LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/96 p. 1
  • Kif Nixtru L-Ħin Opportun

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Nixtru L-Ħin Opportun
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Materjal Simili
  • Nixtru l-Ħin għall-Qari u l-Istudju
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Qis Sewwa Kif Tuża l-Ħin Tiegħek
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Uża l-Ħin Tiegħek bil-Għaqal
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Ibni Ħajtek Madwar is-Servizz taʼ Jehovah
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 10/96 p. 1

Kif Nixtru L-​Ħin Opportun

1 Meta jkollna ħafna x’nagħmlu fis-​servizz taʼ Jehovah inkunu biżlin! (1 Kor. 15:58) Nafu kemm għandna bżonn li nistudjaw personalment u bħala familja, li naqraw il-​Bibbja kuljum, li nippreparaw għal u nattendu l-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, u li nieħdu sehem regolarment fil-​ministeru taʼ l-​għalqa. L-​indokraturi għandhom responsabbiltajiet pastorali, u jieħdu ħsieb taʼ dmirijiet oħrajn fil-​kongregazzjoni. Xi wħud għandhom responsabbiltajiet familjari kbar jew varjetà t’obbligi lejn oħrajn. Biex kollox isir bir-​reqqa, kulħadd għandu bżonn il-​bilanċ u organizzar persunali tajjeb.

2 Nagħżlu L-​Prijoritajiet: Biex ikollna suċċess f’li ‘nixtru ż-​żmien opportun għalina nfusna’ jrid ikollna d-​dehen u sens tajjeb taʼ ġudizzju. (Efe. 5:​15, 16) Irridu niddeterminaw x’inhuma “l-​affarijiet iktar importanti” u npoġġuhom fuqnett fil-​lista tagħna taʼ prijoritajiet. (Flp. 1:10) Koppja waħda ddeskriviet il-​familja teokratika tagħha b’dan il-​mod: “Aħna nimlew ħajjitna bil-​verità . . . Il-​verità m’hijiex parti minn ħajjitna, hija ħajjitna. Il-​bqija jdur madwarha.” Huwa essenzjali li wieħed ipoġġi l-​qima u s-​servizz lejn Jehovah l-​ewwel f’ħajtu.

3 Nidentifikaw Affarijiet Li Jaħlu L-​Ħin: Hemm 168 siegħa f’ġimgħa, u jeħtieġ li nagħmlu użu għaqli mill-​ħin li għandna. Biex ikollna biżżejjed ħin għal attivitajiet teokratiċi, hemm bżonn li nidentifikaw u nnaqqsu affarijiet li jaħlulna l-​ħin. Stħarriġ wera li l-​adult medju fl-​Istati Uniti jqattaʼ iktar minn 30 siegħa fil-​ġimgħa jara t-​televixin! Fil-​każ t’oħrajn, ħafna ħin jinħela fil-​qari taʼ letteratura dinjija. Xi wħud jistgħu jsibu li huma jiddedikaw wisq ħin f’attivitajiet soċjali, f’passatempi, f’rikreazzjoni, jew f’xi għamla t’attività bil-​kompjuter. Forsi hemm bżonn li nagħtu daqqa t’għajn sewwa lejn ir-​rutina taʼ kuljum tagħna biex naraw kif nistgħu nużaw il-​ħin tagħna aħjar. L-​għerf jitlob li npoġġu limiti fuq kemm inqattgħu ħin f’attivitajiet li m’humiex essenzjali.

4 Niżviluppaw Rutina Tajba: Huma x’inhuma ċ-​ċirkostanzi persunali tagħna, kull wieħed minna jistaʼ jixtri l-​ħin għal affarijiet spiritwali. Xi wħud sabu li, jekk kuljum iqumu ftit iktar kmieni, dan jgħinhom biex iwettqu iktar affarijiet. Jekk inqattgħu ħafna ħin nivvjaġġaw għax-​xogħol jew nistennew lil oħrajn, nistgħu nużaw ftit minn dak il-​ħin għall-​qari tal-​Bibbja, biex nippreparaw għal-​laqgħat, jew biex nisimgħu xi materjal ipprovdut mis-​Soċjetà fuq l-​audiocassettes. Il-​familji jibbenefikaw bil-​bosta jekk iwarrbu ħin speċifiku u regulari biex jistudjaw flimkien. Jekk kull membru tal-​familja jkun fil-​ħin għall-​istudju tal-​familja, dan jagħti lil kulħadd ftit iktar ħin.

5 Maʼ kull ġurnata li tgħaddi, għandna nsiru iktar konxji li “ż-​żmien li fadal huwa mnaqqas.” (1 Kor. 7:29) Il-​ħajjiet tagħna jiddependu fuq kif nużaw il-​ħin prezzjuż li baqaʼ. Se niġu mberkin jekk nixtru l-​ħin opportun sabiex inkunu nistgħu nżommu l-​interessi tas-​Saltna fl-​ewwel post!​—Matt. 6:33.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja