LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/01 p. 8
  • Trid Taħdem Iktar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Trid Taħdem Iktar?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Materjal Simili
  • Żid it-Teżor Tiegħek tas-Servizz tas-Saltna
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Modi kif Tespandi l-Ministeru Tiegħek
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Hemm Bżonn—55 Pijunier Awżiljarju
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Mira Siewja għas-Sena taʼ Servizz il-Ġdida
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 8/01 p. 8

Trid Taħdem Iktar?

1 Ġesù xebbah is-​Saltna maʼ teżor imprezzabbli. (Mt. 13:44-​46) Ix-​xogħol taʼ li nxerrdu l-​aħbar tas-​Saltna wkoll huwa teżor prezzjuż. Dan il-​ministeru jixraqlu l-​ewwel post f’ħajjitna, anki jekk jirrikjedi sagrifiċċji mhux ħażin min-​naħa tagħna biex nieħdu sehem fih bis-​sħiħ. (Mt. 6:​19-​21) Trid taħdem iktar fis-​servizz tas-​Saltna?

2 Ikkunsidra Dawn il-​Ħtiġijiet: Hemm bżonn taʼ diversi affarijiet sabiex inżidu s-​sehem persunali tagħna fil-​ministeru: (1) inkunu determinati li npoġġu l-​interessi tas-​Saltna l-​ewwel f’ħajjitna. (Mt. 6:​33) (2) neżerċitaw fidi u nistrieħu fuq Jehovah. (2 Kor. 4:​1, 7) (3) infittxu l-​għajnuna t’Alla permezz taʼ talb sinċier u persistenti. (Lq. 11:​8-​10, Saydon) (4) nibqgħu nippersistu u naġixxu fi qbil mat-​talb tagħna.​—Ġak. 2:​14, 17.

3 Modi Kif Nespandu l-​Ministeru Tagħna: Ilkoll kemm aħna nistgħu nagħmlu l-​mira bażika li nqattgħu ammont taʼ ħin fil-​ministeru b’mod regulari kull xahar. Iżda kkunsidrajt ukoll il-​fatt li taħtaf kull opportunità biex tagħti xiehda informali, tistinka biex tagħmel preżentazzjonijiet iktar sinifikanti, tagħmel żjajjar lura iktar effettivi, u tagħmel ħiltek kollha biex tikkonduċi studji tal-​Bibbja li jagħmlu progress? Tistaʼ taqdi bħala pijunier awżiljarju jew regulari jew tgħin fejn il-​bżonn huwa akbar? Jekk int ħu mgħammed, tistaʼ tirsisti biex tikkwalifika bħala qaddej ministerjali jew anzjan? (1 Tim. 3:​1, 10) Tistaʼ tespandi l-​ministeru tiegħek billi tapplika għas-​servizz f’Betel, għall-​Iskola tat-​Taħriġ Ministerjali, jew għat-​taħriġ missjunarju fl-​Iskola taʼ Gilgħad?​—Lq. 10:2.

4 Ħu li kien jaħdem full-time u li kien iqattaʼ ħafna ħin f’attivitajiet sportivi ġie inkuraġġit biex isir pijunier regulari. Hu beda jaqdi bħala pijunier awżiljarju u mbagħad irranġa ċ-​ċirkustanzi tiegħu sabiex jidħol fil-​ministeru full-time. Iktar tard hu attenda għall-​Iskola tat-​Taħriġ Ministerjali, li għenitu biex jipprepara ruħu għall-​inkarigu li għandu issa bħala indokratur tas-​circuit. Hu ferħan ħafna li obda meta ngħatalu l-​inkuraġġiment, u jaf li hu iktar ferħan issa minħabba d-​deċiżjoni li ħa biex jagħmel iktar fis-​servizz tas-​Saltna.

5 Jehovah jbierek lil dawk li jagħmlu lilhom infushom disponibbli. (Is. 6:8) Tħalli xejn iżommok lura milli tespandi l-​ministeru tiegħek u bħala riżultat tgawdi sodisfazzjon u serħan saħansitra akbar.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja