LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/99 p. 1
  • Imita l-Imparzjalità taʼ Jehovah

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Imita l-Imparzjalità taʼ Jehovah
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Materjal Simili
  • Apprezza l-Kwalitajiet ta’ Ġeħova bis-Sħiħ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Nilħqu Saħansitra Iżjed Nies bl-Aħbar Tajba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Uri Interess Persunali—Billi Tippriedka Mingħajr Parzjalità
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Metodi taʼ kif tiġi pritkata l-aħbar tajba
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 12/99 p. 1

Imita l-​Imparzjalità taʼ Jehovah

1 Jehovah hu interessat fin-​nies. Hu imparzjalment jaċċetta lil kulmin jagħmel ir-​rieda tiegħu. (Atti 10:​34, 35) Meta Ġesù kien jippriedka lin-​nies, hu wkoll kien imparzjali. (Lq. 20:21) Aħna għandna bżonn nimitaw l-​eżempju tagħhom, l-​istess bħalma għamel Pawlu, li kiteb: “Hu s-​Sid taʼ kulħadd u għani maʼ dawk kollha li jsejjħulu.”—Rum. 10:12.

2 Li nipproklamaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla maʼ dawk kollha li niltaqgħu magħhom iġib glorja lil Alla. Irridu nibqgħu naqsmu dan il-​messaġġ meraviljuż maʼ kulħadd, minkejja r-​razza, l-​istat soċjali, l-​edukazzjoni, il-​qagħda finanzjarja, jew il-​prominenza tagħhom. (Rum. 10:​11-13) Dan ifisser li nippridkaw lil dawk kollha li jagħtu widen—irġiel, nisa, żgħażagħ, u dawk imdaħħlin fiż-​żmien. Irridu nħabbtu kull bieb sabiex nagħtu lil kull inkwilin l-​opportunità li jismaʼ l-​verità.

3 Ħu Interess f’Kulħadd: Il-​mira tagħna hi li nikkuntattjaw lil kulmin nistgħu. B’dan f’moħħhom, xi pubblikaturi kellhom suċċess f’li jagħtu xiehda lin-​nies fl-​uffiċċji tat-​tobba, fl-​isptarijiet, fid-​djar tax-​xjuħ, fl-​uffiċċji tal-​welfare, u fiċ-​ċentri tar-​rijabilitazzjoni għal dawk li jiddependu mid-​droga u l-​alkoħol. Iżjed minn hekk, xi pubblikaturi taw xiehda lil dawk li jieħdu ħsieb il-​funerali, supervisors u kunsillieri taʼ l-​iskejjel, u mħallfin. Meta tavviċina lil xi uffiċjali, huwa xieraq li tesprimi apprezzament lejhom għas-​servizzi t’għajnuna li huma jipprovdu fil-​komunità. Uri rispett, u agħżel artikli f’waqthom li jittrattaw partikolarment mat-​tip taʼ xogħol rispettiv tagħhom u l-​problemi relatati miegħu.

4 Per eżempju, waħda oħt irnexxielha titkellem maʼ mħallef fl-​uffiċċju tiegħu. Wara konversazzjoni interessanti, hu qal minn jeddu dan il-​kumment: “Taf x’jogħġobni dwar ix-​Xhieda taʼ Jehovah? Huma għandhom prinċipji sodi u ma jitbegħdux minnhom.” Xiehda mill-​aħjar ngħatat lil din il-​persuna tant influwenti fuq in-​nies.

5 Aħna ma nistgħux naqrawlhom qalbhom lin-​nies. Madankollu, billi nitkellmu maʼ kulmin niltaqgħu, aħna nuru l-​fidi tagħna fl-​abbiltà t’Alla li jidderieġi x-​xogħol tagħna. Barra minn hekk, dan jagħtihom il-​privileġġ li jisimgħu u jwieġbu għall-​messaġġ taʼ tama. (1 Tim. 2:​3, 4) Ejja nużaw il-​ħin tagħna bil-​għaqal u nagħmlu ħilitna kollha biex nimitaw l-​imparzjalità taʼ Jehovah billi nilħqu lil dawk kollha li nistgħu bl-​aħbar tajba.—Rum. 2:11; Efes. 5:​1, 2.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja