LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/02 p. 8
  • Tgħallem Ikkomunika!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tgħallem Ikkomunika!
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Materjal Simili
  • Jehovah u Kristu Quddiemnett f’li Jikkomunikaw
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Nikkomunikaw fil-Ministeru Kristjan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Nikkomunikaw Ġewwa l-Familja u fil-Kongregazzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Komunikazzjoni Bnina—Il-Muftieħ Għal Żwieġ Tajjeb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 8/02 p. 8

Tgħallem Ikkomunika!

1 Sabiex inwettqu l-​inkarigu tagħna li nippridkaw u nagħmlu dixxipli, irridu ngħaddu l-​informazzjoni lil oħrajn. (Mt. 24:14; 28:​19, 20) Il-​komunikazzjoni tistaʼ tkun taʼ sfida anki bejn il-​ħbieb. X’jistaʼ jgħinna nilħqu lill-​istranġieri bl-​aħbar tajba?

2 Minn Stranġier Issir Ħabib: Ipprova immaġina lilek innifsek flok dawk li lilhom tkellem fil-​ministeru. Fid-​dinja taʼ llum, wieħed jistaʼ jifhem għala xi wħud ikunu suspettużi, jew saħansitra beżgħanin, mill-​istranġieri. Dan jistaʼ joħnoq il-​komunikazzjoni. Kif tistaʼ tegħleb il-​biżaʼ li jkollhom fil-​bidu dawk li tiltaqaʼ magħhom? Saħansitra qabel ma llissnu kelma, mod wieħed kif nikkomunikaw hu bid-​dehra persunali modesta tagħna. Il-​fatt li nilbsu pulit u nżommu d-​dinjità tagħna jgħin biex itaffi l-​biżaʼ.—1 Tim. 2:​9, 10.

3 Għodda oħra li tgħin fil-​komunikazzjoni hi li nkunu rilassati u dħulin. Dan jgħin lil oħrajn iħossuhom komdi u iktar lesti biex jisimgħu. Għal dan hemm bżonn preparazzjoni tajba. Meta jkollna stampa ċara f’moħħna taʼ dak li se ngħidu, ġeneralment inħossuna iktar kalmi. U meta jkollna din l-​attitudni trankwilla se nkunu nistgħu niġbdu lil oħrajn lejn il-​messaġġ tagħna. Waħda mara qalet dan dwar żjara taʼ waħda Xhud: “Dak li niftakar mill-​wiċċ daħqan tagħha hu l-​paċi li kellha. Qabditni l-​kurżità.” Dan fetaħ it-​triq għal din il-​mara biex tismaʼ l-​aħbar tajba.

4 Kwalitajiet li Jiġbdu: Irridu nieħdu interess persunali f’oħrajn b’mod sinċier. (Flp. 2:4) Mod wieħed kif nagħmlu dan hu billi ma niddominawx il-​konversazzjoni. Fuq kollox, il-​komunikazzjoni tinvolvi wkoll li nisimgħu. Meta nistiednu lis-​semmiegħa tagħna biex jesprimu ruħhom u nisimgħu l-​kummenti tagħhom b’interess, huma jindunaw li verament jimpurtana minnhom. Allura meta s-​semmiegħa tiegħek jitkellmu, tħaffifx biex terġaʼ lura għall-​preżentazzjoni li tkun ħejjejt. Faħħarhom jekk tkun tistaʼ tagħmel dan sinċerament, u ipprova ibni fuq dak li jgħidu. Jekk il-​kummenti tagħhom jikxfu li hemm xi ħaġa għażiża għal qalbhom, addatta l-​preżentazzjoni tiegħek skond dak li jikkonċernahom.

5 Il-​modestja u l-​umiltà jgħinu biex il-​komunikazzjoni tibqaʼ miexja ħarir. (Prov. 11:​2, NW; Atti 20:19) In-​nies inġibdu lejn Ġesù għaliex hu kien “taʼ qalb ħelwa u umli.” (Mt. 11:29) Mill-​banda l-​oħra, xi ħadd li jħossu superjuri jimbotta lil oħrajn. Għalhekk, għalkemm aħna konvinti b’mod sod li għandna l-​verità, ikun għaqli li nevitaw li kliemna jkun dommatiku.

6 Xi ngħidu jekk il-​kummenti taʼ l-​individwu jirriflettu twemmin li ma jaqbilx mat-​tagħlim tal-​Bibbja? Aħna obbligati nikkoreġuh? Iva, maż-​żmien, iżda m’għandniex nipprovaw nagħmlu dan fl-​ewwel żjara. Spiss ikun taʼ vantaġġ li nibnu fuq ideat li jkollna komuni mas-​semmiegħ tagħna qabel ma nibdew naqsmu miegħu t-​tagħlim tal-​Bibbja li hu jistaʼ jsibu iktar diffiċli biex jaċċettah. Dan jeħtieġ il-​paċenzja u t-​tattika. Pawlu ħallielna eżempju mill-​aqwa f’dan meta ta xiehda lill-​imħallfin fl-​Arjopagu.—Atti 17:​18, 22-31.

7 Fuq kollox, imħabba mhix egoista se tgħinna nikkomunikaw b’mod effettiv. Bħal Ġesù, irridu nitħassru lin-​nies li jinsabu “mdejjqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj.” (Mt. 9:36) Dan iqanqalna biex nagħtuhom l-​aħbar tajba u ngħinuhom jiġu fit-​triq li tagħti għall-​ħajja. Il-​messaġġ tagħna huwa wieħed taʼ mħabba, mela ejja nibqgħu ngħiduh bl-​imħabba. Meta nagħmlu dan, inkunu qed nimitaw lil Alla Jehovah u lil Ġesù Kristu—l-​iktar individwi fl-​univers li jafu jikkomunikaw.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja