Xhieda taʼ Jehovah qegħdin jidhru fid-direttorji tat-telefon madwar l-Istati Uniti. Xi ftit minnhom iħawduk, u oħrajn ma jipprovdux biżżejjed informazzjoni. Jekk il-kongregazzjoni għandha telefon fis-Sala tas-Saltna, huwa importanti li fil-ktieb tat-telefon ikun hemm dettalji informattivi, biex b’hekk ikun possibbli għal uħud li juru interess u għal ħutna biex jagħmlu kuntatt mal-kongregazzjoni lokali.
Dan li ġej huwa kif inhu ssuġġerit li jidher: Jehovah’s Witnesses (Xhieda taʼ Jehovah), (Belt), (Stat), segwit mill-indirizz u min-numru tat-telefon tas-Sala tas-Saltna.
Fi bliet fejn ikun hemm iktar minn kongregazzjoni waħda, nagħtu parir li jsir hekk: Jehovah’s Witnesses (Xhieda taʼ Jehovah), (Belt), (Stat), segwit minn lista alfabetika bl-isem, bl-indirizz tas-Sala tas-Saltna, u bin-numru tat-telefon tal-kongregazzjonijiet.
Jistaʼ jiġi ddeterminat lokalment jekk għandux jiġi pprovdut numru tat-telefon alternattiv. Jekk tużaw Sala tas-Saltna maʼ kongregazzjoni oħra li qiegħda f’belt oħra u li ma tidhirx fil-ktieb lokali tat-telefon, l-isem taʼ dik il-belt għandu jidher ukoll flimkien maʼ l-indirizz u man-numru tat-telefon tas-Sala tas-Saltna.