LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/00 p. 1
  • “Tqabad it-Taqbida t-Tajba tal-Fidi”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Tqabad it-Taqbida t-Tajba tal-Fidi”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Materjal Simili
  • Il-Ġlieda Biex Tagħmel Dak Li Huwa Sewwa
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Metodi taʼ kif tiġi pritkata l-aħbar tajba
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • ‘Stagħnew b’Opri Tajba’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Huwa Sew li Tiġġieled?
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 8/00 p. 1

“Tqabad it-​Taqbida t-​Tajba tal-​Fidi”

1 L-​appostlu Pawlu wissa lil Timotju biex ‘jitqabad it-​taqbida t-​tajba tal-​fidi.’ (1 Tim. 6:12) Pawlu nnifsu mexa skond dan il-​kliem. Iktar tard f’ħajtu, hu tkellem b’assiguranza dwar li hu tqabad personalment it-​taqbida t-​tajba. (2 Tim. 4:6-8) Hu wettaq il-​ministeru bi qlubija, b’kuraġġ u b’sabar f’kull mod. Billi nimitaw l-​eżempju tiegħu, aħna jistaʼ jkollna l-​istess assiguranza ġewwa fina li qed nagħmlu l-​aħjar li nistgħu fit-​taqbida tagħna għall-​fidi Kristjana.

2 Agħmel l-​Isforz Meħtieġ: Pawlu ħadem iebes fil-​ministeru. (1 Kor. 15:10) L-​istess nagħmlu aħna hekk kif infittxu biex insibu lil dawk kollha li jixirqilhom fit-​territorju tagħna. (Mt. 10:11) Biex nilħqu xi wħud minnhom jistaʼ jfisser li nqumu kmieni sabiex nibdew nagħtu xiehda lil dawk li niltaqgħu magħhom fit-​triq. Jew forsi jistaʼ jfisser li noħorġu tard wara nofsinhar jew kmieni fil-​għaxija sabiex niltaqgħu man-​nies wara li jirritornaw lejn djarhom.

3 Jeħtieġ dixxiplina fuqna nfusna u skeda tajba biex inkunu puntwali meta niltaqgħu mal-​grupp tagħna taʼ l-​istudju tal-​ktieb għas-​servizz taʼ l-​għalqa. Per eżempju, xi wħud mill-​membri tal-​familja taʼ Betel ikollhom jivvjaġġaw xi siegħa biex fi tmiem il-​ġimgħa jieħdu sehem fil-​ministeru mal-​kongregazzjonijiet li jkunu assenjati magħhom u xi siegħa oħra biex imorru lura. L-​istess aħna nistgħu nammiraw lil xi pubblikaturi u familji fil-​kongregazzjoni tagħna li jkollhom daqsxejn tal-​bogħod imma jaslu fil-​ħin. Eżempji bħal dawn dwar kif wieħed jaħdem iebes u jkun organizzat huma taʼ min jimitahom.

4 Aħna għandna nitqanqlu biex nieħdu ħsieb kull interess li nsibu. Anki meta nħallu xi letteratura waqt xiehda fit-​triq jew informali, irridu nagħmlu sforz sabiex niksbu l-​indirizz jew in-​numru tat-​telefon taʼ l-​individwu. Imbagħad nistgħu mmorru biex niżviluppaw l-​interess u nipprovaw nibdew studju tal-​Bibbja.

5 Kun Regulari fis-​Servizz: Pawlu kien konsistenti fl-​ippridkar u kien jagħmlu bir-​reqqa. (Rum. 15:19) Xi ngħidu dwarek? Tieħu sehem regolarment fil-​ministeru? Diġà ħadt sehem fis-​servizz taʼ l-​għalqa dan ix-​xahar? Dawk li jikkonduċu l-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni huma interessati f’li jaraw li kulħadd fil-​grupp tagħhom jieħu sehem fil-​ministeru matul Awissu. Huma se jgħinuk f’dan.

6 Billi nimitaw l-​eżempju taʼ Pawlu f’li nappoġġaw bis-​sħiħ l-​aħbar tajba, aħna se nibqgħu ‘nitqabdu t-​taqbida t-​tajba tal-​fidi.’

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja