Il-proxxmu Tagħna Għandu Bżonn Jismaʼ l-Aħbar Tajba
1 Hija R-rieda T’alla “Li L-bnedmin Kollha Jsalvaw U Jaslu Biex Jagħrfu L-verità.” (1 Tim. 2:4) ‘Il-bnedmin Kollha’ Jinkludu Dawk Kollha Taʼ Madwarna, Il-proxxmu Tagħna. Biex Nilħquhom Bl-aħbar Tajba Jeħtieġ Li Nkunu Versatili fil-preżentazzjonijiet Tagħna U Kkonċernati Dwar Dak Li Jistaʼ Jkun Taʼ Interess Għal Kull Persuna Li Niltaqgħu Magħha. (1 Kor. 9:19-23) L-organizzazzjoni Taʼ Jehovah Pprovdiet Għodda Li Tistaʼ Tgħinna Nilħqu L-qlub Taʼ Dawk Li Huma “Disposti Sewwa Għall-ħajja Taʼ Dejjem.” (Atti 13:48, NW) Ħalli Naraw Kif Nistgħu Nużaw Varjetà Taʼ Browxers Matul Lulju U Awissu Biex Nolqtu L-bżonnijiet Spiritwali Tal-proxxmu Tagħna.
2 Browxers Ippreżentati: Hawn taħt se ssib lista taʼ suġġerimenti li jistgħu jintużaw meta tippreżenta ċerti browxers. Kull suġġeriment jinkludi (1) mistoqsija li tqanqal il-ħsieb biex tinbeda konversazzjoni, (2) referenza fejn jistgħu jinstabu punti għal diskussjoni fil-browxer, u (3) skrittura addattata li tistaʼ tinqara matul id-diskussjoni. Tistaʼ tkompli l-bqija tal-preżentazzjoni fi kliemek, skond kif twieġeb il-persuna. Għall-biċċa l-kbira tal-browxers, hija ċċitata ħarġa taʼ qabel taʼ Il-Ministeru tas-Saltna li fiha se ssib preżentazzjoni iktar iddettaljata għall-browxer.
Veru li Alla Jimpurtah Minna?
Liema tama taħseb li teżisti biex jiġu megħjunin nies li sofrew xi abbuż?—Paġni 27-8, paragrafi 23-7; Is. 65:17, 18; km-MT 7/97 p. 4.
X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?
Għala daqstant nies illum jidhru li m’humiex sodisfatti b’ħajjithom?—Paġni 29-30, paragrafi 2, 25-6; Salm 145:16; km-MT 7/96 p. 4.
Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!
Qatt tħassibt dwar x’qed jagħmel Ġesù Kristu issa?—Stampi 41-2; Apk. 11:15; km-MT 8/96 p. 8.
Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut.
Qatt tħassibt dwar kif tistaʼ tfarraġ lil xi ħadd li tilef lil xi maħbub fil-mewt?—Paġna 26, paragrafi 2-5; Ġw. 5:28, 29; km-MT 7/97 p. 4.
Għandek Int Temmen fit-Trinità?
Hija l-fehma tagħna dwar in-natura vera t’Alla importanti għall-futur tagħna?—Paġna 3, paragrafi 3, 7-8; Ġw. 17:3.
3 Browxers Oħrajn: L-insert f’Il-Ministeru tas-Saltna taʼ Frar, 1998 jagħti lista taʼ pubblikazzjonijiet oħrajn, inkluż il-browxers, li huma ddisinjati b’mod speċjali biex jintużaw fl-għoti taʼ xiehda lill-Buddisti, il-Ħindu, il-Lhud, u l-Musulmani. Kulfejn ikun xieraq, dawn il-browxers jistgħu jiġu offruti lin-nies li niltaqgħu magħhom. Tistaʼ tirrevedi s-suġġerimenti f’paġni 4-6 taʼ dak l-insert flimkien maʼ paġni 21-4 fil-ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq il-Bibbja u tiżviluppa preżentazzjonijiet qosra li jistgħu jqanqlu l-interess taʼ dawn in-nies.
4 Tħejja browxer ieħor biex jgħin lin-nies li jistgħu jkollhom edukazzjoni tajba imma jafu ftit dwar il-Bibbja. Huwa ddisinjat li jqanqalhom biex ikunu jridu jfittxu fil-Kelma t’Alla. Fejn ikun xieraq, tistaʼ tagħżel li toffri dan li ġej:
Ktieb għan-Nies Kollha.
Taqbel illi biex tikseb edukazzjoni tajba trid tinkludi li tieħu xi ftit mill-għarfien li fiha l-Bibbja?—Paġna 3, paragrafi 1-3 u paġna 30, paragrafu 2; Koħ. 12:9, 10.
5 Browxer għal Studju tal-Bibbja: L-objettiv tagħna fil-ministeru għandu dejjem ikun li nibdew studju tal-Bibbja, sew jekk fuq iż-żjara inizjali jew fuq żjara lura li jkun imiss. Għal dan l-għan, għandna dan il-browxer li jistaʼ jintuża faċilment biex tibda u tikkonduċi studji tal-Bibbja fid-djar:
Alla X’Jirrikjedi Minna?
Kont taf li fi 30 minuta jew inqas kull ġimgħa għal 16-il ġimgħa, tistaʼ tikseb fehma bażika tal-Bibbja?—Lezzjoni Nru. 2, paragrafu 6; 2 Tim. 3:16, 17; km-MT 3/97 p. 4.
6 Fit-tixbieha tas-Samaritan dħuli, Ġesù għamilha ovvja li proxxmu veru huwa wieħed li jeżerċita l-imħabba u l-qalb tajba biex jgħin lil xi ħaddieħor li jkun fl-hemm. (Lq. 10:27-37) Il-proxxmu tagħna jinsab f’hemm spiritwali. Kollha għandhom bżonn jisimgħu l-aħbar tajba. Ejjew nerfgħu fuq spallejna r-responsabbiltà li naqsmuha magħhom, u b’hekk nagħtu prova li aħna dixxipli ġenwini taʼ Ġesù Kristu.—Mt. 24:14; Gal. 5:14.