Provvedimenti biex Jgħinuna Nitbiegħdu mid-Demm
Il-pubblikaturi mgħammdin li diġà mlew id-dokument Advance Medical Directive/Release (Direttiva/Eżenzjoni Medika bil-Quddiem) jew l-Identity Card (Karta taʼ Identità) mingħajr data stampata jew data stampata 3/99 imniżżla, m’għandhomx għalfejn jimlew waħda ġdida din is-sena. Għal-Laqgħa tas-Servizz tal-ġimgħa tad-29 taʼ Diċembru, is-segretarju għandu jkollu biżżejjed kwantità taʼ dokumenti għall-pubblikaturi li għadhom kemm jitgħammdu, għal uliedhom, u għal dawk li għandhom bżonn jibdluha. Mhux se tintbagħat konsenja taʼ dawn l-affarijiet lill-kongregazzjonijiet. Jekk il-kongregazzjoni m’għandhiex biżżejjed dokumenti, is-segretarju jistaʼ jiċċekkja jekk għandhomx kongregazzjonijiet oħra fil-viċin jew jitlob iktar dokumenti maʼ l-ordni tal-letteratura li jkun imiss.
Id-dokumenti għandhom jimtlew bir-reqqa d-dar imma MA JIĠUX iffirmati. L-iffirmar minnek, u mix-xhieda, u d-data tad-dokumenti kollha se jsiru fl-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni li jmiss, bl-għajnuna fejn ikun hemm bżonn mill-indokratur taʼ l-istudju tal-ktieb. Dawk li jiffirmaw bħala xhieda jridu attwalment jaraw lill-individwu jiffirma d-dokument tiegħu.
Il-pubblikaturi li m’humiex mgħammdin jistgħu jiktbu direttivi għalihom stess u għal uliedhom billi jaddattaw il-kliem mid-dokument Advance Medical Directive/Release, l-Identity Card u d-Direttiva bil-Quddiem għall-Kura tas-Saħħa.