LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/98 p. 8
  • Irrid Studju tal-Bibbja!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Irrid Studju tal-Bibbja!
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Materjal Simili
  • Jinħtieġu—Iktar Studji tal-Bibbja
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Nibdew Studji bil-Browxer X’Jirrikjedi
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Kun Qalbieni F’Li Tagħmel Żjajjar Lura
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Il-Ktieb X’Tgħallem il-Bibbja?—L-Għajnuna Prinċipali Tagħna għal Studji tal-Bibbja
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 11/98 p. 8

Irrid Studju tal-​Bibbja!

1 Ħafna aħwa fostna esprimew ix-​xewqa li jkollhom studju tal-​Bibbja, u bir-​raġun. Huwa permezz tax-​xogħol taʼ l-​istudji tal-​Bibbja li nwettqu l-​mira tagħna li nagħmlu dixxipli ġodda. (Mt. 28:​19, 20) U madankollu ħafna minna ilhom xhur, forsi snin sħaħ, mingħajr ma esperjenzaw il-​ferħ speċjali li jiġi milli tgħallem il-​verità lil xi ħadd. X’nist­għu nagħm­lu dwar dan matul Novembru? Peress li dan ix-​xahar se noffru l-​ktieb Għarfien, nist­għu nagħmlu sforz speċjali biex nużawh ħalli nibdew studji tal-​Bibbja ġodda.

2 Agħżel xi Tmiem il-​Ġimgħa Wieħed jew Iktar: Ninkuraġġixxu lil kulħadd biex dan ix-​xahar iwarrab xi ħin ħalli jikkonċentra fuq li jibda studju tal-​Bibbja ġdid. Dawk li jikkonduċu l-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni għandhom jagħż­lu s-​Sibtijiet u l-​Ħdud biex jintużaw speċifikament għal dan l-​għan u mbagħad jorganizzaw il-​gruppi tagħhom sabiex isir sforz qawwi fix-​xogħol taż-​żjajjar lura.

3 Ħu miegħek ir-​rekords taż-​żjajjar lura meta tattendi dawn il-​laqgħat għas-​servizz. Imbagħad żur lil dawk kollha li wrew xi interess, ħadu l-​letteratura, jew attendew il-​laqgħat. F’kull żjara, żomm f’moħħok l-​iskop speċifiku li tibda studju.

4 Uri kif Isir Studju tal-​Bibbja: Fil-​laqgħat għas-​servizz li jint­għażlu, għandha tiġi ppreżentata turija mħejjija tajjeb u li turi kif jinbeda studju meta ssir żjara lura. Tistaʼ tgħid: “Ħafna nies għandhom Bibbja, imma ma jirrealizzawx li din fiha t-​tweġibiet għall-​mistoqsijiet importanti li lkoll niffaċċjaw fil-​ħajja. [Uri l-​werrej tal-​ktieb Għarfien, u aqra t-​titli taʼ kapitli 3, 5, 6, 8, u 9.] Billi tuża din l-​għajnuna taʼ studju għal madwar siegħa fil-​ġimgħa, int tistaʼ tikseb fehma bażika tal-​Bibbja fi ftit xhur. Jekk tixtieq tagħżel wieħed minn dawn is-​suġġetti, lest bil-​qalb kollha li nurik kif jaħdem il-​programm.” Jekk l-​individwu joqgħod jaħsibha biex jistudja minħabba li għandu skeda mimlija, spjegalu li aħna għandna wkoll programm imqassar. Introduċi l-​browxer X’Jirrikjedi, u offrilu li tistudja miegħu lezzjoni qasira waħda kull ġimgħa li ddum bejn 15 jew 30 minuta.

5 Jekk ilkoll kemm aħna nagħm­lu sforz flimkien biex nibdew studji u jekk nitolbu għall-​barka taʼ Jehovah fuq l-​intrapriża tagħna, żgur li se nsibu studji ġodda! (1 Ġw. 5:​14, 15) Jekk trid studju tal-​Bibbja, din tistaʼ tkun l-​opportunità tiegħek biex tibda wieħed.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja